21.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 243/14


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1593

tal-20 ta' Settembru 2017

li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 dwar miżuri protettivi marbuta ma' tifqigħat ta' influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'ċerti Stati Membri

(notifikata bid-dokument C(2017) 6458)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta' Diċembru 1989 dwar spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(4) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar, veterinarju u zootekniku applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju ta' ċertu annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(4) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/247 (3) ġiet adottata wara t-tifqigħat tal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja tas-sottotip H5 f'għadd ta' Stati Membri (“l-Istati Membri kkonċernati”), u l-istabbiliment ta' żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza mill-awtorità kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati skont l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE (4).

(2)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 tistipula li ż-żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza stabbiliti mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati skont id-Direttiva 2005/94/KE iridu jinkludu tal-inqas iż-żoni mniżżlin bħala żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza fl-Anness ta' dik id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni. Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 tistipula wkoll li l-miżuri li jridu jiġu applikati fiż-żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza, kif previst fl-Artikolu 29(1) u fl-Artikolu 31 tad-Direttiva 2005/94/KE, iridu jinżammu tal-inqas sad-dati stabbiliti fl-Anness ta' dik id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni għal dawk iż-żoni.

(3)

Sa mid-data tal-adozzjoni tagħha, id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 ġiet emendata bosta drabi sabiex tqis l-iżviluppi fis-sitwazzjoni epidemjoloġika fl-Unjoni fir-rigward tal-influwenza avjarja. Barra minn hekk, id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 ġiet emendata bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/696 (5) sabiex jiġu stipulati r-regoli dwar id-dispaċċ tal-konsenji ta' flieles ta' ġurnata miż-żoni mniżżlin fl-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247. Dik l-emenda qieset il-fatt li l-flieles ta' ġurnata jippreżentaw riskju baxx ħafna għat-tixrid tal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja meta mqabbla ma' prodotti oħra tat-tjur.

(4)

Barra minn hekk, l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 ġie emendat bosta drabi sabiex iqis il-bidliet fil-fruntieri taż-żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza stabbiliti mill-Istati Membri kkonċernati b'konformità mad-Direttiva 2005/94/KE. Dak l-Anness ġie emendat l-aħħar permezz tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1519 (6), wara n-notifika mill-Italja dwar tifqigħat ta' influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja tas-sottotip H5N8 f'azjendi tat-tjur fir-reġjuni tal-Lombardia u tal-Veneto, u l-istabbiliment ta' żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza minn dak l-Istat Membru madwar l-azjendi tat-tjur infettati b'konformità mad-Direttiva 2005/94/KE.

(5)

Mid-data tal-aħħar emenda tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/1519, l-Italja identifikat tifqigħat ġodda tal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja tas-sottotip H5N8 fl-azjendi tat-tjur, għal darb'oħra fir-reġjuni tal-Lombardia u tal-Veneto ta' dak l-Istat Membru, u nnotifikat lill-Kummissjoni dwar dan. L-Italja għarrfet lill-Kummissjoni wkoll li hija ħadet il-miżuri neċessarji meħtieġa skont id-Direttiva 2005/94/KE, fosthom l-istabbiliment ta' żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza madwar l-azjendi tat-tjur infettati.

(6)

Il-Kummissjoni eżaminat il-miżuri li l-Italja ħadet skont id-Direttiva 2005/94/KE, wara t-tifqigħat riċenti tal-influwenza avjarja tas-sottotip H5N8 f'dak l-Istat Membru, u ħarġet sodisfatta li l-fruntieri taż-żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza, stabbiliti mill-awtorità kompetenti tal-Italja, jinsabu 'l bogħod biżżejjed minn kull azjenda li fiha ġiet ikkonfermata tifqigħa tal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja tas-sottotip H5N8.

(7)

Sabiex jiġi evitat kull xkiel bla bżonn għall-kummerċ fl-Unjoni, u biex jiġi evitat li xi pajjiżi terzi jimponu ostakli mhux iġġustifikati għall-kummerċ, jeħtieġ li, b'kollaborazzjoni mal-Italja, jiġu deskritti malajr, fil-livell tal-Unjoni, iż-żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza stabbiliti fl-Italja skont id-Direttiva 2005/94/KE wara t-tifqigħat riċenti tal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja tas-sottotip H5N8 f'dak l-Istat Membru. Għalhekk, jenħtieġ li l-entrati għall-Italja fl-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 jiġu aġġornati sabiex titqies is-sitwazzjoni epidemjoloġika aġġornata f'dak l-Istat Membru b'rabta ma' din il-marda. B'mod partikolari, iridu jiżdiedu l-entrati ġodda għal ċerti żoni fir-reġjuni tal-Lombardia u tal-Veneto sabiex tiġi indirizzata din is-sitwazzjoni ġdida.

