25.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 193/4


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1373

tal-24 ta' Lulju 2017

li tapprova, f'isem l-Unjoni Ewropea, emenda tal-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta' Sħubija fis-settur tas-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/870 tal-24 ta' Mejju 2016 dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta' Sħubija fis-settur tas-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania għal perjodu ta' erba' snin (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 3 tagħha,

Billi:

(1)

L-Artikolu 10 tal-Ftehim ta' Sħubija fis-settur tas-sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania (2), minn hawn 'il quddiem “il-Ftehim”, approvat permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1801/2006 (3), jistabbilixxi Kumitat Konġunt responsabbli għall-monitoraġġ tal-applikazzjoni tal-ftehim imsemmi, u b'mod partikolari għas-superviżjoni tal-implimentazzjoni, l-interpretazzjoni u l-funzjonament korrett.

(2)

Il-paragrafu 3.9 tal-Artikolu 3 tal-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta' Sħubija, minn hawn 'il quddiem “il-Protokoll”, approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/870, jistabbilixxi r-regoli għall-utilizzazzjoni tal-appoġġ finanzjarju mhux użat għall-promozzjoni tas-sajd sostenibbli previst bil-protokoll preċedenti għall-perjodu 2013-2014.

(3)

Saret laqgħa straordinarja tal-Kumitat Konġunt bejn l-Unjoni u l-awtoritajiet tal-Mauritania permezz ta' skambju ta' ittri tal-10 ta' Marzu u t-3 ta' April 2017, li bihom il-partijiet ftiehmu dwar emenda tal-Protokoll sabiex tiġi estiża d-data tal-iskadenza għall-utilizzazzjoni tal-appoġġ mhux użat.

(4)

Qabel il-laqgħa tal-Kumitat Konġunt, il-Kummissjoni bagħtet dokument preparatorju lill-Kunsill fejn spjegat fid-dettall l-elementi speċifiċi tal-pożizzjoni prevista tal-Unjoni, li ġie approvat.

(5)

Xieraq li din l-emenda tal-Protokoll tiġi approvata f'isem l-Unjoni,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-sostituzzjoni tat-tieni sentenza tal-paragrafu 3.9 tal-Artikolu 3 tal-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta' Sħubija fis-settur tas-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania bit-test fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni, miftiehma bi skambju ta' ittri bejn il-membri tal-Kumitat Konġunt imwaqqaf bl-Artikolu 10 tal-Ftehim, hija approvata f'isem l-Unjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta' Lulju 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 145, 2.6.2016, p. 1.

(2)   ĠU L 343, 8.12.2006, p. 4.

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1801/2006 tat-30 ta' Novembru 2006 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Sħubija fis-settur tas-sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mawritanja (ĠU L 343, 8.12.2006, p. 1).


ANNESS

Estratt minn skambju ta' ittri bejn il-membri tal-Kumitat Konġunt imwaqqaf bl-Artikolu 10 tal-Ftehim ta' Sħubija fis-settur tas-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania (it-test tat-tieni sentenza tal-Artikolu 3, il-paragrafu 3.9, tal-Protokoll).

“Madankollu, dan l-ammont żejjed mill-appoġġ settorjali tal-2013 sal-2014 għandu jintuża l-aktar tard fi żmien għoxrin xahar (20) mid-data tal-applikazzjoni provviżorja ta' dan il-Protokoll u jekk dan ma jsirx jitqies li jkun ġie eżawrit u ma jkunx jista' jintuża.”