|
4.8.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 203/9 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1415
tat-3 ta' Awwissu 2017
li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 dwar miżuri protettivi marbuta ma' tifqigħat ta' influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'ċerti Stati Membri
(notifikata bid-dokument C(2017) 5571)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta' Diċembru 1989 dwar spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 9(4) tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar, veterinarju u zootekniku applikabbli għall-kummerċ intra-Kommunitarju ta' ċertu annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (2), u b'mod partikulari l-Artikolu 10(4) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/247 (3) ġiet adottata wara t-tifqigħat tal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja tas-sottotip H5 f'għadd ta' Stati Membri (“l-Istati Membri kkonċernati”), u l-istabbiliment ta' żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati skont id-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE (4). |
|
(2) |
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 tistipula li ż-żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza stabbiliti mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati skont id-Direttiva 2005/94/KE iridu jinkludu tal-inqas iż-żoni mniżżlin bħala żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza fl-Anness ta' dik id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni. Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 tistipula wkoll li l-miżuri li jridu jiġu applikati fiż-żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza, kif previst fl-Artikolu 29(1) u fl-Artikolu 31 tad-Direttiva 2005/94/KE, iridu jinżammu tal-inqas sad-dati stabbiliti fl-Anness ta' dik id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni għal dawk iż-żoni. |
|
(3) |
L-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 ġie emendat sussegwentement bid-Deċiżjonijiet ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/417 (5), (UE) 2017/554 (6), (UE) 2017/696 (7), (UE) 2017/780 (8), (UE) 2017/819 (9), (UE) 2017/977 (10), (UE) 2017/1139 (11), (UE) 2017/1240 (12) u (UE) 2017/1397 (13), sabiex jitqiesu l-bidliet fiż-żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza stabbiliti mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri skont id-Direttiva 2005/94/KE, wara li seħħew aktar tifqigħat tal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja tas-sottotip H5 fl-Unjoni. Barra minn hekk, id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 ġiet emendata bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/696 sabiex jiġu stipulati r-regoli dwar id-dispaċċ tal-konsenji ta' flieles ta' ġurnata miż-żoni mniżżlin fl-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247, wara ċertu titjib fis-sitwazzjoni epidemjoloġika b'rabta ma' dak il-vajrus fl-Unjoni. |
|
(4) |
B'mod ġenerali, is-sitwazzjoni tal-marda fl-Unjoni qed tkompli tmur għall-aħjar. Madankollu, mid-data tal-aħħar emenda tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/1397, l-Italja identifikat tifqigħat ġodda tal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja tas-sottotip H5N8 fl-azjendi tat-tjur, sewwasew fir-reġjuni Taljani tal-Lombardia u l-Veneto ta' dak l-Istat Membru. L-Italja għarrfet lill-Kummissjoni wkoll li hija ħadet il-miżuri neċessarji meħtieġa skont id-Direttiva 2005/94/KE, fosthom l-istabbiliment ta' żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza madwar l-azjendi tat-tjur infettati. |
|
(5) |
Il-Kummissjoni eżaminat il-miżuri li l-Italja ħadet skont id-Direttiva 2005/94/KE wara t-tifqigħat riċenti tal-influwenza avjarja tas-sottotip H5N8 f'dak l-Istat Membru, u ħarġet sodisfatta li l-konfini taż-żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza stabbiliti mill-awtoritajiet kompetenti Taljani jinsabu 'l bogħod biżżejjed mill-azjendi li fihom ġew ikkonfermati t-tifqigħat tal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja tas-sottotip H5N8. |
|
(6) |
Biex jiġi evitat kull xkiel bla bżonn għall-kummerċ fl-Unjoni, u biex jiġi evitat li xi pajjiżi terzi jimponu ostakli mhux iġġustifikati għall-kummerċ, jeħtieġ li, b'kollaborazzjoni mal-Italja, jiġu deskritti malajr, fil-livell tal-Unjoni, iż-żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza stabbiliti fl-Italja skont id-Direttiva 2005/94/KE wara t-tifqigħat riċenti tal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja tas-sottotip H5N8 f'dak l-Istat Membru. Għalhekk, jenħtieġ li l-entrati għall-Italja fl-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 jiġu aġġornati sabiex titqies is-sitwazzjoni epidemjoloġika attwali f'dak l-Istat Membru b'rabta ma' din il-marda. |
|
(7) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 jiġi emendat biex tiġi aġġornata r-reġjonalizzazzjoni fil-livell tal-Unjoni biex din tkun tinkludi ż-żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza stabbiliti fl-Italja skont id-Direttiva 2005/94/KE u t-tul ta' żmien tar-restrizzjonijiet li japplikaw fihom. |
|
(8) |
Għalhekk jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 tiġi emendata skont dan. |
|
(9) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 qed jiġi emendat skont l-Anness ta' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, it-3 ta' Awwissu 2017.
