|
5.8.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 204/110 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2017/1429
tal-4 ta' Awwissu 2017
li timplimenta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1333 tal-31 ta' Lulju 2015 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja u li tħassar id-Deċiżjoni 2011/137/PESK (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 12(1) tagħha,
Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fil-31 ta' Lulju 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333. |
|
(2) |
Fil-21 ta' Lulju 2017, il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti stabbilit skont ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 1970 (2011) approva ż-żieda ta' bastiment wieħed għal-lista ta' bastimenti soġġetti għal miżuri restrittivi. |
|
(3) |
Għalhekk jenħtieġ li l-Anness V għad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness V għad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 huwa b'dan emendat kif jinsab fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, l-4 ta' Awwissu 2017.
Għall-Kunsill
Il-President
M. MAASIKAS
ANNESS
1.
Il-bastiment elenkat hawn taħt għandu jiżdied mal-lista ta' bastimenti soġġetti għal miżuri restrittivi li tinsab fl-Anness V għad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333:
B. Entitajiet
|
1. |
Isem: CAPRICORN
Magħruf ukoll bħala.: mhux applikabbli Qabel magħruf bħala: mhux applikabbli Indirizz: mhux applikabbli Elenkat fi: 21 ta' Lulju 2017 Informazzjoni addizzjonali OMI: 8900878. Elenkat skont il-paragrafi 10(a) u 10(b) tar-riżoluzzjoni 2146 (2014), kif estiża u mmodifikata bil-paragrafu 2 tar-riżoluzzjoni 2362 (2017) (projbizzjoni fuq it-tagħbija, it-trasport jew il-ħatt; projbizzjoni li jidħol fil-portijiet). Skont il-paragrafu 11 tar-riżoluzzjoni 2146, din id-deżinjazzjoni hija valida mill-21 ta' Lulju sal-21 ta' Ottubru 2017, sakemm ma tintemmx qabel mill-Kumitat skont il-paragrafu 12 tar-riżoluzzjoni 2146. Stat tal-Bandiera: Tanzanija. Fis-16 ta' Lulju 2017, il-bastiment kien jinsab barra mix-xtut ta' Ċipru. |