11.10.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 261/26 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1841
tal-10 ta' Ottubru 2017
li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 dwar miżuri protettivi marbuta ma' tifqigħat ta' influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'ċerti Stati Membri
(notifikata bid-dokument C(2017) 6886)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta' Diċembru 1989 dwar spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(4) tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar, veterinarju u żootekniku applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju ta' ċertu annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(4) tagħha,
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/247 (3), kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/1593 (4), ġiet adottata wara t-tifqigħat tal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja tas-sottotip H5 f'għadd ta' Stati Membri (“l-Istati Membri kkonċernati”) u l-istabbiliment ta' żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati skont l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE (5). |
(2) |
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 tipprevedi li ż-żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza stabbiliti mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati skont id-Direttiva 2005/94/KE jridu jinkludu minn tal-inqas iż-żoni elenkati bħala żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza fl-Anness ta' dik id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni. |
(3) |
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 tistipula wkoll li l-miżuri li jridu jiġu applikati fiż-żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza, kif previst fl-Artikolu 29(1) u fl-Artikolu 31 tad-Direttiva 2005/94/KE, iridu jinżammu minn tal-inqas sad-dati stabbiliti fl-Anness ta' dik id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni għal dawk iż-żoni. |
(4) |
Skont is-sitwazzjoni epidemjoloġika fir-rigward tal-influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja, Stat Membru kkonċernat jista' jistabbilixxi żoni ristretti oħra madwar iż-żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza jew inkella li jmissu magħhom, skont l-Artikolu 16(4) tad-Direttiva 2005/94/KE. |
(5) |
Sabiex jissaħħaħ il-kontroll tal-mard, jenħtieġ li l-Istati Membri kkonċernati jistabbilixxu żoni ristretti oħra fit-territorju tagħhom meta l-inkjesta epidemjoloġika tkun identifikat riskju serju ta' tixrid tal-mard filwaqt li jqisu l-kriterji stipulati fl-Artikolu 16(3) tad-Direttiva 2005/94/KE li jinkludi, fost l-oħrajn, is-sitwazzjoni ġeografika, fejn jinsabu l-azjendi u kemm huma qrib ta' xulxin u n-numru stmat ta' tjur, skema taċ-ċaqliq tat-tjur u l-modi kif jiġu nnegozjati t-tjur, u l-faċilitajiet u l-persunal disponibbli għall-implimentazzjoni tal-kontroll ta' dawn iż-żoni. |
(6) |
Barra minn hekk, l-Artikolu 32 ta' dik id-Direttiva jistipula li l-awtorità kompetenti tista' tipprevedi li xi wħud mill-miżuri, jew kollha kemm huma, li jridu jiġu applikati fiż-żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza jridu japplikaw fiż-żoni ristretti oħra. |
(7) |
Għal raġunijiet ta' ċarezza, u sabiex l-Istati Membri, il-pajjiżi terzi u l-partijiet ikkonċernati jinżammu aġġornati mal-evoluzzjoni tas-sitwazzjoni epidemjoloġika fl-Unjoni, jenħtieġ li dawk iż-żoni ristretti oħra jkunu koperti wkoll bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 u jiġu elenkati fl-Anness tagħha. Jenħtieġ li dak l-Anness jistabbilixxi d-data għaż-żamma tal-applikazzjoni tal-miżuri ta' protezzjoni fiż-żoni ristretti oħra, filwaqt li titqies is-sitwazzjoni epidemjoloġika fl-Unjoni fir-rigward tal-influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja. |
