11.8.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 208/38 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2017/1459
tal-10 ta' Awwissu 2017
li timplimenta d-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika Popolari tal-Korea
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/849 tas-27 ta' Mejju 2016 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika Popolari tal-Korea u li tħassar id-Deċiżjoni 2013/183/PESK (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 33(1) tagħha,
Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
(1) |
Fis-27 ta' Mejju 2016, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2016/849. |
(2) |
Fil-5 ta' Awwissu 2017, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti adotta r-Riżoluzzjoni 2371 (2017), li żiedet disa' persuni u erba' entitajiet mal-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittiviu emendat l-entrati għal żewġ persuni soġġetti għal miżuri restrittivi. |
(3) |
Jenħtieġ għalhekk li l-Anness I għad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness I għad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 huwa b'dan emendat kif indikat fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Awwissu 2017.
Għall-Kunsill
Il-President
M. MAASIKAS
(1) ĠU L 141, 28.5.2016, p. 79.
ANNESS
Il-persuni u l-entitajiet elenkati hawn taħt jiżdiedu mal-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi li jinsabu fl-Anness I għad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849.
A. Persuni
|
Isem |
Alias |
Identifikaturi |
Data tad-deżinjazzjoni min-NU |
Dikjarazzjoni tar-Raġunijiet |
54. |
Choe Chun Yong |
Ch'oe Ch'un-yo'ng |
Ċittadinanza: RDPK Numru tal-passaport: 654410078 Sess: raġel |
4.8.2017 |
Rappreżentant għal Ilsim International Bank, li huwa affiljat mal-forzi militari tar-RDPK u għandu relazzjoni mill-qrib mal-Korea Kwangson Banking Corporation. Ilsim International Bank ipprova jevita s-sanzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti. |
55. |
Han Jang Su |
Chang-Su Han |
Data tat-twelid: 08.11.1969 Post tat-twelid: Pyongyang, RDPK Ċittadinanza: RDPK Nru tal-Passaport: 745420176, jiskadi fid-19.10.2020 Sess: raġel |
4.8.2017 |
Kap Rappreżentant tal-Foreign Trade Bank. |
56. |
Jang Song Chol |
|
Data tat-twelid: 12.3.1967 Ċittadinanza: RDPK |
4.8.2017 |
Jang Song Chol huwa rappreżentant tal-Korea Mining Development Corporation (KOMID) barra mill-pajjiż. |
57. |
Jang Sung Nam |
|
Data tat-twelid: 14.7.1970 Ċittadinanza: RDPK Nru tal-Passaport: 563120368, maħruġ fit-22.3.2013; Data ta' skadenza tal-passaport: 22.3.2018 Sess: raġel |
4.8.2017 |
Kap ta' fergħa barra mill-pajjiż ta' Tangun Trading Corporation, li hija primarjament responsabbli għall-akkwist ta' prodotti bażiċi u teknoloġiji għall-appoġġ tar-riċerka tad-difiża u l-programmi ta' żvilupp tar-RDPK. |
58. |
Jo Chol Song |
Cho Ch'o'l-so'ng |
Data tat-twelid: 25.9.1984 Ċittadinanza: RDPK Numru tal-passaport: 654320502, jiskadi fis-16.9.2019 Sess: raġel |
4.8.2017 |
Deputat Rappreżentant għall-Korea Kwangson Banking Corporation, li tipprovdi servizzi finanzjarji b'appoġġ għal Tanchon Commercial Bank u l-Korea Hyoksin Trading, entità li taqa' taħt il-Korea Ryonbong General Corporation. |
59. |
Kang Chol Su |
|
Data tat-twelid: 13.2.1969 Ċittadinanza: RDPK Nru tal-Passaport: 472234895 |
4.8.2017 |
Uffiċjal għall-Korea Ryonbong General Corporation, li tispeċjalizza fl-akkwist għall-industriji tad-difiża tar-RDPK u fl-appoġġ għax-xiri u l-bejgħ barra mill-pajjiż marbut mal-militar tar-RDPK. L-akkwisti tagħha x'aktarx li jappoġġaw ukoll il-programm tal-armi kimiċi tar-RDPK. |
