|
23.6.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 162/55 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2017/1122
tal-20 ta' Ġunju 2017
li taħtar membru, propost mir-Renju ta' Spanja, fil-Kumitat tar-Reġjuni
IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Spanjol,
Billi:
|
(1) |
Fis-26 ta' Jannar 2015, fil-5 ta' Frar 2015 u fit-23 ta' Ġunju 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet (UE) 2015/116 (1), (UE) 2015/190 (2) u (UE) 2015/994 (3) li jaħtru l-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020. Fit-18 ta' Settembru 2015, bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1571 (4), is-Sur Alberto GARRE LÓPEZ ġie sostitwit mis-Sur Pedro Antonio SÁNCHEZ LÓPEZ bħala membru. |
|
(2) |
Konsegwentement għal tmiem il-mandat tas-Sur Pedro Antonio SÁNCHEZ LÓPEZ, sar vakanti s-siġġu ta' membru fil-Kumitat tar-Reġjuni. |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Huwa b'dan maħtur membru fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta' Jannar 2020:
|
— |
Is-Sur Fernando LÓPEZ MIRAS, Presidente Región de Murcia. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fil-Lussemburgu, l-20 ta' Ġunju 2017.
Għall-Kunsill
Il-President
H. DALLI
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/116 tas-26 ta' Jannar 2015 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 20, 27.1.2015, p. 42).
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/190 tal-5 ta' Frar 2015 li taħtar il-membri u membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 31, 7.2.2015, p. 25).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/994 tat-23 ta' Ġunju 2015 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 159, 25.6.2015, p. 70).
(4) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1571 tat-18 ta' Settembru 2015 li taħtar żewġ membri Spanjoli fil-Kumitat tar-Reġjuni (ĠU L 245, 22.9.2015, p. 8).