6.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 173/15


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2017/1206

tal-4 ta' Lulju 2017

dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji li għandhom jitħallsu mill-Istati Membri għall-finanzjament tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp, inkluż it-tieni ħlas parzjali għall-2017

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Sħubija bejn il-membri tal-Grupp tal-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn banda waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min naħa l-oħra, iffirmat f'Cotonou fit-23 ta' Ġunju 2000 (1), kif emendat l-aħħar (“il-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE”),

Wara li kkunsidra l-Ftehim Intern bejn ir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, imlaqqgħin fil-Kunsill, dwar l-iffinanzjar tal-għajnuna tal-Unjoni Ewropea fl-ambitu tal-qafas finanzjarju pluriennali għall-perijodu mill-2014 sal-2020, skont il-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE, u dwar l-allokazzjoni ta' assistenza finanzjarja għall-Pajjiżi u t-Territorji Extra-Ewropej li għalihom tapplika l-Parti Erbgħa tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (2) (“il-Ftehim Intern”), u b'mod partikolari l-Artikolu 7 tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/323 tat-2 ta' Marzu 2015 dwar ir-regolament finanzjarju applikabbli għall-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp (3) (“ir-Regolament Finanzjarju tal-11-il FEŻ”), u b'mod partikolari l-Artikolu 21(3) u 21(4) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju tal-11-il FEŻ, il-Kummissjoni ser tressaq proposta sal-15 ta' Ġunju 2017 li tispeċifika (a) l-ammont tat-tieni ħlas parzjali tal-kontribuzzjoni għall-2017, u (b) ammont annwali rivedut tal-kontribuzzjoni għall-2017, f'każijiet fejn l-ammont ivarja mill-bżonnijiet reali.

(2)

Skont l-Artikolu 52 tar-Regolament Finanzjarju tal-11-il FEŻ, fis-6 ta' April 2017, il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) bagħat lill-Kummissjoni l-estimi aġġornati tiegħu tal-impenji u l-pagamenti fl-istrumenti li jimmaniġġja.

(3)

L-Artikolu 22(1) tar-Regolament Finanzjarju tal-11-il FEŻ jistipula li s-sejħiet għal kontribuzzjonijiet għandhom l-ewwel jużaw l-ammonti stipulati fil-Fondi Ewropej għall-Iżvilupp (FEŻ) preċedenti. Għaldaqstant, jenħtieġ li ssir sejħa għall-fondi taħt l-10 u l-11-il FEŻ.

(4)

Permezz tad-Deċiżjoni (UE) 2016/2026 (4), fil-11 ta' Novembru 2016, fuq proposta mill-Kummissjoni, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni li tistabbilixxi li l-limitu massimu għall-ammont annwali tal-kontribuzzjonijiet tal-FEŻ tal-Istati Membri għall-2017 ikun ta' EUR 3 850 000 000 għall-Kummissjoni, u ta' EUR 150 000 000 għall-BEI.

(5)

Permezz tad-Deċiżjoni (UE) 2016/1337 (5), fit-2 ta' Awwissu 2016, il-Kunsill adotta l-allokazzjoni ta' fondi diżimpenjati minn proġetti taħt l-10 FEŻ għall-għan tar-riforniment tal-Faċilità għall-Paċi fl-Afrika għall-perijodu bejn l-2016 u l-2018. Intlaħaq ftehim politiku bażiku fil-COREPER mill-Istati Membri sabiex jiġi rimburżat ammont ikkombinat ta' EUR 200 miljun tal-ammonti diżimpenjati mit-Tmien u d-Disa' FEŻ u biex l-Istati Membri jagħmlu aġġustamenti ta' ħlasijiet korrispondenti biex jirrimburżaw kull Stat Membru skont is-sehem li kkontribwixxa għal dawk l-ammonti. L-aġġustamenti ta' ħlasijiet għandhom isiru sat-tielet sejħa għall-kontribuzzjonijiet tal-2017 u/jew sal-ewwel sejħa għall-kontribuzzjonijiet tal-2018,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-kontribuzzjonijiet individwali tal-FEŻ li għandhom jitħallsu mill-Istati Membri lill-Kummissjoni u lill-BEI bħala t-tieni ħlas parzjali għall-2017 huma stabbiliti fit-tabella fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

L-ishma tal-kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri stabbiliti fl-Artikolu 1(2)(a) tal-Ftehimiet Interni tat-Tmien u d-Disa' FEŻ għandhom jitnaqqsu skont dan għal ammont ta' EUR 200 000 000 minn fondi diżimpenjati taħt it-Tmien u d-Disa' FEŻ. Skont il-preferenzi ta' kull Stat Membru, l-aġġustament finanzjarju għandu jiġi implimentat mit-tielet ħlas parzjali tal-2017 u/jew mill-ewwel ħlas parzjali tal-2018.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta' Lulju 2017.

Għall-Kunsill

Il-President

M. MAASIKAS


(1)  ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3.

(2)  ĠU L 210, 6.8.2013, p. 1.

(3)  ĠU L 58, 3.3.2015, p. 17.