(8) |
Jenħtieġ li l-Istati Membri kkonċernati jipprojbixxu d-dispaċċ ta' konsenji ta' tjur ħajjin, ta' flieles ta' ġurnata u ta' bajd għat-tfaqqis miż-żoni elenkati bħala żoni ristretti oħra fl-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 lejn Stati Membri oħra, għajr meta l-Istati Membri kkonċernati jawtorizzaw id-dispaċċ ta' konsenji bħal dawn taħt ċerti kundizzjonijiet speċifiċi. |
(9) |
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 kif emendata bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/696 (6) sabiex jiġu stabbiliti l-kundizzjonijiet għad-dispaċċ tal-konsenji ta' flieles ta' ġurnata miż-żoni elenkati bħala żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza fl-Anness ta' dik id-Deċiżjoni filwaqt li jitqies ir-riskju baxx ta' tixrid tal-influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja minn dan il-prodott bażiku. Jenħtieġ li kundizzjonijiet simili japplikaw ukoll għad-dispaċċ mill-Istat Membru kkonċernat ta' flieles ta' ġurnata minn żoni ristretti oħra kif elenkat fl-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 lejn Stati Membri oħra. |
(10) |
Barra minn hekk, jenħtieġ li l-Istati Membri kkonċernati jitħallew jawtorizzaw id-dispaċċ ta' bajd għat-tfaqqis minn żoni ristretti oħra peress li huwa improbabbli li l-influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja tiġi trażmessa lil tjur oħra, b'mod partikolari minħabba li s-superfiċe tagħhom trid tiġi ddiżinfettata qabel ma jsir id-dispaċċ lejn Stati Membri oħra u l-mafqas tal-oriġini u tad-destinazzjoni jridu jikkonformaw mar-regoli meħtieġa dwar l-iġjene stipulati fl-Anness II tad-Direttiva tal-Kunsill 2009/158/KE (7). |
(11) |
Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 tiġi emendata sabiex jiġu stabbiliti l-kundizzjonijiet li bihom l-Istati Membri kkonċernati mid-dispaċċ ikunu jistgħu jawtorizzaw id-dispaċċ ta' flieles ta' ġurnata u ta' bajd għat-tfaqqis minn żoni ristretti oħra lejn Stati Membri oħra. |
(12) |
Jenħtieġ li l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 jiġi emendat sabiex jinkludi l-Parti C il-ġdida li telenka ż-żoni ristretti oħra stabbiliti mill-Istat Membru kkonċernat, skont id-Direttiva 2005/94/KE u d-durata tar-restrizzjonijiet applikabbli fiż-żoni ristretti oħra. |
(13) |
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/247 ġiet emendata bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/977 (8), sabiex id-data ta' applikazzjoni tagħha tiġi estiża sal-31 ta' Diċembru 2017. |
(14) |
Minħabba li kulma jmur qed jiżdied ir-riskju ta' okkorrenza staġjonali ta' dik il-marda fl-Unjoni, il-miżuri li jridu jiġu applikati fiż-żoni elenkati fl-Anness ta' dik id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni jistgħu jkomplu wara dik id-data fil-każ ta' tifqigħat ulterjuri fl-Unjoni. Għalhekk, huwa xieraq li l-perjodu ta' applikazzjoni tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 jiġi estiż sal-31 ta' Mejju 2018. |
(15) |
Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 tiġi emendata skont dan. |
(16) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 hija emendata kif ġej:
(1) |
Il-paragrafi li ġejjin jissostitwixxu t-tieni paragrafu tal-Artikolu 1: “Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi wkoll fil-livell tal-Unjoni ż-żoni ristretti oħra li jridu jiġu stabbiliti fl-Istati Membri kkonċernati, kif imsemmi fl-Artikolu 16(4) tad-Direttiva 2005/94/KE, wara tifqigħa jew tifqigħat ta' influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja, u d-durata tal-miżuri li jridu jiġu applikati f'dawk iż-żoni ristretti oħra. Din id-Deċiżjoni tistipula r-regoli dwar id-dispaċċ tal-konsenji ta' tjur ħajjin, ta' flieles ta' ġurnata u ta' bajd għat-tfaqqis mill-Istati Membri kkonċernati.”; |
(2) |