(8)

Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 jiġi emendat biex jaġġorna r-reġjonalizzazzjoni fil-livell tal-Unjoni biex jiġu inklużi ż-żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza stabbiliti mill-Italja wara t-tifqigħat ġodda tal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja fir-reġjuni tal-Lombardia u tal-Veneto, b'konformità mad-Direttiva 2005/94/KE u t-tul ta' żmien tar-restrizzjonijiet li japplikaw fihom.

(9)

Għalhekk jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 tiġi emendata skont dan.

(10)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 qed jiġi emendat skont l-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Settembru 2017.

Għall-Kummissjoni

Vytenis ANDRIUKAITIS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13.

(2)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29.

(3)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/247 tad-9 ta' Frar 2017 dwar miżuri protettivi marbuta ma' tifqigħat ta' influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'ċerti Stati Membri (ĠU L 36, 11.2.2017, p. 62).

(4)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE tal-20 ta' Diċembru 2005 dwar miżuri Komunitarji għall-kontroll tal-influwenza tat-tjur u li tħassar id-Direttiva 92/40/KEE (ĠU L 10, 14.1.2006, p. 16).

(5)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/696 tal-11 ta' April 2017 li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 dwar miżuri protettivi marbuta ma' tifqigħat ta' influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'ċerti Stati Membri (ĠU L 101, 13.4.2017, p. 80).

(6)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1519 tal-1 ta' Settembru 2017 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 dwar miżuri protettivi marbuta ma' tifqigħat tal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'ċerti Stati Membri (ĠU L 228, 2.9.2017, p. 1).


ANNESS

L-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fil-Parti A, l-entrata għall-Italja qed tinbidel b'dan li ġej:

“Stat Membru: l-Italja

Żona li tkopri:

Id-data sa meta applikabbli skont l-Artikolu 29(1) tad-Direttiva 2005/94/KE

Municipality of SAN PIETRO DI MORUBIO (VR): East of via Casari, via Borgo, via Farfusola

Municipality of ROVERCHIARA (VR): South of via Molaro, South West of via Anesi, West of via Borcola, South of via Viola, West of via Bussè, South of SP3, South and West of via Casalino

Municipality of CEREA (VR): North of SP44c, East of via Polesella, North of via Guanti, West of SP45, North of via Cesare Battisti, East of SP2, via Isolella Bassa

Municipality of ANGIARI (VR): North West of SP44c, West of via Lungo Bussè, North and West and South of via Boscarola.

20.9.2017

Municipality of CHIGNOLO PO (PV): East of SP193, South of via Don Sbarsi, East of via Mariotto.

Municipality of MONTICELLI PAVESE (PV).

Municipality of ROTTOFRENO (PC): North of E70.

Municipality of SARMATO (PC): North of E70.

Municipality of PIEVE PORTO MORONE (PV): East of SP412, South of SP193.

Municipality of BADIA PAVESE (PV): South East of SP193, via Roma

21.9.2017

The area of the parts of Lombardia and Emilia Romagna Regions (ADNS 17/0036) contained within a circle of radius of three kilometres, centred on WGS84 dec. coordinates N45.046214 and E10.186550

30.9.2017

The area of the parts of Veneto Region (ADNS 17/0037) contained within a circle of radius of three kilometres, centred on WGS84 dec. coordinates N45.137063 and E11.664795

5.10.2017”

(2)

Fil-Parti B, l-entrata għall-Italja qed tinbidel b'dan li ġej:

“Stat Membru: l-Italja

Żona li tkopri:

Id-data sa meta applikabbli skont l-Artikolu 31 tad-Direttiva 2005/94/KE

Municipality of RONCO ALL'ADIGE (VR): West of via Mazza, North and East of via Pezze Albaro, North West of via Lasta, West of via Ponzilovo, West of via Pieve, South of via Cantonà, West of via Ronchi, North of SP19, West of via Fornetto

Municipality of ZEVIO (VR): East of via S. Spirito, South of via Botteghe, East of via Bertolda

Municipality of PALU' (VR): North East of via Rizza, North East and North of Località Stagnà Nuovo/Vecchio, East of via Piave, North West of via Casoti, West of via Ponte Rosso, North West of Località Motte I/II.

