|
26.10.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 276/44 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2017/1947
tat-23 ta' Ottubru 2017
li tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Konġunt stabbilit taħt il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Armenja dwar il-faċilitazzjoni tal-ħruġ ta' viżi, fir-rigward tal-adozzjoni ta' linji gwida komuni għall-implimentazzjoni ta' dak il-Ftehim
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-punt (a) tal-Artikolu 77(2), flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
L-Artikolu 12 tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Armenja dwar l-iffaċilitar tal-ħruġ ta' viżi (1) (“il-Ftehim”) jistabbilixxi Kumitat Konġunt (il-“Kumitat Konġunt”). Dan jipprevedi li l-Kumitat Konġunt għandu, b'mod partikolari, jimmonitorja l-implimentazzjoni tal-Ftehim. |
|
(2) |
Ir-Regolament (KE) Nru 810/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) jistipula l-proċeduri u l-kundizzjonijiet għall-ħruġ ta' viżi għal tranżitu minn, jew soġġorni previsti fit-territorju tal-Istati Membri ta' mhux aktar minn 90 jum fi kwalunkwe perjodu ta' 180 jum. |
|
(3) |
Linji gwida komuni huma neċessarji sabiex tiġi żgurata implimentazzjoni armonizzata sħiħa tal-Ftehim mill-missjonijiet diplomatiċi u servizzi konsulari tal-Istati Membri, u biex tiġi ċċarata r-relazzjoni bejn id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim u d-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni tal-Partijiet tal-Ftehim li jibqgħu japplikaw għal ħruġ ta' viżi mhux koperti mill-Ftehim. |
|
(4) |
Huwa xieraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni fil-Kumitat Konġunt fir-rigward tal-adozzjoni tal-linji gwida komuni għall-implimentazzjoni tal-Ftehim. |
|
(5) |
Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen li fihom ir-Renju Unit ma jiħux sehem skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE (3); għaldaqstant ir-Renju Unit mhuwiex qed jieħu sehem fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni u mhuwiex marbut biha jew soġġett għall-applikazzjoni tagħha. |
|
(6) |
Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen li fihom l-Irlanda ma tiħux sehem, skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE (4); għaldaqstant l-Irlanda mhijiex qiegħda tieħu sehem fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni u mhijiex marbuta biha jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha. |
|
(7) |
F'konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni u mhijiex marbuta biha jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Konġunt stabbilit taħt l-Artikolu 12 tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Armenja dwar l-iffaċilitar tal-ħruġ ta' viżi, fir-rigward tal-adozzjoni ta' linji gwida komuni għall-implimentazzjoni ta' dak il-Ftehim, għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fil-Lussemburgu, it-23 ta' Ottubru 2017.
Għall-Kunsill
Il-President
K. IVA
(1) ĠU L 289, 31.10.2013, p. 2.
(2) Ir-Regolament (KE) Nru 810/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar il-Viżi (Kodiċi dwar il-Viżi) (ĠU L 243, 15.9.2009, p. 1.).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE tad-29 ta' Mejju 2000 dwar it-talba tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq biex jieħdu parti f'xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen (ĠU L 131, 1.6.2000, p. 43).
(4) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta' Frar 2002 rigward it-talba tal-Irlanda biex tieħu sehem f'xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen (ĠU L 64, 7.3.2002, p. 20).
ABBOZZ
TA' DEĊIŻJONI Nru …/… TAL-KUMITAT KONĠUNT STABBILIT TAĦT IL-FTEHIM BEJN L-UNJONI EWROPEA U R-REPUBBLIKA TAL-ARMENJA DWAR IL-FAĊILITAZZJONI TAL-ĦRUĠ TA' VIŻI
ta'…
fir-rigward tal-adozzjoni ta' linji gwida komuni għall-implimentazzjoni ta' dak il-Ftehim
IL-KUMITAT KONĠUNT,
Wara li kkunsidra l-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Armenja dwar il-faċilitazzjoni tal-ħruġ ta' viżi (1) (il-“Ftehim”), u b'mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,
Billi l-Ftehim daħal fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2014,
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-linji gwida komuni għall-implimentazzjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Armenja dwar il-faċilitazzjoni tal-ħruġ ta' viżi huma indikati fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi …
Għall-Unjoni Ewropea
Għar-Repubblika tal-Armenja
ANNESS
LINJI GWIDA KOMUNI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-FTEHIM BEJN L-UNJONI EWROPEA U R-REPUBBLIKA TAL-ARMENJA DWAR IL-FAĊILITAZZJONI TAL-ĦRUĠ TA' VIŻI
L-għan tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Armenja dwar l-iffaċilitar tal-ħruġ ta' viżi (il-“Ftehim”), li daħal fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2014, huwa li jiffaċilita, fuq il-bażi ta' reċiproċità, il-proċeduri għall-ħruġ ta' viżi għal soġġorn previst ta' mhux aktar minn 90 jum f'kull perjodu ta' 180 jum għaċ-ċittadini tal-Armenja.
Il-Ftehim jistabbilixxi, fuq il-bażi ta' reċiproċità, drittijiet u obbligi legalment vinkolanti għall-iskop ta' simplifikazzjoni tal-proċeduri għall-ħruġ ta' viżi liċ-ċittadini tal-Armenja.
Dawn il-Linji Gwida, adottati mill-Kumitat Konġunt stabbilit taħt l-Artikolu 12 tal-Ftehim (il-“Kumitat Konġunt”), għandhom l-għan li jiżguraw implimentazzjoni armonizzata tal-Ftehim mill-missjonijiet diplomatiċi u l-uffiċċji konsulari tal-Istati Membri tal-Unjoni (“Stati Membri”). Dawn il-Linji Gwida mhumiex parti mill-Ftehim u għalhekk mhumiex legalment vinkolanti. Madankollu, huwa rrakkomandat ħafna li l-persunal diplomatiku u konsulari jsegwuhom b'mod konsistenti meta jimplimentaw il-Ftehim.
Hemm l-intenzjoni li dawn il-Linji Gwida jiġu aġġornati fid-dawl tal-esperjenza miksuba fl-implimentazzjoni tal-Ftehim taħt ir-responsabbiltà tal-Kumitat Konġunt.
Biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni kontinwa u armonizzata tal-Ftehim u f'konformità mar-regoli ta' proċedura tal-Kumitat Konġunt, il-Partijiet qablu li jkollhom kuntatti informali bejn il-laqgħat formali tal-Kumitat Konġunt, sabiex jittrattaw kwistjonijiet urġenti. Rapporti dettaljati dwar dawn il-kwistjonijiet u l-kuntatti informali jiġu preżentati fil-laqgħa sussegwenti tal-Kumitat Konġunt.
I. KWISTJONIJIET ĠENERALI
1.1. Għan u kamp ta' applikazzjoni
L-Artikolu 1(1) tal-Ftehim jipprevedi li:
“1. L-għan ta' dan il-Ftehim hu li jiffaċilita l-ħruġ ta' viżi għal żjara intiża ta' mhux aktar minn 90 jum f'kull perjodu ta' 180 jum għaċ-ċittadini tal-Armenja.”.
Il-Ftehim japplika għaċ-ċittadini kollha tal-Armenja li japplikaw għal viża għal soġġorn qasir, irrispettivament mill-pajjiż tar-residenza tagħhom.
Il-Ftehim ma japplikax għal persuni apolidi li jkollhom permess ta' residenza maħruġ mill-Armenja. Ir-regoli tal-acquis tal-Unjoni dwar il-viżi japplikaw għal dik il-kategorija ta' persuni.
Mill-10 ta' Jannar 2013, iċ-ċittadini kollha tal-Unjoni u ċ-ċittadini tal-pajjiżi assoċjati ma' Schengen huma eżentati mir-rekwiżit tal-viża meta jivvjaġġaw lejn l-Armenja għal perjodu ta' żmien li ma jaqbiżx id-90 jum jew meta jkunu fi transitu mit-territorju tal-Armenja.
L-Artikolu 1(2) tal-Ftehim jipprevedi li:
“2. F'każ li l-Armenja ddaħħal mill-ġdid ir-rekwiżiti tal-viża għaċ-ċittadini tal-Unjoni jew għal xi kategoriji minnhom, l-istess faċilitazzjonijiet mogħtija taħt dan il-Ftehim liċ-ċittadini tal-Armenja jkunu awtomatikament, fuq bażi ta' reċiproċità, japplikaw għaċ-ċittadini konċernati tal-Unjoni.”.