Fl-Artikolu 3a, jitħassar il-paragrafu 3; |
(3) |
L-Artikoli 3b, 3c u 3d li ġejjin jiddaħħlu wara l-Artikolu 3a: “Artikolu 3b L-Istati Membri kkonċernati għandhom jiżguraw li:
Artikolu 3c 1. L-Istati Membri kkonċernati għandhom jipprojbixxu d-dispaċċ tal-konsenji ta' tjur ħajjin, flieles ta' ġurnata u ta' bajd għat-tfaqqis miż-żoni elenkati bħala żoni ristretti oħra fil-Parti C tal-Anness lejn Stati Membri oħra, għajr meta l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat mid-dispaċċ jawtorizza, soġġett għall-kundizzjonijiet li ġejjin, it-trasport dirett ta' konsenji tal-prodotti bażiċi li ġejjin:
2. It-trasport tal-konsenji ta' flieles ta' ġurnata u ta' bajd għat-tfaqqis msemmija fil-paragrafu (1) għandu jitwettaq mingħajr dewmien bla bżonn fil-vetturi, fil-kontenituri, fil-kaxxi, skont kif ikun xieraq, li jkunu tnaddfu u ġew ddiżinfettati skont l-istruzzjonijiet tal-veterinarju uffiċjali. Artikolu 3d L-Istat Membru kkonċernat għandu jiżgura li ċ-ċertifikati veterinarji previsti fl-Artikolu 20 tad-Direttiva 2009/158/KE, u stabbiliti fl-Anness IV tagħha, li jakkumpanjaw il-konsenji ta' flieles ta' ġurnata u ta' bajd għat-tfaqqis imsemmija fl-Artikoli 3a u 3c ta' din id-Deċiżjoni, fid-dispaċċ lejn Stati Membri oħra jinkludu din is-sentenza: “Il-konsenja hija konformi mal-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali stipulati fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/247.”.” |
(4) |
Fl-Artikolu 5, id-data “31 ta' Diċembru 2017” tiġi ssostitwita bid-data “31 ta' Mejju 2018”. |
(5) |
L-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 huwa emendat skont l-Anness ta' din id-Deċiżjoni. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Ottubru 2017.
Għall-Kummissjoni
Vytenis ANDRIUKAITIS
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13.
(2) ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29.
(3) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/247 tad-9 ta' Frar 2017 dwar miżuri protettivi marbuta ma' tifqigħat ta' influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'ċerti Stati Membri (ĠU L 36, 11.2.2017, p. 62).
(4) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1593 tal-20 ta' Settembru 2017 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 dwar miżuri protettivi marbuta ma' tifqigħat ta' influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'ċerti Stati Membri (ĠU L 243, 21.9.2017, p. 14).
(5) Id-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE tal-20 ta' Diċembru 2005 dwar miżuri Komunitarji għall-kontroll tal-influwenza tat-tjur u li tħassar id-Direttiva 92/40/KEE (ĠU L 10, 14.1.2006, p. 16).
(6) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/696 tal-11 ta' April 2017 li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 dwar miżuri protettivi marbuta ma' tifqigħat tal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'ċerti Stati Membri (ĠU L 101, 13.4.2017, p. 80).
(7) Id-Direttiva tal-Kunsill 2009/158/KE tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta' bhejjem li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju, u l-importazzjoni ta' tajr u bajd għat-tfaqqis minn pajjiżi terzi (ĠU L 343, 22.12.2009, p. 74).
(8) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/977 tat-8 ta' Ġunju 2017 li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 dwar miżuri protettivi marbuta ma' tifqigħat ta' influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'ċerti Stati Membri (ĠU L 146, 9.6.2017, p. 155).
ANNESS
Il-Parti C li ġejja tiżdied wara l-Parti B tal-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247:
“PARTI C
Stat Membru:
Żoni ristretti oħra fl-Istati Membri kkonċernati kif imsemmi fl-Artikolu 3b:
Stat Membru: żona li tinkludi: |
Id-data sa meta l-miżuri jridu jibqgħu jkunu applikabbli skont l-Artikolu 3b |
|
xx.xx.201x” |