22.9.2017

Municipality of ZIMELLA (VR): East of via Fedriga, South of via Fiorette and via Baffa, East and South of via S. Martino; West of SP500, South of via Callesella, West of via Larga

Municipality of VERONELLA(VR): North East of SP7b, South East of via Fiume, South of via Colonnello Rossi, piazza S. Gregorio, East of via Bruso; North West and North East of via Giavone

Municipality of ALBAREDO D'ADIGE (VR): North East of via Cadelsette, East of SP18

Municipality of COLOGNA VENETA (VR): West and North of via S. Giustina,West of SP7

23.9.2017

Municipality of CERVIGNANO D'ADDA (LO)

Municipality of BOFFALORA D'ADDA (LO): West of SP1, SP25

Municipality of MULAZZANO (LO): North East of SP202, SP158, East of via Quartiano, North East of via Roma, Piazza della Chiesa, East of via Cassino, SP 158

Municipality of ZELO BUON PERSICO (LO): West of SP16, South and East of country road that connect SP16 to SP16d, East of SP16d, South East of Circonvallazione Zelo Buon Persico, North East of via Dante

Municipality of GALGAGNANO (LO)

Municipality of SPINO D'ADDA (CR): South of Canale Vacchelli, West of SP1, viale della Vittoria, South and West of SP1

25.9.2017

Municipality of RONCO ALL'ADIGE (VR): East of SP19

Municipality of ZIMELLA (VR): West of via Fedriga, North of via Fiorette, via Baffa, North and West of via S. Martino; East of SP500, North of via Callesella, East of via Larga

Municipality of VERONELLA (VR): West of via Bruso; North of Piazza S.Gregorio, West of via Fiume, West of SP7b, North of country road that connect SP7b to SP18.

Municipality of COLOGNA VENETA (VR): East and South of via S. Giustina, East of SP7

Municipality of BELFIORE (VR): East of SP39, North of str. Porcilana, East of SP38b

Municipality of SAN BONIFACIO (VR): South of via Circonvalazione, East of via Masetti, South East of SP38, East of SP7 and Cavalcavia Monteforte, South of SR11

Municipality of ARCOLE (VR)

Municipality of LONIGO (VI): South of via Trassegno, East of via Albaria, South of via Fontane

Municipality of ALONTE (VI)

Municipality of ORGIANO (VI): West of via Borgomale, via Cree Storte, via Ca' Muzzana, via Perara, South West of via S. Feliciano

Municipality of ASIGLIANO VENETO (VI).

Municipality of PRESSANA (VR): North East of SP40b, East of SP500

Municipality of ROVEREDO DI GUA' (VR): South of via Ca' Dolfina, West of Scolo Giacomelli Centrale and Scolo Sperona

Municipality of MONTAGNANA: West of SP90 and North of SR10

23.9.2017

Municipality of LEGNAGO (VR): South West of SP46, South of SP46b, via Valverde, East of via Scolo Pisani, South East of via Villabona, West of SS434.

Municipality of CEREA (VR): South West of Località Muri.

Municipality of CASALEONE (VR): South and East of via Carpania

Municipality of PRESSANA (VR): South-West of SP40b, East of SP500; North of SP40b, via Braggio, West of SP500

Municipality of MINERBE (VR): North East of via Nuvolea, North of SR10, East of via Serraglio, via Amedeo di Savoia, North of SP41, East of via Comuni, SP500

Municipality of BOSCHI SANT'ANNA (VR): South of via Scaranella, East of via Olmo, South of via Faro, East of SP42A

Municipality of BEVILACQUA (VR)

Municipality of TERRAZZO (VR): West of via Brazzetto, North West of SP42, West of SP41

Municipality of VILLA BARTOLOMEA (VR): North-East of SP47, West of via Beccascogliera, East of via Argine della Valle, West of via Zanardi, via Ferranti, North of via Arzaron, via Rodigina, West of via Brazzetto

24.9.2017

Municipality of ZEVIO (VR): West of via S. Spirito, North of via Botteghe, West of via Bertolda East of via Campagnol, via Casa Nuova, via Fienil Molino, South of via Speranza, East of via Monti Lessini, East and North of via Pontoncello