1.2. Kamp ta' applikazzjoni tal-Ftehim
L-Artikolu 2 tal-Ftehim jipprevedi li:
“1. L-iffaċilitar tal-viża provdut f'dan il-Ftehim japplika għaċ-ċittadini tal-Armenja biss safejn ma jkunux eżenti mir-rekwiżit tal-viża bil-liġijiet u r-regolamenti tal-Unjoni jew tal-Istati Membri, b'dan il-Ftehim jew bi ftehimiet internazzjonali oħra.
2. Il-liġi nazzjonali tal-Armenja jew tal-Istati Membri jew il-liġi tal-Unjoni għandhom japplikaw fi kwistjonijiet li mhumiex koperti mid-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim, bħar-rifjut li tinħareġ viża, ir-rikonoxximent ta' dokumenti tal-ivvjaġġar, evidenza ta' mezzi ta' għajxien suffiċjenti u l-miżuri dwar rifjut tad-dħul u ta' espulsjoni.”.
Il-Ftehim, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 10 tiegħu, ma jaffettwax ir-regoli eżistenti dwar l-obbligi tal-viża u l-eżenzjonijiet mill-viża. Pereżempju, l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 539/2001 (1) jippermetti lill-Istati Membri li jeżentaw mir-rekwiżit ta' viża, fost kategoriji oħra ta' persuni, ekwipaġġi ċivili tal-ajru u tat-tbaħħir.
F'dak il-kuntest, għandu jiġi miżjud li skont l-Artikolu 21 tal-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen tal-14 ta' Ġunju 1985 bejn il-Gvernijiet tal-Istati tal-Unjoni Ekonomika tal-Benelux, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika Franċiża dwar it-tneħħija bil-mod ta' kontrolli fil-fruntieri komuni tagħhom (2), l-Istati Membri ta' Schengen kollha huma obbligati li jirrikonoxxu viżi għal soġġorn twil u permessi ta' residenza maħruġa minn xulxin bħala validi għal soġġorni qosra fit-territorji ta' xulxin. L-Istati Membri ta' Schengen kollha jaċċettaw il-permessi ta' residenza, il-viżi D u l-viżi għal żjarat qosra ta' stati assoċjati ma' Schengen għal dħul u soġġorni qosra u viċi versa.
Ir-Regolament (KE) Nru 810/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) (il-“Kodiċi dwar il-Viżi”) japplika għall-ħruġ kollu mhux kopert mill-Ftehim, bħalma huma d-determinazzjoni tal-Istat Membru ta' Schengen responsabbli għall-ipproċessar ta' applikazzjoni għal viża, il-motivazzjoni għal rifjut li tinħareġ viża, id-dritt ta' appell kontra deċiżjoni negattiva u r-regola ġenerali tal-intervista personali mal-applikant għal u l-forniment tal-informazzjoni rilevanti kollha rigward l-applikazzjoni għal viża. Barra minn hekk, ir-regoli ta' Schengen (jiġifieri r-rifjut ta' dħul fit-territorju, il-prova ta' mezzi suffiċjenti ta' sussistenza, eċċ.) u l-liġi nazzjonali (jiġifieri r-rikonoxximent ta' dokumenti tal-ivvjaġġar, il-miżuri ta' tkeċċija, eċċ.) ikomplu wkoll japplikaw għal kwistjonijiet li mhumiex koperti mill-Ftehim.
Anki jekk il-kundizzjonijiet previsti fil-Ftehim ikunu ssodisfati, pereżempju, tingħata evidenza dokumentata mill-applikant rigward l-iskop tal-vjaġġ għall-kategoriji previsti fl-Artikolu 4, il-ħruġ tal-viża jista' xorta jiġi rifjutat jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) (“Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen”) ma jiġux issodisfati, jiġifieri l-persuna ma jkollhiex fil-pussess tagħha dokument validu tal-ivvjaġġar, ikun inħareġ allert fis-Sistema ta' informazzjoni ta' Schengen (SIS), il-persuna titqies li tkun ta' periklu għall-ordni pubbliku, is-sigurtà interna, eċċ.
Flessibbiltajiet oħra għall-ħruġ ta' viżi previsti mill-Kodiċi Komunitarju dwar il-Viżi jibqgħu japplikaw. Pereżempju, viżi għal dħul multiplu għal perjodu ta' validità twil — sa ħames snin — jistgħu jinħarġu lil kategoriji ta' persuni apparti dawk imsemmija fl-Artikolu 5 tal-Ftehim, jekk il-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 24 tal-Kodiċi dwar il-Viżi jiġu ssodisfati. Bl-istess mod, id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 16(5) u (6) tal-Kodiċi dwar il-Viżi li jippermettu eżenzjoni jew tnaqqis tat-tariffa tal-viża jkomplu japplikaw.
1.3. Tipi ta' viżi li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Ftehim
Il-punt (d) tal-Artikolu 3 tal-Ftehim jiddefinixxi “viża” bħala “awtorizzazzjoni maħruġa minn Stat Membru fil-konfront ta' intenzjoni ta' transitu mit-territorju tal-Istati Membri, jew ta' żjara intiża fihom ta' mhux aktar minn 90 jum f'kull perijodu ta' 180 jum;”.
Il-faċilitazzjonijiet previsti fil-Ftehim japplikaw kemm għal viżi uniformi kif ukoll għal viżi b'validità territorjali limitata.
1.4. Kalkolu tat-tul ta' żjara awtorizzata b'viża
Ir-Regolament (UE) Nru 610/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) iddefinixxa mill-ġdid il-kunċett ta' soġġorn qasir. Id-definizzjoni preżenti ta' soġġorn qasir taqra kif ġej: “mhux aktar minn 90 jum fi kwalunkwe perjodu ta' 180 jum, li jinkludi li jitqies il-perjodu ta' 180 jum li jippreċedi kull jum ta' soġġorn”. Dik id-definizzjoni daħlet fis-seħħ fit-18 ta' Ottubru 2013 u tinsab fil-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen.
Il-jum tad-dħul jiġi kkalkulat bħala l-ewwel jum tas-soġġorn fit-territorju tal-Istati Membri u l-jum tal-ħruġ jiġi kkalkulat bħala l-aħħar jum tas-soġġorn fit-territorju tal-Istati Membri. Il-kunċett ta' “kwalunkwe” jimplika l-applikazzjoni ta' perjodu ta' referenza “mobbli” ta' 180 jum, f'kull ġurnata tas-soġġorn b'ħarsa lura għall-aħħar perjodu ta' 180 jum, sabiex jiġi vverifikat jekk ir-rekwiżit ta' 90/180 jum jibqax jiġi ssodisfat. Dak ifisser li assenza mit-territorju tal-Istati Membri għal perjodu mhux interrott ta' 90 jum jippermetti żjara ġdida ta' mhux aktar minn 90 jum.
Kalkolatur ta' żjarat qosra, li jista' jintuża biex jiġi kkalkolat il-perjodu taż-żjara permissibbli skont ir-regoli l-ġodda, jinsab online fl-indirizz li ġej: http://ec.europa.eu/dgs/home-affairs/what-we-do/policies/borders-and-visas/border-crossing/index_en.htm
Eżempju tal-kalkolu tas-soġġorn fuq il-bażi tad-definizzjoni preżenti:
Persuna li jkollha viża għal dħul multiplu, valida għal sena waħda (18 ta' April 2014 – 18 ta' April 2015) tidħol fit-territorju għall-ewwel darba fid-19 ta' April 2014 u toqgħod hemm tlett ijiem. Imbagħad l-istess persuna tidħol mill-ġdid fit-18 ta' Ġunju 2014 u toqgħod hemm għal 86 jum. X'inhi s-sitwazzjoni f'dati speċifiċi? Dik il-persuna meta se titħalla tidħol mill-ġdid?
Fil-11 ta' Settembru 2014: matul l-aħħar 180 jum (16 ta' Marzu 2014 – 11 ta' Settembru 2014) il-persuna għamlet soġġorn ta' tlett ijiem (19 – 21 ta' April 2014) b'żieda ta' 86 jum (18 ta' Ġunju 2014 – 11 ta' Settembru 2014) = 89 jum = ebda soġġorn eċċessiv. Il-persuna tista' tibqa' għal massimu ta' ġurnata waħda.
