|
29.9.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 251/28 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2017/1776
tat-28 ta' Settembru 2017
li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fil-31 ta' Lulju 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 (1) dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja. |
|
(2) |
Fil-31 ta' Marzu 2017, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2017/621 (2). |
|
(3) |
Fid-dawl tal-instabbiltà kontinwa u s-serjetà tas-sitwazzjoni fil-Libja, il-Kunsill iddeċieda li l-miżuri restrittivi kontra tliet persuni jenħtieġ li jiġu estiżi għal perijodu ieħor ta' 6 xhur. |
|
(4) |
Għalhekk jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Fl-Artikolu 17 tad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333, il-paragrafi 3 u 4 huma sostitwiti b'dan li ġej:
“3. Il-miżuri msemmija fl-Artikolu 8(2) għandhom japplikaw fir-rigward tal-entrati bin-numru 16, 17 u 18 fl-Anness II sat-2 ta' April 2018.
4. Il-miżuri msemmija fl-Artikolu 9(2) għandhom japplikaw fir-rigward tal-entrati bin-numru 21, 22 u 23 fl-Anness IV sat-2 ta' April 2018.”.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta' Settembru 2017.
Għall-Kunsill
Il-President
M. MAASIKAS
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1333 tal-31 ta' Lulju 2015 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja, u li tħassar id-Deċiżjoni 2011/137/PESK (ĠU L 206, 1.8.2015, p. 34).
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/621 tal-31 ta' Marzu 2017 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja (ĠU L 89, 1.4.2017, p. 10).