|
19.10.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 269/44 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2017/1909
tat-18 ta' Ottubru 2017
li timplimenta d-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/849 tas-27 ta' Mejju 2016 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea u li tħassar id-Deċiżjoni 2013/183/PESK (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 33(1) tagħha,
Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fis-27 ta' Mejju 2016, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2016/849. |
|
(2) |
Fit-3 ta' Ottubru 2017, il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (“KSNU”) stabbilit skont ir-Riżoluzzjoni 1718 (2006) tal-KSNU iddeżinja erba' bastimenti bis-saħħa tal-paragrafu 6 tar-Riżoluzzjoni 2375 (2017) tal-KSNU. |
|
(3) |
Għalhekk jenħtieġ li l-Anness IV għad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness IV għad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 huwa emendat kif indikat fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Ottubru 2017.
Għall-Kunsill
Il-President
M. MAASIKAS
ANNESS
Il-bastimenti li ġejjin jiżdiedu mal-lista ta' bastimenti soġġetti għal miżuri restrittivi li tinsab fl-Anness IV għad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849.
Il-bastimenti deżinjati skont il-paragrafu 6 tal-UNSCR 2375 (2017):
1. Isem: PETREL 8
Informazzjoni addizzjonali
OMI: 9562233. MMSI: 620233000
2. Isem: HAO FAN 6
Informazzjoni addizzjonali
OMI: 8628597. MMSI: 341985000
3. Isem: TONG SAN 2
Informazzjoni addizzjonali
OMI: 8937675. MMSI: 445539000
4. Isem: JIE SHUN
Informazzjoni addizzjonali
OMI: 8518780. MMSI: 514569000