Mis-16 ta' Ottubru 2014: il-persuna tista' tidħol għal soġġorn ta' tlett ijiem addizzjonali. Fis-16 ta' Ottubru 2014 is-soġġorn fid-19 ta' April 2014 isir irrilevanti (barra mill-perjodu ta' 180 jum); fis-17 ta' Ottubru 2014 is-soġġorn fl-20 ta' April 2014 isir irrilevanti (barra mill-perjodu ta' 180 jum; eċċ.).
Mill-15 ta' Diċembru 2014: il-persuna tista' tidħol għal soġġorn ta' 86 jum addizzjonali. Fil-15 ta' Diċembru 2014 is-soġġorn tat-18 ta' Ġunju 2014 isir irrilevanti (barra mill-perjodu ta' 180 jum); fis-16 ta' Diċembru 2014 is-soġġorn fid-19 ta' Ġunju 2014 isir irrilevanti, eċċ.
1.5. Sitwazzjoni rigward l-Istati Membri li għadhom ma japplikawx għalkollox l-acquis ta' Schengen, l-Istati Membri li ma jipparteċipawx fil-politika komuni tal-Unjoni dwar il-viżi u pajjiżi assoċjati
L-Istati Membri li ssieħbu fl-Unjoni fl-2004 (ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja), fl-2007 (il-Bulgarija u r-Rumanija), u fl-2013 (il-Kroazja) huma marbuta b'dan il-Ftehim mid-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu.
Il-Bulgarija, Ċipru, il-Kroazja u r-Rumanija, għadhom mhux qed jimplimentaw għalkollox l-acquis ta' Schengen. Dawn se jkomplu joħorġu viżi nazzjonali b'validità limitata għat-territorju nazzjonali tagħhom stess. Ladarba dawk l-Istati Membri jimplimentaw għalkollox l-acquis ta' Schengen, dawn ser japplikaw il-Ftehim fl-intier tiegħu.
Il-liġi nazzjonali tibqa' tapplika għall-kwistjonijiet kollha mhux koperti mill-Ftehim sad-data tal-implimentazzjoni sħiħa tal-acquis ta' Schengen minn dawk l-Istati Membri. Minn dik id-data, ir-regoli ta' Schengen u/jre il-liġi nazzjonali għandhom japplikaw għal kwistjonijiet mhux koperti mill-Ftehim.
Il-Bulgarija, il-Kroazja, Ċipru u r-Rumanija huma awtorizzati li jirrikonoxxu l-permessi ta' residenza, il-viżi D u l-viżi għal soġġorn qasir maħruġa mill-Istati Membri ta' Schengen u mill-pajjiżi assoċjati kollha għal soġġorni qosra fit-territorju tagħhom (6).
Il-Ftehim ma japplikax għad-Danimarka, l-Irlanda u r-Renju Unit iżda jinkludi dikjarazzjonijiet konġunti dwar kemm ikun xieraq li dawk l-Istati Membri jikkonkludu ftehimiet bilaterali dwar l-iffaċilitar tal-viża mal-Armenja.
Għalkemm assoċjati ma' Schengen, l-Iżlanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja u l-Iżvizzera mhumiex marbuta bil-Ftehim. Madankollu, il-Ftehim jinkludi Dikjarazzjoni Konġunta dwar kemm ikun xieraq li dawk il-pajjiżi assoċjati jikkonkludu mingħajr dewmien ftehimiet bilaterali dwar il-faċilitazzjoni tal-ħruġ ta' viżi għal soġġorni qosra mal-Armenja.
1.6. Il-Ftehim u l-ftehimiet bilaterali
L-Artikolu 13 tal-Ftehim jiprpevedi li:
“Mid-dħul tiegħu fis-seħħ, dan il-Ftehim għandu jieħu preċedenza fuq id-dispożizzjonijiet ta' kwalunkwe ftehimiet bilaterali jew multilaterali jew arranġamenti konklużi bejn l-Istati Membri individwali u l-Armenja, safejn id-dispożizzjonijiet ta' dawn il-ftehimiet jew arranġamenti jkopru kwistjonijiet li huma indirizzati minn dan il-Ftehim.”.
Mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim, id-dispożizzjonijiet tal-ftehimiet bilaterali fis-seħħ bejn l-Istati Membri u l-Armenja dwar kwistjonijiet koperti mill-ftehim ma jibqgħux japplikaw. F'konformità mal-liġi tal-Unjoni, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jeliminaw l-inkompatibilitajiet bejn il-ftehimiet bilaterali tagħhom u l-Ftehim.
F'każ li Stat Membru jkun ikkonkluda ftehim bilaterali jew arranġament mal-Armenja dwar kwistjonijiet mhux koperti mill-Ftehim, dak il-Ftehim jew arranġament jibqa' japplika wara d-dħul fis-seħħ tal-Ftehim.
II. DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI
2.1. Regoli li japplikaw għall-applikanti kollha għal viża
Ta' min ifakkar li l-faċilitazzjonijiet imsemmija hawn taħt, fir-rigward tat-tariffa tal-viża, it-tul tal-proċeduri għall-ipproċessar ta' applikazzjonijiet għall-viża, it-tluq f'każ ta' dokumenti li ġew mitlufa jew misruqa, u l-estensjoni tal-viża f'ċirkostanzi eċċezzjonali, japplikaw għall-applikanti kollha milll-Armenja għal viża u detenturi ta' viża, inkluż it-turisti.
Fil-2.1.1. Ħlas għall-ipproċessar ta' applikazzjonijiet għal viża
L-Artikolu 6(1) tal-Ftehim jipprevedi li:
“1. Il-ħlas għall-ipproċessar ta' applikazzjonijiet għall-viża għandu jammonta għal EUR 35.”.
Skont l-Artikolu 6(1) tal-Ftehim, it-tariffa għall-ipproċessar ta' applikazzjoni għall-viża hija ta' EUR 35. Dik it-tariffa tapplika għall-applikanti kollha mill-Armenja għal viża (inklużi t-turisti) u tirrigwarda viżi għal soġġorni qosra, irrispettivament min-numru ta' dħul.
L-Artikolu 6(2) tal-Ftehim jipprevedi li: (NB: kwalunkwe arranġament implimentattiv isegwi l-kategorija):
“2. Mingħajr ħsara għall-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, il-ħlasijiet għall-ipproċessar tal-applikazzjoni għall-viża jitneħħew għal dawn il-kategoriji ta' persuni:
|
(a) |
pensjonanti;”. |
Sabiex jibbenefikaw mill-eżenzjoni mit-tariffa għal din il-kategorija, l-applikanti għal viża jridu jippreżentaw prova tal-istatus tagħhom ta' pensjonant, jiġifieri ktieb ta' pensjoni jew ċertifikat dwar ir-riċeviment ta' pensjoni. L-eżenzjoni tat-tariffa mhijiex ġustifikata f'każijiet fejn l-għan tal-vjaġġ huwa attività mħallsa.
|
“(b) |
tfal taħt it-12-il sena;”. |
Sabiex jibbenefikaw mill-eżenzjoni tat-tariffa għal din il-kategorija, l-applikanti tal-viża jridu jippreżentaw evidenza li turi l-età tagħhom.
|
“(c) |
membri ta' gvernijiet nazzjonali u reġjonali, u tal-Qorti Kostituzzjonali u tal-Qorti Suprema, jekk ma jkunux eżentati mir-rekwiżit tal-viża b'dan il-Ftehim;”. |
Il-membri ta' gvernijiet reġjonali se jinftiehmu bħala membri tal-amministrazzjoni territorjali, jiġifieri Gvernaturi tar-reġjuni (marzpet) u d-deputati tagħhom, kif ukoll is-Sindku ta' Yerevan u d-deputat tiegħu/tagħha. Sabiex jibbenefikaw mill-eżenzjoni tat-tariffa għal din il-kategorija, l-applikanti tal-viża jridu jippreżentaw evidenza mill-awtoritajiet tal-Armenja li turi l-pożizzjoni tagħhom.
|
“(d) |
persuni b'diżabbiltà u l-persuni li jakkumpanjawhom, jekk meħtieġ;”. |
Sabiex wieħed igawdi mill-eżenzjoni mit-tariffa, trid tinġieb evidenza li turi li ż-żewġ applikanti għal viża jaqgħu taħt din il-kategorija. F'każ ta' diżabbiltà, l-applikanti għal viża għandhom jippreżentaw estratt miċ-ċertifikat mediku li jattesta d-diżabbiltà. F'każijiet fejn id-diżabbiltà tal-applikanti għal viża hija ovvja (persuni għomja, persuni b'membri neqsin), ir-rikonoxximent viżwali f'uffiċċju konsulari huwa aċċettabbli.