Municipality of PALU' (VR): South West of via Rizza, South West and South of Località Stagnà Nuovo/Vecchio, North East of via Piave, via Belledonne, West and South of SP20

Municipality of OPPEANO (VR): East of SS434, South of via Spinetti, East of via Marco Biagi, South of via Ferruccio Busoni, East of SP2; and North East and North West of SP21, South and West of via degli Oppi, North and West of via Fornello, via Spin, via 44a

Municipality of SAN MARTINO BUON ALBERGO (VR): South of Marco Pantani pedestrian cycle track, via Casotton, South east of via Giarette, East of via Pantina, via Coetta, South West of and South East of via Ferraresa, South of via Mariona, East of SP20

Municipality of LAVAGNO (VR): South of St. Porcilana, East of SP20

Municipality of COLOGNOLA AI COLLI (VR): South and West of SP37, South of via Peschieria, SP37

Municipality of SOAVE (VR): South of Località Val Ponsara, via Mondello, West of via Bassano, South of via Carantiga, West of via Ca' del Bosco, East of SP37a, South of via Ugo Foscolo, via Bissoncello di Sopra, via Ghiaia

Municipality of CALDIERO (VR)

Municipality of BOVOLONE (VR): North and West of via Capitello, North of SP21

Municipality of BELFIORE (VR): West of SP39, South of str. Porcilana, West of SP38b

Municipality of SAN BONIFACIO (VR): North of via Circonvalazione, West of via Masetti, North West of SP38, West of SP7, Cavalcavia Monteforte, North of SR11, West of Francesco Perlini

22.9.2017

Municipality of CASALMAIOCCO (LO)

Municipality of TRIBIANO (MI)

Municipality of VAIANO CREMASCO (CR)

Municipality of SORDIO (LO)

Municipality of LODI (LO):

Municipality of MELEGNANO (MI): North East of SS9, East of via Vittorio Veneto, via Camillo Benso di Cavour, Vicolo Monastero, via Stefano Bersani, South of via Frisi, via Conciliazione, East of viale S. Predabissi, East and South of via Giardino

Municipality of CERRO AL LAMBRO (MI): East of SP17

Municipality of BOFFALORA D'ADDA (LO): East of SP1, SP25

Municipality of CASALETTO LODIGIANO (LO): East of SP17, North of SP115

Municipality of SALERANO SUL LAMBRO (LO): North of SP115, East of SP204, North of SP140

Municipality of LODI VECCHIO (LO)

Municipality of PIEVE FISSIRAGA (LO): North and North West of SP235

Municipality of CORNEGLIANO LAUDENSE (LO): North West of SP235

Municipality of MULAZZANO (LO): South West of SP202, SP158, West of via Quartiano, South West of via Roma, Piazza della Chiesa, West of via Cassino, SP 158

Municipality of ZELO BUON PERSICO (LO): East of SP16, North and West of country road that connect SP16 to SP16d, West of SP16d, North West of Circonvallazione Zelo Buon Persico, South West of via Dante

Municipality of VIZZOLO PREDABISSI (MI)

Municipality of SAN ZENONE AL LAMBRO (MI)

Municipality of TAVAZZANO CON VILLAVESCO (LO)

Municipality of MONTANASO LOMBARDO (LO)

Municipality of SPINO D'ADDA (CR): North of Canale Vacchelli, East of SP1, viale della Vittoria, North and East of SP1

Municipality of MERLINO (LO)

Municipality of COMAZZO (LO)

Municipality of DRESANO (MI)

Municipality of COLTURANO (MI)

Municipality of PAULLO (MI)

Municipality of MONTE CREMASCO (CR)

Municipality of DOVERA (CR)

Municipality of PANDINO (CR)

Municipality of SAN GIULIANO MILANESE (MI): East of SS9, South and East of via L. Tolstoi, East of str. Vicinale Cascinetta, South east of str. Provinciale Mediglia S.Giuliano

Municipality of MEDIGLIA (MI): West of str. Provinciale Bettola Sondrio, South of Cascina Meleganello, East of via Piero Capponi, via della Liberazione

Municipality of PANTIGLIATE (MI)

Municipality of LISCATE (MI): South of SP14

Municipality of TRUCCAZZANO (MI): South of SP14

Municipality of RIVOLTA D'ADDA (CR): South of SP14, SP185

Municipality of CRESPIATICA (LO)

Municipality of CORTE PALASIO (LO)

Municipality of SETTALA (MI)

Municipality of AGNADELLO (CR): West of SP472, SP34, South of SP34

Municipality of PALAZZO PIGNANO (CR)

25.9.2017

Municipality of CHIGNOLO PO (PV): West of SP193, North of via Don Sbarsi, West of via Mariotto.

