15.9.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 237/71 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2017/1560
tal-14 ta' Settembru 2017
li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2016/1693 dwar miżuri restrittivi kontra ISIL (Da'esh) u Al-Qaida, u persuni, gruppi, impriżi u entitajiet assoċjati magħhom
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/1693 tal-20 ta' Settembru 2016 dwar miżuri restrittivi kontra ISIL (Da'esh) u Al-Qaida, u persuni, gruppi, impriżi u entitajiet assoċjati magħhom u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2002/402/PESK (1),
Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
(1) |
Fl-20 ta' Settembru 2016, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2016/1693. |
(2) |
Il-miżuri restrittivi msemmija fl-Artikolu 2(2) u l-Artikolu 3(3) u (4) tad-Deċiżjoni (PESK) 2016/1693 japplikaw sat-23 ta' Settembru 2017. Abbażi ta' rieżami ta' dik id-Deċiżjoni, jenħtieġ li l-miżuri restrittivi jiġu estiżi sal-31 ta' Ottubru 2018. |
(3) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2016/1693 tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Artikolu 6(5) tad-Deċiżjoni (PESK) 2016/1693 huwa sostitwit b'dan li ġej:
“5. Il-miżuri msemmija fl-Artikolu 2(2) u l-Artikolu 3(3) u (4) għandhom japplikaw sal-31 ta' Ottubru 2018.”.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Settembru 2017.
Għall-Kunsill
Il-President
A. ANVELT
(1) ĠU L 255, 21.9.2016, p. 25.