F'każijiet ġustifikati l-applikazzjoni għal viża tista' tiġi ppreżentata minn rappreżentant jew it-tutur tal-persuna b'diżabbiltà.
|
“(e) |
qraba mill-viċin — konjuġi, ulied (inklużi dawk adottati), ġenituri (inklużi kustodji), nanniet jew neputijiet — ta' ċittadini tal-Armenja legalment residenti fit-territorju tal-Istati Membri jew ċittadini tal-Unjoni residenti fit-territorju tal-Istat Membru li tiegħu huma ċittadini; |
|
(f) |
membri ta' delegazzjonijiet uffiċjali inklużi membri permanenti ta' delegazzjonijiet uffiċjali li, wara stedina uffiċjali indirizzata lill-Armenja, għandhom jipparteċipaw f'laqgħat, konsultazzjonijiet, negozjati jew programmi ta' skambju, kif ukoll f'avvenimenti li jsiru fit-territorju ta' wieħed mill-Istati Membri minn organizzazzjonijiet intergovernattivi; |
|
(g) |
tfal tal-iskola, studenti, studenti gradwati u għalliema li jakkumpanjawhom li jivvjaġġaw għall-iskop ta' studju jew taħriġ edukattiv, inklużi programmi ta' skambju kif ukoll attivitajiet oħra marbuta mal-iskola; |
|
(h) |
ġurnalisti u ekwipaġġ tekniku li jakkumpanjawhom f'kapaċità professjonali;”. |
Sabiex ikunu jistgħu jibbenefikaw mill-eżenzjoni mit-tariffa għal din il-kategorija, l-applikanti għall-viża jridu jġibu prova li huma membri ta' organizzazzjoni ġurnalistika jew tal-midja professjonali.
|
“(i) |
parteċipanti f'avvenimenti internazzjonali tal-isport u l-persuni li jakkumpanjawhom f'kapaċità professjonali;”. |
Il-partitarji m'għandhomx jitqiesu bħala persuni li jakkumpanjaw.
|
“(j) |
rappreżentanti ta' organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u persuni mistiedna minn organizzazzjonijiet mingħajr għan ta' qligħ tal-komunità Armena rreġistrati fl-Istati Membri meta jagħmlu vjaġġi għall-għanijiet ta' taħriġ edukattiv, seminars, konferenzi, inkluż fil-qafas ta' programmi ta' skambju jew programmi ta' sostenn Pan-Armeni u tal-komunità;”. |
Sabiex ikunu jistgħu jibbenefikaw mill-eżenzjoni mit-tariffa għal din il-kategorija, l-applikanti għall-viża jridu jġibu prova li huma membri ta' organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili jew organizzazzjonijiet mingħajr skop ta' qligħ
|
“(k) |
persuni li jkunu qed jipparteċipaw f'attivitajiet xjentifiċi, akkademiċi, kulturali jew artistiċi, inklużi programmi universitarji u programmi oħra ta' skambju; |
|
(l) |
persuni li jkunu ppreżentaw dokumenti li jippruvaw il-ħtieġa li jivvjaġġaw għal raġunijiet umanitarji, inkluż biex jirċievu trattament mediku urġenti u l-persuna li takkumpanjahom, jew li jattendu funeral ta' qarib mill-viċin jew biex iżuru qarib mill-viċin li għandu mard serju.”. |
Tingħata eżenzjoni mit-tariffa fil-każ tal-kategoriji ta' persuni msemmija hawn fuq. Barra minn hekk, it-tariffa tkun ukoll eżentata skont l-Artikolu 16(4) tal-Kodiċi dwar il-Viżi, għall-kategoriji segwenti ta' persuni:
|
— |
riċerkaturi minn pajjiżi terzi li jkunu qed jivvjaġġaw fl-Unjoni Ewropea bil-għan li jagħmlu riċerka xjentifika kif definita fir-Rakkomandazzjoni 2005/761/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7); |
|
— |
rappreżentanti tal-organizzazzjonijiet bla skop ta' qligħ li m'għandhomx aktar minn ħamsa u għoxrin (25) sena li jipparteċipaw f'seminars, konferenzi, avvenimenti kulturali u edukattivi, organizzati minn organizzazzjonijiet bla skop ta' qligħ. |
L-Artikolu 16(6) tal-Kodiċi dwar il-Viżi jipprevedi li:
“6. F'każijiet individwali, l-ammont tat-tariffa tal-viża li għandha tiġi imposta tista' tiġi eżentata jew imnaqqsa meta dan isir biex jippromwovi interessi kulturali jew sportivi kif ukoll interessi fil-qasam tal-politika estera, il-politika tal-iżvilupp u oqsma oħrajn ta' interess pubbliku vitali jew għal raġunijiet umanitarji.”.
L-Artikolu 16(7) tal-Kodiċi dwar il-Viżi jipprevdi li t-tariffa tal-viża għandha tiġi imposta f'euro, fil-munita nazzjonali tal-pajjiż terz jew fil-munita li hi normalment użata fil-pajjiż terz fejn qiegħda tiġi ppreżentata l-applikazzjoni u ma jkunx hemm rifużjoni tagħha ħlief fil-każ ta' applikazzjoni inammissibbli jew jekk il-konsulat mhuwiex kompetenti.
Sabiex jiġu evitati diskrepanzi li jistgħu jwasslu għal visa shopping, il-missjonijiet diplomatiċi u l-uffiċċji konsulari tal-Istati Membri fl-Armenja għandhom jiżguraw l-istess tariffa tal-viża għal applikanti kollha għal viża tal-Armenja meta l-ammont tat-tariffa tal-viża jkun impost f'munita barranija.
L-applikanti milll-Armenja għal viża jingħataw riċevuta għat-tariffa tal-viża mħallsa skont l-Artikolu 16(8) tal-Kodiċi dwar il-Viżi.
L-Artikolu 6(3) tal-Ftehim jipprevedi li:
“3. Jekk Stat Membru jikkoopera ma' fornitur tas-servizzi estern bl-iskop ta' ħruġ ta' viża, il-fornitur tas-servizzi estern jista' jitlob ħlas għas-servizz. Dan il-ħlas ikun proporzjonat ma' kemm ikun nefaq il-fornitur tas-servizzi estern waqt it-twettiq tal-ħidmiet tiegħu, u ma għandux ikun aktar minn EUR 30. L-Istati Membri għandhom iżommu l-possibbiltà għall-applikanti kollha li jippreżentaw l-applikazzjonijiet tagħhom direttament fil-konsulati tagħhom.”.
Rigward il-modalitajiet tal-kooperazzjoni ma' fornituri tas-servizzi esterni, l-Artikolu 43 tal-Kodiċi dwar il-Viżi jipprovdi informazzjoni dettaljata dwar il-kompiti tagħhom.
2.1.2. Tul tal-proċeduri għall-ipproċessar ta' applikazzjonijiet għall-viża
L-Artikolu 7 tal-Ftehim jipprevedi li:
“1. Il-missjonijiet diplomatiċi u l-uffiċċji konsulari tal-Istati Membri għandhom jieħdu deċiżjoni fuq it-talba li tinħareġ viża fi żmien għaxart ijiem mid-data ta' meta tasal l-applikazzjoni u d-dokumenti meħtieġa għall-ħruġ tal-viża.
2. Il-perjodu ta' żmien għat-teħid ta' deċiżjoni dwar applikazzjoni għall-viża jista' jkun estiż sa 30 jum f'każijiet individwali, notevolment meta jkun jinħtieġ aktar skrutinju tal-applikazzjoni.
3. Il-perjodu ta' żmien għat-teħid ta' deċiżjoni dwar applikazzjoni għall-viża jista' jitnaqqas għal jumejn jew inqas f'każijiet urġenti.”.
Deċiżjoni dwar l-applikazzjoni għall-viża tittieħed, bħala prinċipju, fi żmien 10 ijiem kalendarji mid-data tal-preżentazzjoni ta' applikazzjoni għal viża ammissibli.