Għall-Kummissjoni
Vytenis ANDRIUKAITIS
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13.
(2) ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29.
(3) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/247 tad-9 ta' Frar 2017 dwar miżuri protettivi marbuta ma' tifqigħat ta' influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'ċerti Stati Membri (ĠU L 36, 11.2.2017, p. 62).
(4) Id-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE tal-20 ta' Diċembru 2005 dwar miżuri Komunitarji għall-kontroll tal-influwenza tat-tjur u li tħassar id-Direttiva 92/40/KEE (ĠU L 10, 14.1.2006, p. 16).
(5) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/417 tas-7 ta' Marzu 2017 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 dwar miżuri protettivi marbuta ma' tifqigħat tal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'ċerti Stati Membri (ĠU L 63, 9.3.2017, p. 177).
(6) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/554 tas-Il-Ħamis, 23 ta' Marzu 2017 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 dwar miżuri protettivi marbuta ma' tifqigħat tal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'ċerti Stati Membri (ĠU L 79, 24.3.2017, p. 15).
(7) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/696 tal-11 ta' April 2017 li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 dwar miżuri protettivi marbuta ma' tifqigħat ta' influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'ċerti Stati Membri (ĠU L 101, 13.4.2017, p. 80).
(8) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/780 tas-L-Erbgħa, 3 ta' Mejju 2017 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 dwar miżuri protettivi marbuta ma' tifqigħat tal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'ċerti Stati Membri (ĠU L 116, 5.5.2017, p. 30).
(9) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/819 tas-Il-Ġimgħa, 12 ta' Mejju 2017 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 dwar miżuri protettivi marbuta ma' tifqigħat tal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'ċerti Stati Membri (ĠU L 122, 13.5.2017, p. 76).
(10) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/977 tat-8 ta' Ġunju 2017 li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 dwar miżuri protettivi marbuta ma' tifqigħat ta' influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'ċerti Stati Membri (ĠU L 146, 9.6.2017, p. 155).
(11) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1139 tas-Il-Ġimgħa, 23 ta' Ġunju 2017 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 dwar miżuri protettivi marbuta ma' tifqigħat tal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'ċerti Stati Membri (ĠU L 164, 27.6.2017, p. 59).
(12) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1240 tas-Il-Ġimgħa, 7 ta' Lulju 2017 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 dwar miżuri protettivi marbuta ma' tifqigħat tal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'ċerti Stati Membri (ĠU L 177, 8.7.2017, p. 45).
(13) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1397 tas-27 ta' Lulju 2017 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 dwar miżuri protettivi marbuta ma' tifqigħat ta' influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja f'ċerti Stati Membri (ĠU L 197, 28.7.2017, p. 13).
ANNESS
L-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/247 qed jiġi emendat kif ġej:
|
(1) |
Fil-Parti A, l-entrata għall-Italja tinbidel b'dan li ġej: “L-Istat Membru: L-Italja
|
|
(2) |
Fil-Parti B, l-entrata għall-Italja tinbidel b'dan li ġej: “L-Istat Membru: L-Italja
|