Municipality of BADIA PAVESE (PV): East of via Guglielmo Marconi

Municipality of SAN COLOMBANO AL LAMBRO (MI): South of SP19, viale F. Petrarca, West of SP23, South of S. Giovanni di Dio, West of via Privata Colombana, via del Pilastrello, West of Strada comunale per Campagna

30.9.2017

Municipality of RONCO ALL'ADIGE (VR): West of SP19, East of via Quadrelli, South and West of via Valmarana, South of via Casona, South and East of via Ponzilovo, East of via Lasta, West and South of via Pezze Albaro, East of via Mazza.

Municipality of PALU' (VR): East of via Piave, South East of via Casoti, East of via Ponte Rosso, South of Località Motte I/II.

Municipality of OPPEANO (VR): East of SP20, North of SP44.

29.9.2017

Municipality of ALBAREDO D'ADIGE (VR): South of via Caldasette, East of via Palazzetto, via Presina, North East of via Villaraspa, via Carotta, via Pascoloni.

Municipality of VERONELLA(VR): East and North West of via Giavone.

29.9.2017

Municipality of CEREA (VR): South of SP44c, West of via Palesella, South of via Guanti, East of SP45, South of via Cesare Battisti, East of via Paride da Cerea, East and North of SR10.

Municipality of ANGIARI (VR): South East of SP44c, East of via Lungo Bussè, South and East and North of via Boscarola.

Municipality of BONAVIGO (VR): West and South of SP44b.

Municipality of LEGNAGO (VR): North West of via Palazzina, SP46c dir, via G.B. Giudici, North of via Corradina, West of via Lungo Bussè, North West of viale Regina Margherita, North of via XXIV Maggio, East of via Passeggio, via Disciplina, North West and West of via degli Alpini, via Padana Inferiore Est, North West of SR10, West of Via Custoza, South East of via S. Vito, South of SP44b.

29.9.2017

Municipality of CHIGNOLO PO (PV): East of SP193, South of via Don Sbarsi, East of via Mariotto

Municipality of MONTICELLI PAVESE (PV)

Municipality of ROTTOFRENO (PC): North of E70

Municipality of SARMATO (PC): North of E70

Municipality of PIEVE PORTO MORONE (PV): East of SP412, South of SP193

Municipality of BADIA PAVESE (PV): South East of SP193, via Roma

Mit-22.9.2017 sat-30.9.2017

Municipality of SAN PIETRO DI MORUBIO (VR): East of via Casari, via Borgo, via Farfusola

Municipality of ROVERCHIARA (VR): South of via Molaro, South West of via Anesi, West of via Borcola, South of via Viola, West of via Bussè, South of SP3, South and West of via Casalino.

Municipality of CEREA (VR): North of SP44c, East of via Polesella, North of via Guanti, West of SP45, North of via Cesare Battisti, East of SP2, via Isolella Bassa.

Municipality of ANGIARI (VR): North West of SP44c, West of via Lungo Bussè, North and West and South of via Boscarola

Mill-21.9.2017 sad-29.9.2017

Municipality of SAN PIETRO DI MORUBIO (VR): West of via Casari, via Borgo, via Farfusola

Municipality of ROVERCHIARA (VR): North of via Molaro, North East of via Anesi, East of via Borcola, North of via Viola, East of via Bussè, North of SP3, a North East of via Casalino.

Municipality of CEREA (VR): South and West of SR10, West of via Paride da Cerea, West of SP2, via Isolella Bassa; and North East of Località Muri.

Municipality of BONAVIGO (VR): East and North of SP44b.

Municipality of LEGNAGO (VR): South East of via Palazzina, SP46c dir, via G.B. Giudici, South of via Corradina, East of via Lungo Bussè, South East of viale Regina Margherita, South of via XXIV Maggio, West of via Passeggio, via Disciplina, South East and East of via degli Alpini, via Padana Inferiore Est, South East of SR10, East of Via Custoza, North West of via S. Vito, North of SP44b; and North East of SP46, North of SP46b, via Valverde, West of via Scolo Pisani, North West of via Villabona, East of SS434.

Municipality of ALBAREDO D'ADIGE (VR): West of SP18, South of via Caldasette, West of via Palazzetto, via Presina, South West of via Villaraspa, via Carotta, via Pascoloni.