Dak il-perjodu jista' jiġi estiż sa 30 jum kalendarju f'każijiet individwali, notevolment meta huwa meħtieġ skrutinju aktar dettaljat tal-applikazzjoni jew fil-każ ta' rappreżentanza fejn jiġu kkonsultati l-awtoritajiet tal-Istat Membru rappreżentat.
Dawk l-iskadenzi kollha jibdew jiddekorru biss meta jitlesta l-fajl tal-applikazzjoni għal viża, jiġifieri mid-data ta' meta tasal l-applikazzjoni għall-viża flimkien ma' dokumenti ġustifikattivi.
Bħala prinċipju, għal missjonijiet diplomatiċi u karigi konsulari tal-Istati Membri li jkollhom sistema ta' appuntamenti, iż-żmien ta' stennija biex jinkiseb appuntament mhuwiex inkluż fiż-żmien tal-ipproċessar. Ir-regoli ġenerali stipulati fl-Artikolu 9 tal-Kodiċi dwar il-Viżi huma applikabbli għal din il-kwistjoni kif ukoll għall-arranġamenti prattiċi oħra għall-preżentazzjoni ta' applikazzjoni għal viża.
Kif previst fl-Artikolu 7(4) tal-Ftehim, f'każ li jkun meħtieġ appuntament għall-preżentazzjoni tal-applikazzjoni, l-appuntament “iseħħ, bħala regola, fi żmien ġimagħtejn mid-data ta' meta jkun intalab l-appuntament.”.
“F'każijiet ġustifikati ta' urġenza” (fejn l-applikazzjoni għall-viża ma setgħatx tiġi ppreżentata aktar kmieni għal raġunijiet li ma setgħux jiġu previsti mill-applikant), “l-applikanti jistgħu jitħallew mill-konsulat jippreżentaw l-applikazzjonijiet tagħhom jew mingħajr appuntament, jew għandu jingħata appuntament minnufih.”.
Meta jiġi ffissat l-appuntament, għandha titqies l-urġenza possibbli mitluba mill-applikant għal viża. Id-deċiżjoni dwar it-tnaqqis tal-perjodu għat-teħid ta' deċiżjoni dwar applikazzjoni għall-viża kif previst fl-Artikolu 7(3) tal-Ftehim tittieħed mill-uffiċjal konsulari.
2.1.3. Estensjoni tal-viża f'ċirkostanzi ta' eċċezzjoni
L-Artikolu 9 tal-Ftehim jipprevedi li:
“Iċ-ċittadini tal-Armenja li ma jkollhomx il-possibblità li jħallu t-territorju tal-Istati Membri fiż-żmien stabbilit fil-viżi tagħhom minħabba raġunijiet ta' force majeure jew umanitarji għandu jkollhom il-perjodu ta' validità tal-viżi tagħhom estiż mingħajr ħlas skont il-leġiżlazzjoni applikata mill-Istat Membru li jkun qed jilqa', għall-perjodu meħtieġ għar-ritorn tagħhom lejn l-Istat ta' residenza tagħhom.”.
Rigward l-estensjoni tal-validità tal-viża f'każijiet ta' raġunijiet personali ġustifikati, fejn id-detentur tal-viża ma jistax jitlaq mit-territorju tal-Istat Membru sad-data indikata fuq l-istiker tal-viża, id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 33 tal-Kodiċi dwar il-Viżi għandhom japplikaw sakemm dawn ikunu kompatibbli mal-Ftehim. Madankollu, taħt il-Ftehim l-estensjoni tal-viża issir mingħajr ħlas f'każ ta' force majeure jew raġunijiet umanitarji.
2.2. Regoli ġodda li japplikaw għal ċerti kategoriji ta' applikanti għall-viża
2.2.1. Evidenza dokumentata rigward l-għan tal-vjaġġ
Għall-kategoriji kollha tal-persuni elenkati fl-Artikolu 4(1) tal-Ftehim, għandha tkun meħtieġa biss l-evidenza dokumentata indikata li tagħti prova tal-għan tal-vjaġġ. Kif previst fl-Artikolu 4(3) tal-Ftehim, l-ebda ġustifikazzjoni, stedina jew validazzjoni oħra li tikkonċerna l-għan tal-vjaġġ ma tkun meħtieġa. Madankollu, dan ma jfissirx eżenzjoni mir-rekwiżit li persuna għandha tissottometti personalment l-applikazzjoni għal viża jew tipprovdi d-dokumenti ta' prova rigward, pereżempju, il-mezzi ta' sussistenza.
Jekk f'każijiet individwali jkun għad fadal xi dubji rigward l-awtentiċità tad-dokument li juri l-għan reali tal-vjaġġ, skont l-Artikolu 21(8) tal-Kodiċi dwar il-Viżi, l-applikant għall-viża jista' jissejjaħ għal intervista fil-fond addizzjonali fl-ambaxxata u/jew fil-konsulat fejn dak l-applikant ikun jista' jiġi mistoqsi dwar l-iskop effettiv taż-żjara jew dwar l-intenzjoni tal-applikant li jirritorna. F'każijiet individwali bħal dawn, jistgħu jiġu provduti dokumenti addizzjonali mill-applikant għall-viża jew jistgħu jintalbu b'mod eċċezzjonali mill-uffiċjal konsulari. Il-Kumitat Konġunt se jimmonitorja mill-qrib dik il-kwistjoni.
Għall-kategoriji ta' persuni mhux imsemmija fl-Artikolu 4(1) tal-Ftehim (pereżempju turisti), ikomplu japplikaw ir-regoli ġenerali rigward dokumentazzjoni li sservi ta' prova tal-għan tal-vjaġġ. L-istess japplika għal dokumenti rigward il-kunsens tal-ġenituri għall-ivvjaġġar ta' tfal taħt it-18-il sena.
Ir-regoli ta' Schengen u l-liġi nazzjonali għandhom japplikaw għal kwistjonijiet li mhumiex koperti mill-Ftehim, bħar-rikonoxximent ta' dokumenti tal-ivvjaġġar, il-garanziji dwar ir-ritorn u l-mezzi suffiċjenti ta' sussistenza.
Fil-prinċipju, id-dokument oriġinali mitlub mill-Artikolu 4(1) tal-Ftehim jiġi ppreżentat mal-applikazzjoni għall-viża. Madankollu, il-konsulat jista' jibda l-ipproċessar tal-applikazzjoni għall-viża bbażata fuq il-facsimile jew kopji tad-dokument. Madankollu, il-konsulat jista' jitlob id-dokument oriġinali fil-każ tal-ewwel applikazzjoni għal viża u se jitlob għalih f'każijiet individwali fejn ikun hemm dubji.
L-Artikolu 4(1) tal-Ftehim jipprevedi li:
“1. Għall-kategoriji li ġejjin ta' ċittadini tal-Armenja, id-dokumenti li ġejjin huma biżżejjed sabiex jiġġustifikaw l-għan tal-vjaġġ lejn il-Parti l-oħra:
|
(a) |
għal qraba mill-viċin — konjuġi, ulied (inklużi dawk adottati), ġenituri (inklużi kustodji), nanniet u neputijiet li jżuru ċittadini tal-Armenja li huma legalment residenti fit-territorju tal-Istati Membri jew ċittadini tal-Unjoni Ewropea residenti fit-territorju tal-Istat Membru li tiegħu huma ċittadini:
|
Il-punt(a) tal-Artikolu 4(1) tal-Ftehim jirregola s-sitwazzjoni ta' qraba viċini Armeni li jkunu qed jivvjaġġaw lejn l-Istati Membri biex iżuru ċittadini tal-Armenja legalment residenti fit-territorju tal-Istati Membri jew ċittadini tal-Unjoni residenti fl-Istat Membru li tiegħu jkunu ċittadini.