60. |
Kim Mun Chol |
Kim Mun-ch'o'l |
Data tat-twelid: 25.3.1957 Ċittadinanza: RDPK |
4.8.2017 |
Rappreżentat għall-Korea United Development Bank. |
61. |
Kim Nam Ung |
|
Ċittadinanza: RDPK Nru tal-Passaport: 654110043 |
4.8.2017 |
Rappreżentant għal Ilsim International Bank, li huwa affiljat mal-forzi militari tar-RDPK u għandu relazzjoni mill-qrib mal-Korea Kwangson Banking Corporation. Ilsim International Bank ipprova jevita s-sanzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti. |
62. |
Pak Il Kyu |
Pak Il-Gyu |
Ċittadinanza: RDPK Nru tal-Passaport: 563120235 Sess: raġel |
4.8.2017 |
Uffiċjal għall-Korea Ryonbong General Corporation, li tispeċjalizza fl-akkwist għall-industriji tad-difiża tar-RDPK u fl-appoġġ għax-xiri u l-bejgħ marbuta mal-militar ta' Pyongyang. L-akkwisti tagħha x'aktarx li jappoġġaw ukoll il-programm tal-armi kimiċi tar-RDPK. |
B. Entitajiet
|
Isem |
Alias |
Lokalità |
Data tad-deżinjazzjoni min-NU |
Informazzjoni oħra |
47. |
Foreign Trade Bank |
|
FTB Building, Jungsong-dong, Central District, Pyongyang, RDPK |
4.8.2017 |
Il-Foreign Trade Bank huwa bank proprjetà tal-Istat u jaġixxi bħala l-kummerċjant primarju tal-bank f'valuta barranija tar-RDPK u pprovda appoġġ finanzjarju prinċipali lill-Korea Kwangson Banking Corporation. |
48. |
Korean National Insurance Company (KNIC) |
Korea National Insurance Corporation (KNIC) Korea Foreign Insurance Company |
Central District, Pyongyang, RDPK |
4.8.2017 |
Il-Korea National Insurance Company hija kumpanija finanzjarja u tal-assigurazzjoni tar-RDPK u hija affiljata mal-Uffiċċju 39. |
49. |
Koryo Credit Development Bank |
Daesong Credit Development Bank; Koryo Global Credit Bank; Koryo Global Trust Bank |
Pyongyang, RDPK |
4.8.2017 |
Koryo Credit Development Bank jopera fl-industrija tas-servizzi finanzjarji fl-ekonomija tar-RDPK. |
50. |
Mansudae Overseas Project Group of Companies |
Mansudae Art Studio |
Pyongyang, RDPK |
4.8.2017 |
Mansudae Overseas Project Group of Companies kien involut, iffaċilita, jew kien responsabbli għall-esportazzjoni ta' ħaddiema mir-RDPK lejn nazzjonijiet oħra għal attivitajiet relatati mal-kostruzzjoni, inkluż għal statwi u monumenti biex jiġġeneraw dħul għall-Gvern tar-RDPK jew għall-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea. Mansudae Overseas Project Group of Companies ġie rrappurtat li għamel negozju f'pajjiżi fl-Afrika u l-Asja tax-Xlokk, inkluż l-Alġerija, l-Angola, il-Botswana, il-Benin, il-Kambodja, iċ-Chad, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, il-Guinea Ekwatorjali, il-Malasja, il-Mozambique, il-Madagascar, in-Namibja, is-Sirja, it-Togo u ż-Żimbabwe. |
L-entrati li ġejjin għall-persuni soġġetti għal miżuri restrittivi li jinsabu fl-Anness I għad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 huma sostitwiti kif jidher hawn taħt:
|
Isem |
Alias |
Identifikaturi |
Data tad-deżinjazzjoni min-NU |
Informazzjoni oħra |
16. |
Jang Bom Su |
Jang Pom Su Jang Hyon U |
Data tat-twelid: 15.4.1957 jew 22.2.1958 Nru tal-Passaport Diplomatiku: 836110034; Data ta' skadenza: 01.1.2020; Ċittadinanza: RDPK |
2.3.2016 |
Rappreżentant ta' Tanchon Commercial Bank fis-Sirja. |
18. |
Jon Myong Guk |
Cho'n Myo'ng-kuk Jon Yong Sang |
Data tat-twelid: 18.10.1976 jew 25.8.1976; Nru tal-Passaport: 4721202031; Data ta' skadenza: 21.2.2017 Nru tal-Passaport Diplomatiku: 836110035; Data ta' skadenza: 01.1.2020; Ċittadinanza: RDPK |
2.3.2016 |
Rappreżentant ta' Tanchon Commercial Bank fis-Sirja. |