5.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 172/13


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2017/1194

tal-4 ta' Lulju 2017

li temenda d-Deċiżjoni 2013/354/PESK dwar il-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea għat-Territorji Palestinjani (EUPOL COPPS)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 28, l-Artikolu 42(4) u l-Artikolu 43(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-3 ta' Lulju 2013, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2013/354/PESK (1), li kompliet il-EUPOL COPPS mill-1 ta' Lulju 2013.

(2)

Fis-7 ta' Lulju 2016, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2016/1108 (2) li emendat id-Deċiżjoni 2013/354/PESK u estendietha mill-1 ta' Lulju 2016 sat-30 ta' Ġunju 2017.

(3)

Wara r-Reviżjoni Strateġika tal-EUPOL COPPS, il-Missjoni għandha tiġi estiża għal perijodu ulterjuri ta' 12-il xahar, sat-30 ta' Ġunju 2018.

(4)

Id-Deċiżjoni 2013/354/PESK għandha għalhekk tiġi emendata kif meħtieġ.

(5)

Il-Missjoni EUPOL COPPS ser titmexxa fil-kuntest ta' sitwazzjoni li tista' tiddeterjora u li tista' timpedixxi l-kisba tal-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni kif stabbiliti fl-Artikolu 21 tat-Trattat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2013/354/PESK hija emendata kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 12(1), jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relattiva għall-EUPOL COPPS għall-perijodu mill-1 ta' Lulju 2017 sat-30 ta' Ġunju 2018 għandu jkun EUR 12 372 000.”;

(2)

fl-Artikolu 15, it-tielet paragrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Hija għandha tiskadi fit-30 ta' Ġunju 2018.”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Hija għandha tapplika mill-1 ta' Lulju 2017.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta' Lulju 2017.

Għall-Kunsill

Il-President

M. MAASIKAS


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/354/PESK tat-3 ta' Lulju 2013 dwar il-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea għat-Territorji Palestinjani (EUPOL COPPS) (ĠU L 185, 4.7.2013, p. 12).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/1108 tas-7 ta' Lulju 2016 li temenda d-Deċiżjoni 2013/354/PESK dwar il-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea għat-Territorji Palestinjani (EUPOL COPPS) (ĠU L 183, 8.7.2016, p. 65).