L-awtentiċità tal-firma tal-persuna li tagħmel l-istedina trid tkun ikkonfermata mill-awtorità kompetenti skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-pajjiż ta' residenza. L-istedina tenħtieġ li tiġi validata mill-awtoritajiet kompetenti. Fil-każ tad-diplomatiċi, il-persunal tekniku u amministrattiv u uffiċjali oħra mibgħuta mill-Gvern tar-Repubblika tal-Armenja fl-Istati Membri, l-awtentiċità tal-firma trid tiġi kkonfermata permezz ta' ittra jew nota verbali maħruġa mill-kap tal-missjoni diplomatika jew uffiċju konsulari.
|
“(b) |
għal membri ta' delegazzjonijiet uffiċjali inklużi membri permanenti ta' tali delegazzjonijiet li, wara stedina uffiċjali indirizzata lill-Armenja, għandhom jipparteċipaw f'laqgħat, konsultazzjonijiet, negozjati jew programmi ta' skambju, kif ukoll f'avvenimenti li jsiru fit-territorju ta' wieħed mill-Istati Membri minn organizzazzjonijiet intergovernattivi:
|
L-isem tal-applikant għal viża irid ikun indikat fl-ittra maħruġa mill-awtorità kompetenti li tikkonferma li l-persuna tkun parti mid-delegazzjoni li qed tivvjaġġa lejn it-territorju tal-Parti l-oħra biex tipparteċipa f'laqgħa uffiċjali. Mhux neċessarju li l-isem tal-applikant għal viża ikun indikat ukoll fl-istedina uffiċjali biex jieħu sehem fil-laqgħa, għalkemm dan jista' jkun neċessarju meta l-istedina uffiċjali tkun indirizzata lil persuna speċifika.
Dik id-dispożizzjoni tapplika għal membri ta' delegazzjonijiet uffiċjali irrispettivament mit-tip ta' passaport li jkollhom.
|
“(c) |
għal tfal tal-iskola, studenti, persuni gradwati u għalliema li jakkumpanjawhom li jivvjaġġaw għall-iskop ta' studju jew taħriġ edukattiv, inkluż il-qafas ta' programmi ta' skambju kif ukoll attivitajiet oħra marbuta mal-iskola:
|
Il-karti tal-istudenti jistgħu jiġu aċċettati biss bħala ġustifikazzjoni tal-iskop ta' vjaġġ meta jkunu maħruġa mill-università, kulleġġ jew skola ospitanti fejn ikun se jseħħ l-istudju jew it-taħriġ edukattiv.
|
“(d) |
għal persuni li jkunu qed jivvjaġġaw għal raġunijiet mediċi u l-persuni li jkun jeħtieġ li jakkumpanjawhom:
|
Irid jiġi ppreżentat id-dokument tal-istituzzjoni medika li jikkonferma it-tliet elementi (in-neċessità ta' kura medika f'dik l-istituzzjoni, in-neċessità tal-akkumpanjament, u l-prova ta' mezzi finanzjarji suffiċjenti għall-ħlas tat-trattament mediku, pereżempju prova ta' ħlas bil-quddiem).
|
“(e) |
għall-ġurnalisti u l-ekwipaġġ tekniku li jakkumpanjawhom f'kapaċità professjonali:
|
Din il-kategorija ma tkoprix ġurnalisti li jaħdmu għal rashom u l-assistenti tagħhom.
Irid jiġi ppreżentat ċertifikat jew dokument ieħor li jipprova li l-applikant għal viża hu ġurnalist kwalifikat jew persuna li takkumpanjah f'kapaċità professjonali, u d-dokument oriġinali maħruġ mill-impjegatur ta' dik il-persuna li jgħid li l-għan tal-vjaġġ huwa li jitwettaq xogħol ġurnalistiku, jew li tingħata assistenza f'dak ix-xogħol.
Jeżisti numru ta' organizzazzjonijiet professjonali fl-Armenja, li jirrappreżentaw l-interessi ta' ġurnalisti jew persuni li jkunu qed jakkumpanjawhom f'kapaċità professjonali u li jistgħu joħorġu ċertifikat li jixhed li l-persuna hi ġurnalista professjonali jew persuna li takkumpanjah f'kapaċità professjonali f'qasam speċifiku. Sabiex jivvalutaw l-istatus professjonali ta' dawk l-organizzazzjonijiet, il-konsulati jistgħu jikkonsultaw www.e-register.am. Il-konsulati jistgħu jaċċettaw ċertifikat maħruġ mill-impjegatur tal-applikant.
|
“(f) |
għal parteċipanti f'avvenimenti sportivi internazzjonali u persuni li jakkumpanjawhom f'kapaċità professjonali:
|
Il-lista ta' persuni li jakkumpanjaw fil-każ ta' avvenimenti sportivi internazzjonali jkun limitat għal dawk li jattendu f'kapaċità professjonali: allenaturi, massaġġaturi, maniġers, persunal mediku u l-kap tal-klabb sportiv. Għalhekk, il-partitarji m'għandhomx jitqiesu bħala persuni li jkunu qed jakkumpanjaw.
|
“(g) |
għal nies tan-negozju jew rappreżentanti ta' organizzazzjonijiet tan-negozju:
|
Sabiex jivverifikaw l-eżistenza tal-organizzazzjoni kummerċjali, il-konsulati jistgħu jikkonsultaw www.e-register.am.
|
“(h) |
għal membri tal-professjonijiet li jkunu qed jipparteċipaw f'wirjiet internazzjonali, konferenzi, simpożji, seminars jew avvenimenti simili:
|
|
(i) |
għal rappreżentanti ta' organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u persuni mistiedna minn organizzazzjonijiet mingħajr skop ta' qligħ tal-komunità Armena rreġistrati fl-Istati Membri meta jagħmlu vjaġġi għall-iskopijiet ta' taħriġ edukattiv, seminars, konferenzi, inkluż fil-qafas ta' programmi ta' skambju jew programmi ta' sostenn Pan-Armeni u tal-komunità:
|
Irid jiġi ppreżentat dokument mingħand l-organizzazzjoni tas-soċjetà ċivili li jikkonferma li l-applikant għal viża ikun qed jirrappreżenta dik l-organizzazzjoni.
L-awtorità kompetenti tal-istat tal-Armenja li toħroġ iċ-ċertifikat dwar l-istabbiliment ta' organizzazzjoni tas-soċjetà ċivili hija l-Ministeru tal-Ġustizzja.
Ir-reġistru fejn iċ-ċertifikati dwar l-istabbiliment ta' organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili huma reġistrati huwa r-Reġistru tal-Istat ta' Persuni Ġuridiċi. Il-Ministeru tal-Ġustizzja jamministra l-bażi ta' dejta elettronika ta' NGOs, li hija disponibbli fuq is-sit web https://www.e-register.am/ tal-Ministeru tal-Ġustizzja.
Il-membri individwali tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili mhumiex koperti mill-Ftehim.
|
“(j) |
għal persuni li jkunu qed jipparteċipaw f'attivitajiet xjentifiċi, akkademiċi, kulturali jew artistiċi, inklużi programmi universitarji u programmi oħra ta' skambju:
|
|
“(k) |
għal xufiera li jwasslu tagħbija internazzjonali u servizzi ta' trasport ta' passiġġieri lejn it-territorji tal-Istati Membri f'vetturi reġistrati fl-Armenja:
|
L-assoċjazzjoni nazzjonali tal-Armenja tat-trasportaturi li hija kompetenti biex tipprovdi t-talba bil-miktub għal xufiera professjonali hija l-Assoċjazzjoni tat-Trasportaturi bit-Triq Internazzjonali tal-Armenja (AIRCA).
|
“(l) |
għal parteċipanti fi programmi uffiċjali ta' skambju organizzati minn bliet ġemellati u entitajiet muniċipali oħrajn:
|
Il-Kap tal-Amministrazzjoni/is-Sindku tal-belt jew l-entità oħra tal-lokalità kompetenti li toħroġ talba bil-miktub ikun il-Kap tal-Amministrazzjoni/is-Sindku tal-belt ospitanti jew tal-lokalità fejn l-attività ta' ġemellaġġ tkun se sseħħ. Dik il-kategorija tkopri biss ġemellaġġi uffiċjali.
|
“(m) |
għal żjarat f'ċimiterji militari u ċivili:
|
Il-Ftehim ma jispeċifikax jekk id-dokument uffiċjali msemmi hawn fuq għandux jinħareġ mill-awtoritajiet: tal-pajjiż fejn se jkun hemm il-post tad-difna jew inkella minn dak tal-pajjiż fejn tirresjedi l-persuna li tkun trid iżżur il-post tad-difna. Għandu jiġi aċċettat li l-awtoritajiet kompetenti taż-żewġ pajjiżi jistgħu joħorġu tali dokument uffiċjali.
Irid jiġi ppreżentat id-dokument uffiċjali msemmi hawn fuq li jikkonferma l-eżistenza u l-preservazzjoni tal-qabar kif ukoll tar-relazzjoni familjali jew ta' xort'oħra bejn l-applikant għal viża u l-persuna midfuna.