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/2026 tal-15 ta' Novembru 2016 dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji li għandhom jitħallsu mill-Istati Membri għall-finanzjament tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp, inklużi l-limitu massimu għall-2018, l-ammont annwali għall-2017, l-ewwel ħlas parzjali għall-2017 u previżjoni indikattiva u mhux vinkolanti għall-ammonti annwali mistennija għas-snin 2019 u 2020 (ĠU L 313, 19.11.2016, p. 25).

(5)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/1337 tat-2 ta' Awwissu 2016 dwar l-allokazzjoni ta' fondi diżimpenjati minn proġetti taħt l-10 Fond Ewropew għall-Iżvilupp għall-għan tar-riforniment tal-Faċilità għall-Paċi fl-Afrika (ĠU L 212, 5.8.2016, p. 107).


ANNESS

STATI MEMBRI

Skema tal-10 FEŻ %

Skema tal-11 FEŻ %

It-tieni ħlas parzjali tal-2017

Totali

Il-Kummissjoni

Il-Kummissjoni

Il-Kummissjoni

Il-BEI

L-10 FEŻ

Il-11-il FEŻ

Totali

L-10 FEŻ

IL-BELĠJU

3,53

3,24927

2 586 394,39

39 859 803,57

42 446 197,96

1 765 000,00

44 211 197,96

IL-BULGARIJA

0,14

0,21853

102 576,55

2 680 775,34

2 783 351,88

70 000,00

2 853 351,88

IR-REPUBBLIKA ĊEKA

0,51

0,79745

373 671,71

9 782 566,65

10 156 238,37

255 000,00

10 411 238,37

ID-DANIMARKA

2,00

1,98045

1 465 379,26

24 294 794,82

25 760 174,08

1 000 000,00

26 760 174,08

IL-ĠERMANJA

20,50

20,5798

15 020 137,42

252 458 793,95

267 478 931,37

10 250 000,00

277 728 931,37

L-ESTONJA

0,05

0,08635

36 634,48

1 059 282,25

1 095 916,73

25 000,00

1 120 916,73

L-IRLANDA

0,91

0,94006

666 747,56

11 532 007,79

12 198 755,35

455 000,00

12 653 755,35

IL-GREĊJA

1,47

1,50735

1 077 053,76

18 491 130,29

19 568 184,04

735 000,00

20 303 184,04

SPANJA

7,85

7,93248

5 751 613,60

97 310 194,16

103 061 807,76

3 925 000,00

106 986 807,76

FRANZA

19,55

17,81269

14 324 082,27

218 513 796,75

232 837 879,02

9 775 000,00

242 612 879,02

IL-KROAZJA

0,00

0,22518

0,00

2 762 352,95

2 762 352,95

0,00

2 762 352,95

L-ITALJA

12,86

12,53009

9 422 388,64

153 710 502,99

163 132 891,64

6 430 000,00

169 562 891,64

ĊIPRU

0,09

0,11162

65 942,07

1 369 277,18

1 435 219,25

45 000,00

1 480 219,25

IL-LATVJA

0,07

0,11612

51 288,27

1 424 480,08

1 475 768,35

35 000,00

1 510 768,35

IL-LITWANJA

0,12

0,18077

87 922,76

2 217 561,70

2 305 484,45

60 000,00

2 365 484,45

IL-LUSSEMBURGU

0,27

0,25509

197 826,20

3 129 268,20

3 327 094,40

135 000,00

3 462 094,40

L-UNGERIJA

0,55

0,61456

402 979,30

7 538 998,26

7 941 977,56

275 000,00

8 216 977,56

MALTA

0,03

0,03801

21 980,69

466 280,47

488 261,16

15 000,00

503 261,16

IN-NETHERLANDS

4,85

4,77678

3 553 544,71

58 598 242,83

62 151 787,53

2 425 000,00

64 576 787,53

L-AWSTRIJA

2,41

2,39757

1 765 782,01

29 411 735,32

31 177 517,33

1 205 000,00

32 382 517,33

IL-POLONJA

1,30

2,00734

952 496,52

24 624 662,80

25 577 159,32

650 000,00

26 227 159,32

IL-PORTUGALL

1,15

1,19679

842 593,07

14 681 394,38

15 523 987,45

575 000,00

16 098 987,45

IR-RUMANIJA

0,37

0,71815

271 095,16

8 809 768,94

9 080 864,11

185 000,00

9 265 864,11

IS-SLOVENJA

0,18

0,22452

131 884,13

2 754 256,52

2 886 140,66

90 000,00

2 976 140,66

IS-SLOVAKKJA

0,21

0,37616

153 864,82

4 614 471,47

4 768 336,29

105 000,00

4 873 336,29

IL-FINLANDJA

1,47

1,50909

1 077 053,76

18 512 475,41

19 589 529,16

735 000,00

20 324 529,16

L-IŻVEZJA

2,74

2,93911

2 007 569,59

36 054 974,58

38 062 544,17

1 370 000,00

39 432 544,17

IR-RENJU UNIT

14,82

14,67862

10 858 460,32

180 067 187,34

190 925 647,66

7 410 000,00

198 335 647,66

TOTAL TAL-UE-28

100,00

100,00

73 268 963,00

1 226 731 037,00

1 300 000 000,00

50 000 000,00

1 350 000 000,00