20.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 271/38


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2017/1921

tas-16 ta' Ottubru 2017

dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f'isem l-Unjoni Ewropea fil-Kunsill Konġunt CARIFORUM-UE tal-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika bejn l-Istati tal-CARIFORUM, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-istabbiliment ta' lista ta' arbitri

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4), flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika bejn l-Istati tal-CARIFORUM, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra (1) (“il-Ftehim”), ġie ffirmat fil-15 ta' Ottubru 2008, u ġie applikat provviżjorjament mid-29 ta' Diċembru 2008.

(2)

F'konformità mal-Artikolu 221 tal-Ftehim, jenħtieġ li tiġi stabbilita lista ta' 15-il individwu b'għarfien speċjalizzat jew esperjenza speċjalizzata fid-dritt u fil-kummerċ internazzjonali li jkunu lesti li jservu bħala arbitri. Dan hu neċessarju biex jiġu implimentati d-dispożizzjonijiet tal-Ftehim dwar ir-riżoluzzjoni tat-tilwim.

(3)

Il-Kunsill Konġunt tal-CARIFORUM-UE (“il-Kunsill Konġunt”), fir-raba' laqgħa tiegħu fis-17 ta' Novembru 2017, għandu jadottata deċiżjoni dwar l-istabbiliment ta' dik il-lista.

(4)

Fil-Kunsill Konġunt, l-Unjoni tiġi rrappreżentata mill-Kummissjoni f'konformità mal-Artikolu 17(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE). L-Istati Membri jappoġġaw il-pożizzjoni tal-Unjoni f'konformità mal-Artikolu 4(3) TUE.

(5)

Huwa xieraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f'isem l-Unjoni fil-Kunsill Konġunt.

(6)

Għaldaqstant jenħtieġ li l-pożizzjoni tal-Unjoni Ewropea fil-Kunsill Konġunt tkun ibbażata fuq l-abbozz ta' Deċiżjoni mehmuż,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f'isem l-Unjoni Ewropea fil-Kunsill Konġunt CARIFORUM-UE fir-raba' laqgħa tiegħu fis-17 ta' Novembru 2017 fir-rigward tal-istabbiliment ta' lista ta' arbitri għandha tkun ibbażata fuq abbozz ta' Deċiżjoni tal-Kunsill Konġunt CARIFORUM-UE mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri.

Magħmul fil-Lussemburgu, is-16 ta' Ottubru 2017.

Għall-Kunsill

Il-President

F. MOGHERINI


(1)   ĠU L 289, 30.10.2008, p. 3.


ABBOZZ

DEĊIŻJONI Nru …/2017 TAL-KUNSILL KONĠUNT CARIFORUM-UE

stabbilit bil-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika bejn l-Istati tal-CARIFORUM, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra,

ta'…

fir-rigward tal-istabbiliment ta' lista ta' arbitri

IL-KUNSILL KONĠUNT CARIFORUM-UE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika bejn l-Istati tal-CARIFORUM, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, u b'mod partikolari l-Artikolu 221(1) tiegħu,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-lista ta' ħmistax-il arbitru prevista fl-Artikolu 221(1) annessa ma' din id-Deċiżjoni hija adottata mill-Partijiet.

Artikolu 2

Il-Kumitat għall-Kummerċ u l-Iżvilupp CARIFORUM-UE jista' jemenda l-lista ta' arbitri annessa ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fi….

Magħmul fi …,

Għall-Istati tal-CARIFORUM

Għall-Parti tal-UE


ANNESS

Lista tal-arbitri msemmija fl-Artikolu 221(1) tal-Ftehim

Arbitri magħżula mill-Istati tal-CARIFORUM:

 

Is-Sinjura Tracy BENN-ROBERTS (Antigua u Barbuda)

 

Is-Sinjura Nicole FOSTER (Barbados)

 

Is-Sinjura Bertha COOPER – ROSSEAU (il-Bahamas)

 

Is-Sinjura Michelle A. BROWN (il-Ġamajka)

 

Is-Sinjura Fabiola MEDINA GARNES (ir-Repubblika Dominicana)

Arbitri magħżula mill-UE:

 

Is-Sur Jacques BOURGEOIS (il-Belġju)

 

Is-Sur Claus - Dieter EHLERMANN (il-Ġermanja)

 

Is-Sur Pieter Jan KUIJPER (in-Netherlands)

 

Is-Sur Giorgio SACERDOTI (l-Italja)

 

Is-Sur Ramon TORRENT (Spanja)

Arbitri magħżula b'mod konġunt mill-Partijiet:

 

Is-Sur Frederick ABBOTT (l-Istati Uniti)

 

Is-Sur James BACCHUS (l-Istati Uniti)

 

Is-Sur Armand DE MESTRAL (il-Kanada)

 

Is-Sa Claudia OROZCO (il-Kolombja)

 

Is-Sur Helge SELAND (in-Norveġja)