Il-Ftehim ma joħloq l-ebda regoli ġodda dwar responsabbiltà għall-persuni fiżiċi jew ġuridiċi li joħorġu t-talbiet bil-miktub. Il-liġi tal-Unjoni u/jew dik nazzjonali rispettiva tapplika fil-każ ta' ħruġ falz ta' talbiet bħal dawn.
2.2.2. Ħruġ ta' viżi għal dħul multiplu
F'każijiet fejn l-applikant tal-viża jeħtieġ li jivvjaġġa sikwit jew regolarment fit-territorju tal-Istati Membri, jinħarġu viżi għal soġġorn qasir għal diversi soġġorni, sakemm it-tul totali ta' dawk iż-żjarat ma jaqbiżx id-90 jum għal kull perjodu ta' 180 jum.
L-Artikolu 5 tal-Ftehim jipprevedi li:
“1. Il-missjonijiet diplomatiċi u l-postazzjonijiet konsulari tal-Istati Membri għandhom joħorġu viżi għal dħul multiplu b'terminu ta' validità ta' ħames (5) snin għal dawn il-kategoriji ta' persuni:
|
(a) |
konjuġi, tfal (inklużi dawk adottati), li jkunu taħt l-età ta' 21 sena jew ikunu dipendenti, u ġenituri (inklużi kustodji), li jkunu qed iżuru ċittadini tal-Armenja li jkunu legalment residenti fl-Istati Membri, jew ċittadini tal-Unjoni Ewropea residenti fit-territorju tal-Istat Membru li tiegħu huma ċittadini; |
|
(b) |
membri ta' gvernijiet nazzjonali u reġjonali u tal-Qorti Kostituzzjonali u dik Suprema, jekk ma jkunux eżentati mill-ħtieġa tal-viża bil-Ftehim preżenti, fil-qadi ta' dmirijiethom; |
|
(c) |
membri permanenti ta' delegazzjonijiet uffiċjali li, wara stedina uffiċjali indirizzata lill-Armenja, għandhom jipparteċipaw regolarment f'laqgħat, konsultazzjonijiet, negozjati jew programmi ta' skambju, kif ukoll f'avvenimenti organizzati fit-territorju tal-Istati Membri minn organizzazzjonijiet intergovernattivi; |
B'deroga, meta l-ħtieġa jew l-intenzjoni ta' vjaġġar sikwit jew regolari tkun manifestament limitata għal perjodu iqsar, it-terminu tal-validità tal-viża ta' dħul multiplu għandu jkun limitat għal dak il-perjodu, partikolarment meta:
|
— |
fil-każ tal-persuni msemmija fil-punt a), il-perjodu ta' validità tal-awtorizzazzjoni għal residenza legali ta' ċittadini tal-Armenja legalment residenti fl-Unjoni Ewropea, |
|
— |
fil-każ tal-persuni msemmija fil-punt b), it-terminu tal-kariga, |
|
— |
fil-każ tal-persuni msemmija fil-punt c), it-terminu tal-validità tal-istatus bħala membru permanenti ta' delegazzjoni uffiċjali, |
ikun inqas minn ħames snin.”.
Filwaqt li jitqies l-istatus professjonali ta' dawk il-kategoriji ta' persuni, jew ir-relazzjoni familjali tagħhom ma' ċittadin tal-Armenja li jkun legalment residenti fit-territorju tal-Istati Membri jew ma' ċittadin tal-Unjoni li jirrisjedi fi Stat Membru li għandu ċ-ċittadinanza ta' dik il-persuna, huwa ġustifikat li jingħataw viża għal dħul multiplu b'validità ta' ħames snin, jew limitata għat-terminu tal-kariga jew residenza legali tagħhom jekk dawn ikunu ta' inqas minn ħames snin.
Il-persuni li jaqgħu taħt il-punt (a) tal-Artikolu 5(1) tal-Ftehim, iridu jippreżentaw prova tar-residenza legali tal-persuna ospitanti.
Fir-rigward ta' persuni li jaqgħu taħt il-punt (b) tal-Artikolu 5(1) tal-Ftehim, għandha tingħata konferma rigward l-istatus professjonali tagħhom u t-tul tal-mandat tagħhom.
Dik id-dispożizzjoni ma tapplikax għal persuni li jaqgħu taħt il-punt (b) tal-Artikolu 5(1) tal-Ftehim jekk dawn ikunu eżentati mill-ħtieġa ta' viża mill-Ftehim, jiġifieri jekk huma detenturi ta' passaport diplomatiku.
Il-persuni li jaqgħu taħt il-punt (c) tal-Artikolu 5(1) tal-Ftehim iridu jippreżentaw prova tal-istatus permanenti tagħhom bħala membri tad-delegazzjoni uffiċjali u tal-ħtieġa li jipparteċipaw b'mod regolari f'laqgħat, konsultazzjonijiet, negozjati jew programmi ta' skambju.
F'każijiet fejn il-bżonn jew l-intenzjoni ta' vjaġġar ta' sikwit jew regolari tkun manifestament limitata għal perjodu iqsar, il-validità tal-viża ta' dħul multiplu tkun limitata għal dak il-perjodu.
“2. Il-missjonijiet diplomatiċi u l-postazzjonijiet konsulari tal-Istati Membri għandhom joħorġu viżi ta' diversi dħul b'perjodu ta' validità ta' sena għal dawn il-kategoriji ta' ċittadini, jekk kemm-il darba matul is-sena ta' qabel ikunu kisbu mill-inqas viża waħda, ikunu użawha skont il-liġijiet ta' dħul u residenza fit-territorju tal-Istat li żaru:
|
(a) |
il-membri ta' delegazzjonijiet uffiċjali li, wara stedina uffiċjali indirizzata lill-Armenja, għandhom jipparteċipaw b'mod regolari f'laqgħat, konsultazzjonijiet, negozjati jew programmi ta' skambju kif ukoll f'avvenimenti li jsiru fit-territorju tal-Istati Membri minn organizzazzjonijiet intergovernattivi; |
|
(b) |
ir-rappreżentanti ta' organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u persuni mistiedna minn organizzazzjonijiet mingħajr skop ta' qligħ tal-komunità Armena reġistrati fl-Istati Membri meta jagħmlu vjaġġi lejn l-Istati Membri għall-iskopijiet ta' taħriġ edukattiv, seminars, konferenzi, inkluż fil-qafas ta' programmi ta' skambju jew programmi ta' sostenn Pan-Armeni u tal-komunità; |
|
(c) |
il-membri tal-professjonijiet li jipparteċipaw f'wirjiet internazzjonali, konferenzi, simpożji, seminars jew avvenimenti oħrajn simili li jivvjaġġaw b'mod regolari lejn l-Istati Membri; |
|
(d) |
il-persuni li jieħdu sehem f'attivitajiet xjentifiċi, kulturali jew artistiċi, inklużi programmi tal-università u programmi oħrajn ta' skambju li jivvjaġġaw b'mod regolari lejn l-Istati Membri; |
|
(e) |
l-istudenti u persuni gradwati li jivvjaġġaw regolarment għall-għanijiet ta' studju jew taħriġ edukattiv, inkluż fil-qafas ta' programmi ta' skambju; |
|
(f) |
il-parteċipanti fi programmi uffiċjali ta' skambju organizzati minn bliet ġemellati u entitajiet muniċipali oħrajn; |
|
(g) |
il-persuni li jeħtieġu li jżuru regolarment għal raġunijiet mediċi u l-persuni meħtieġa li jakkumpanjawhom; |
|
(h) |
il-ġurnalisti u l-ekwipaġġ tekniku li jakkumpanjawhom f'kapaċità professjonali; |
|
(i) |
nies fin-negozju u rappreżentanti ta' organizzazzjonijiet ta' negozju li jivvjaġġaw regolarment lejn l-Istati Membri; |
|
(j) |
il-parteċipanti f'avvenimenti internazzjonali tal-isport u l-persuni li jakkumpanjawhom f'kapaċità professjonali; |
|
(k) |
ix-xufiera li jwasslu tagħbija internazzjonali u servizzi ta' trasport ta' passiġġieri lejn it-territorji tal-Istati Membri f'vetturi rreġistrati fl-Armenja. |
B'deroga mill-ewwel sentenza, fejn il-ħtieġa jew l-intenzjoni li jivvjaġġaw sikwit jew regolarment hija manifestament limitata għal perjodu iqsar, it-terminu tal-validità tal-viża għal dħul multiplu jkun limitat għal dak il-perjodu.”.
