|
6.10.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 258/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2017/1792
tad-29 ta' Mejju 2017
dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim Bilaterali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerka dwar miżuri prudenzjali fir-rigward tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 114, flimkien mal-Artikolu 218(5) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Fil-21 ta' April 2015 il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni sabiex tiftaħ negozjati mal-Istati Uniti tal-Amerka għal ftehim dwar ir-riassigurazzjoni. In-negozjati ġew konklużi b'suċċess permezz ta' skambju ta' ittri bejn in-negozjaturi ewlenin fit-12 ta' Jannar 2017. |
|
(2) |
Jeħtieġ li l- Ftehim Bilaterali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerka dwar miżuri prudenzjali fir-rigward tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni (“il-Ftehim”) jiġi ffirmat. |
|
(3) |
Bil-ħsieb li jiġi permess it-twaqqif tal-Kumitat Konġunt skont il-Ftehim, li ser jipprovdi forum għall-Unjoni u l-Istati Uniti tal-Amerka biex jiskambjaw informazzjoni dwar l-implimentazzjoni korretta tal-Ftehim, u sabiex tiġi permessa l-implementazzjoni ta' prattiki armonizzati mill-awtoritajiet ta' superviżjoni fl-Unjoni fir-rigward tas-superviżjoni tal-grupp li diġà huma possibbli taħt il-qafas legali attwali tal-Unjoni f'dak il-qasam, l-Artikoli 4 u 7 tal-Ftehim għandhom jiġu applikati fuq bażi provviżorja, sakemm jitlestew il-proċeduri meħtieġa għall-konklużjoni tal-Ftehim, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-iffirmar f'isem l-Unjoni tal-Ftehim Bilaterali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerka dwar miżuri prudenzjali fir-rigward tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni huwa b'dan approvat, soġġett għall-konklużjoni tal-imsemmi Ftehim.
It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat li jinnomina l-persuna jew persuni li jkollhom is-setgħa li jiffirmaw il-Ftehim f'isem l-Unjoni.
Artikolu 3
L-Artikoli 4 u 7 tal-Ftehim għandhom jiġu applikati fuq bażi provviżorja f'konformità mal-Artikoli 9 u 10 tal-Ftehim, (1) sakemm jitlestew il-proċeduri meħtieġa għall-konklużjoni tal-Ftehim.
Artikolu 4
Il-Kummissjoni għandha tirrappreżenta lill-Unjoni fi ħdan il-Kumitat Konġunt previst fl-Artikolu 7 tal-Ftehim, wara li tkun semgħet il-fehmiet tal-grupp ta' ħidma tal-Kunsill dwar is-servizzi finanzjarji, u għandha tgħarraf lil dak il-grupp ta' ħidma, kull meta jkun xieraq u mill-anqas kull sena, bil-progress li jkun sar fl-implimentazzjoni tal-Ftehim.
Artikolu 5
Kwalunkwe pożizzjoni li tiġi espressa f'isem l-Unjoni għandha tkun adottataf'konformità mat-Trattati u b'hekk mill-Kunsill kif previst fl-Artikolu 16(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea jew l-Artikolu 218(9) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 6
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta' Mejju 2017.
Għall-Kunsill
Il-President
C. CARDONA
(1) Id-data minn meta l-Ftehim ser jiġi applikat b'mod provviżorju ser tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.