Municipality of RONCO ALL'ADIGE (VR): South of SP19, South East and South West of SP21, East of via Valle Tomba, via Paluvecchio.

Municipality of PALU' (VR): South West of via Piave, via Belledonne, East and North of SP20.

Municipality of OPPEANO (VR): South West and South East of SP21, North and East of via degli Oppi, South and East of via Fornello, via Spin, via 44a, South West and West of SP20, South West of SP44.

Municipality of ISOLA RIZZA (VR).

Municipality of BOVOLONE (VR): East of via Dosso, viale del Silenzio, North East of SP2, South and East of via Capitello, South of SP21.

Municipality of SALIZZOLE (VR): East of SP48c, South of SP20, East of via Capitello, South East of via Pascoletto.

Municipality of CONCAMARISE (VR).

Municipality of NOGARA (VR): East of SP48c, North of SR10.

Municipality of SANGUINETTO (VR).

Municipality of CASALEONE (VR): North and West of via Carpania.

Municipality of VERONELLA (VR): South East of via Giavone.

Municipality of PRESSANA (VR): West of SP500, South of via Braggio, via SP40b.

Municipality of MINERBE (VR): South West of via Nuvolea, South of SR10, West of via Serraglio, via Amedeo di Savoia, South of SP41, West of via Comuni, SP500.

Municipality of BOSCHI SANT'ANNA (VR): North of via Scaranella, West of via Olmo, North of via Faro, West of SP42A.

29.9.2017

Municipality of ROTTOFRENO (PC): South of E70

Municipality of SARMATO (PC): South of E70

Municipality of PIEVE PORTO MORONE (PV): West of SP412, North of SP193

Municipality of BADIA PAVESE (PV): North West of SP193, via Roma, via Guglielmo Marconi

Municipality of GRAGNANO TREBBIENSE (PC): North of SP7, SP11

Municipality of BORGONOVO VAL TIDONE (PC): North of SP11, East of SP412R, North and East of via Montanata

Municipality of CASTEL SAN GIOVANI (PC)

Municipality of ARENA PO (PV): East of SP199, North of SP75, North East of SP144

Municipality of SAN ZENONE AL PO (PV): East and South of SP35

Municipality of COSTA DE' NOBILI (PV): East of SP31

Municipality of ZERBO (PV)

Municipality of SANTA CRISTINA E BISSONE (PV)

Municipality of MIRADOLO TERME (PV): South of via Privata dei Colli, West of SP189

Municipality of GRAFFIGNANA (LO): South of SP125, East of SP19, South of via Monteleone

Municipality of SAN COLOMBANO AL LAMBRO (MI): North of SP19, viale F. Petrarca, East of SP23, North of via S. Giovanni di Dio, East of via Privata Colombana, via del Pilastrello, East of Strada comunale per Campagna

Municipality of BORGHETTO LODIGIANO (LO): West and South of SP125, South of SP23, South of SP125

Municipality of BREMBIO (LO): South of SP168, West of SP141

Municipality of LIVRAGA (LO)

Municipality of ORIO LITTA (LO)

Municipality of OSPEDALETTO LODIGIANO (LO)

Municipality of SENNA LODIGIANA (LO)

Municipality of CALENDASCO (PC)

Municipality of GUARDAMIGLIO (LO): West of Po river

Municipality of SAN ROCCO AL PORTO (LO): West of Po river

Municipality of SOMAGLIA (LO): West of SP223, SP142

30.9.2017

The area of the parts of Lombardy and Emilia Romagna Regions (ADNS 17/0036) contained within a circle of radius of three kilometres, centred on WGS84 dec. coordinates N45.046214 and E10.186550

Mill-1.10.2017 sad-9.10.2017

The area of the parts of Lombardy and Emilia Romagna Regions (ADNS 17/0036) extending beyond the area described in the protection zone and within the circle of a radius of ten kilometres, centred on WGS84 dec. coordinates N45.046214 and E10.186550

9.10.2017

The area of the parts of Veneto Region (ADNS 17/0037) contained within a circle of radius of three kilometres, centred on WGS84 dec. coordinates N45.137063 and E11.664795

Mis-6.10.2017 sal-14.10.2017

The area of the parts of Veneto Region (ADNS 17/0037) extending beyond the area described in the protection zone and within the circle of a radius of ten kilometres, centred on WGS84 dec. coordinates N45.137063 and E11.664795

14.10.2017”