|
24.10.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 273/11 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2017/1935
tat-23 ta' Ottubru 2017
li temenda d-Deċiżjoni 2010/573/PESK li tikkonċerna miżuri restrittivi kontra t-tmexxija tar-reġjun Transnistrijan tar-Repubblika tal-Moldova
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fis-27 ta' Settembru 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/573/PESK (1). |
|
(2) |
Fuq il-bażi ta' reviżjoni tad-Deċiżjoni 2010/573/PESK, jenħtieġ li l-miżuri restrittivi kontra t-tmexxija tar-reġjun Transnistrijan tar-Repubblika tal-Moldova jiġu estiżi sal-31 ta' Ottubru 2018. Il-Kunsill ser jirrevedi s-sitwazzjoni fir-rigward tal-miżuri restrittivi wara sitt xhur. |
|
(3) |
Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2010/573/PESK tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Artikolu 4(2) tad-Deċiżjoni 2010/573/PESK huwa sostitwit b'dan li ġej:
“2. Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-31 ta' Ottubru 2018. Hija għandha tinżamm taħt reviżjoni kostanti. Hija għandha tiġġedded jew tiġi emendata, kif ikun adatt, jekk il-Kunsill iqis li l-objettivi tagħha ma ntlaħqux.”.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fil-Lussemburgu, it-23 ta' Ottubru 2017.
Għall-Kunsill
Il-President
K. IVA
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/573/PESK tas-27 ta' Settembru 2010 li tikkonċerna miżuri restrittivi kontra t-tmexxija tar-reġjun Transnistrijan tar-Repubblika tal-Moldova (ĠU L 253, 28.9.2010, p. 54).