Fil-prinċipju, viżi għal dħul multiplu b'terminu ta' validità ta' sena jinħarġu lill-kategoriji ta' applikanti għall-viża msemmija hawn fuq jekk matul is-sena ta' qabel (12-il xahar) l-applikant għall-viża jkun kiseb tal-anqas viża waħda u jkun għamel użu minnha skont il-liġijiet dwar id-dħul u s-soġġorn fit-territorju jew territorji tal-Istati Membri viżitati (pereżempju, il-persuna ma tkunx baqgħet aktar milli kien imissha) u hekk ikun hemm raġunijiet biex tintalab viża għal dħul multiplu.
F'każijiet fejn ma jkunx ġustifikat li tinħareġ viża valida għal sena, pereżempju jekk it-tul tal-programm ta' skambju jkun ta' inqas minn sena jew il-persuna ma jkollhiex bżonn li tivvjaġġa għal sena sħiħa, it-terminu tal-validità tal-viża tkun ta' anqas minn sena, sakemm ir-rekwiżiti l-oħra għall-ħruġ tal-viża jkunu ssodisfati.
“3. Il-missjonijiet diplomatiċi u l-postazzjonijiet konsulari tal-Istati Membri għandhom joħorġu viżi għal dħul multiplu b'perjodu ta' validità minimu ta' sentejn (2) u massimu ta' ħames (5) snin għall-kategoriji ta' ċittadini msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, dment li fis-sentejn (2) ta' qabel ikunu użaw il-viżi għal dħul multiplu għal sena skont il-liġijiet dwar id-dħul u r-residenza fit-territorju tal-Istat li żaru sakemm il-ħtieġa jew l-intenzjoni li jivvjaġġaw sikwit jew regolarment ma tkunx manifestament limitata għal perjodu iqsar, li f'dan il-każ it-terminu tal-validità tal-viża għal dħul multiplu jkun limitat għal dak il-perjodu.
4. Il-perjodu totali tas-soġġorn tal-persuni msemmija fil-paragrafi 1 sa 3 ta' dan l-Artikolu m'għandux ikun itwal minn 90 jum għal kull perjodu ta' 180 jum fit-territorju tal-Istati Membri.”.
Viżi għal dħul multiplu b'terminu ta' validità minn sentejn sa ħames snin jinħarġu għall-kategoriji ta' applikanti għall-viża msemmija fl-Artikolu 5(2) tal-Ftehim, dment li matul is-sentejn ta' qabel (24 xahar) ikunu użaw iż-żewġ viżi ta' sena għal dħul multiplu skont il-liġijiet dwar id-dħul u s-soġġorni fit-territorju jew territorji tal-Istati Membri viżitati u li r-raġunijiet għat-talba ta' viża għal dħul multiplu jkunu għadhom validi. Għandu jiġi nnutat li viża b'terminu ta' validità minn sentejn sa ħames snin tinħareġ biss jekk l-applikant għall-viża jkun ingħata żewġ viżi validi għal mill-anqas sena matul is-sentejn (24 xahar) preċedenti, u jekk dik il-persuna tkun għamlet użu minnh dawk il-viżi skont il-liġijiet dwar id-dħul u s-soġġorn fit-territorju jew territorji tal-Istati Membri viżitati. Il-missjonijiet diplomatiċi u l-uffiċċji konsulari tal-Istati Membri jiddeċiedu, abbażi tal-valutazzjoni ta' kull applikazzjoni għall-viża, dwar it-terminu ta' validità ta' dawk il-viżi, jiġifieri minn sentejn sa ħames snin.
Ma hemm l-ebda obbligu li tinħareġ viża għal dħul multiplu jekk l-applikant ma jkunx għamel użu minn viża maħruġa preċedentement.
2.2.3. Detenturi ta' passaporti diplomatiċi.
L-Artikolu 10 tal-Ftehim jipprevedi li:
“1. Iċ-ċittadini tal-Armenja detenturi ta' passaporti diplomatiċi validi jistgħu jidħlu fit-territorji tal-Istati Membri, joħorġu minnhom jew jivvjaġġaw minn ġo fihom mingħajr viżi.
2. Il-persuni msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu jistgħu joqogħdu mingħajr viża fit-territorji tal-Istati Membri għal perjodu li ma jaqbiżx id-90 jum f'kull perjodu ta' 180 jum.”.
Il-proċeduri għall-ippostjar ta' diplomatiċi fl-Istati Membri mhumiex koperti bil-Ftehim. Tapplika l-proċedura ta' akkreditazzjoni normali.
III. KOOPERAZZJONI DWAR DOKUMENTI TAL-IVVJAĠĠAR
F'Dikjarazzjoni Konġunta annessa mal-Ftehim, il-Partijiet qablu li l-Kumitat Konġunt għandu jevalwa l-impatt tal-livell ta' sigurtà tad-dokumenti rispettivi tal-ivvjaġġar fuq il-funzjonament tal-Ftehim. Għal dak il-għan, ilPartijiet qablu li jinformaw lil xulxin b'mod regolari dwar il-miżuri li jkunu ttieħdu biex jiġi evitat it-tifrix ta' dokumenti tal-ivvjaġġar, billi jiġu żviluppati l-aspetti tekniċi tas-sigurtà tad-dokumenti tal-ivvjaġġar kif ukoll dwar il-proċess tal-personalizzazzjoni tal-ħruġ ta' dokumenti tal-ivvjaġġar.
IV. ISTATISTIKA
Sabiex il-Kumitat Konġunt ikun jista' jimmonitorja b'mod effettiv l-implimentazzjoni tal-Ftehim, il-missjonijiet diplomatiċi u l-uffiċċji konsulari tal-Istati Membri għandhom jissottomettu statistika lill-Kummissjoni kull sitt xhur. Fejn possibbli, dik l-istatistika għandha tinkludi, ippreżentata fi tqassim għal kull xahar:
|
— |
in-numru ta' kull tip ta' viżi maħruġa għall-kategoriji differenti koperti mill-Ftehim; |
|
— |
l-għadd ta' viżi miċħuda għall-kategoriji differenti koperti mill-Ftehim; |
|
— |
in-numru ta' viżi għal dħul multiplu maħruġa; |
|
— |
it-tul tal-validità tal-viżi għal dħul multiplu maħruġa; |
|
— |
l-għadd ta' viżi maħruġa mingħajr tariffi għall-kategoriji differenti koperti mill-Ftehim. |
(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 539/2001 tal-15 ta' Marzu 2001 li jelenka il-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandhom ikollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk iċ-ċittadini li huma eżentati minn dak ir-rekwiżit (ĠU L 81, 21.3.2001, p.1).
(2) ĠU L 239, 22.9.2000, p. 19.
(3) Ir-Regolament (KE) Nru 810/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar il-Viżi (il-Kodiċi dwar il-Viżi) (ĠU L 243, 15.9.2009, p. 1).
(4) Ir-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2016 dwar Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) (ĠU L 77, 23.3.2016, p. 1).
(5) Ir-Regolament (UE) Nru 610/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen), il-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1683/95 u (KE) Nru 539/2001, u r-Regolamenti (KE) Nru 767/2008 u (KE) Nru 810/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 182, 29.6.2013, p. 1).
(6) Id-Deċiżjoni Nru 565/2014/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 li tintroduċi reġim simplifikat għall-kontroll tal-persuni fuq il-fruntieri esterni li jkun ibbażat fuq ir-rikonoxximent unilaterali mill-Bulgarija, il-Kroazja, Ċipru u r-Rumanija ta' ċerti dokumenti bħala ekwivalenti għall-viżi nazzjonali tagħhom għat-tranżitu minn jew permanenzi intiżi fit-territorji tagħhom li ma jaqbżux id-90 jum fi kwalunkwe perjodu ta' 180 jum u li tħassar id-Deċiżjonijiet Nru 895/2006/KE u Nru 582/2008/KE (ĠU L 157, 27.5.2014, p. 23).
(7) Rakkomandazzjoni 2005/761/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Settembru 2005 biex jiġi faċilitat il-ħruġ mill-Istati Membri ta' viżi għal waqfiet qosra uniformi għal riċerkaturi minn pajjiżi terzi li jkunu qed jivvjaġġaw fil-Komunità bil-għan li jagħmlu riċerka xjentifika (ĠU L 289, 3.11.2005, p. 23).