16.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 153/38


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1015

tal-15 ta' Ġunju 2017

dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet serra koperti bid-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għal kull Stat Membru għall-2014

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar mekkaniżmu għall-monitoraġġ u r-rapportar ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra u għar-rapportar ta' informazzjoni oħra relatata mat-tibdil fil-klima fil-livelli nazzjonali u tal-Unjoni u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 280/2004/KE (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 19(6) tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) tistabbilixxi l-limiti tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra (l-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet) għal kull Stat Membru għal kull sena għall-perjodu mill-2013 sal-2020 u mekkaniżmu biex kull sena tiġi vvalutata l-konformità ma' dawk il-limiti. L-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet tal-Istati Membri, mogħtija f'ekwivalenti ta' tunnellati ta' CO2, jinsabu fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/162/UE (3). Dawn l-allokazzjonijiet ġew aġġustati bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/634/UE (4).

(2)

L-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 525/2013 jistipula proċedura ta' rieżami tal-inventarji tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tal-Istati Membri sabiex tiġi vvalutata l-konformità mad-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE. Ir-rieżami komprensiv imsemmi fl-Artikolu 19(1) tar-Regolament (UE) Nru 525/2013 sar abbażi tad-dejta dwar l-emissjonijiet tal-2014 irrappurtata lill-Kummissjoni f'April tal-2016 skont il-proċeduri stabbiliti fil-Kapitolu III u fl-Anness XVI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 749/2014 (5).

(3)

L-ammont totali tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra koperti bid-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE għal kull Stat Membru għall-2014 għandu jqis il-korrezzjonijiet tekniċi u l-istimi riveduti kkalkulati waqt ir-rieżami kif mogħtija fir-rapporti finali tar-rieżami mfassla skont l-Artikolu 35(2) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 749/2014.

(4)

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tagħha sabiex tkun konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 19(7) tar-Regolament (UE) Nru 525/2013 li jistabbilixxi d-data tal-pubblikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni bħala l-punt tat-tluq għall-perjodu ta' erba' xhur li matulu l-Istati Membri jkunu jistgħu jużaw il-mekkaniżmi ta' flessibbiltà skont id-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-għadd totali ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra koperti bid-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE għal kull Stat Membru għall-2014 li ġejjin mid-dejta kkoreġuta tal-inventarju wara li tlesta r-rieżami komprensiv imsemmi fl-Artikolu 19(1) tar-Regolament (UE) Nru 525/2013 huwa stabbilit fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta' Ġunju 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 165, 18.6.2013, p. 13.

(2)  Id-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar l-isforz tal-Istati Membri biex inaqqsu l-emissjonijiet tagħhom tal-gassijiet serra biex jonoraw l-impenji tal-Komunità għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra sal-2020 (ĠU L 140, 5.6.2009, p. 136).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/162/UE tas-26 ta' Marzu 2013 dwar kif għandhom jiġu ddeterminati l-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet tal-Istati Membri għall-perjodu mill-2013 sal-2020 skont id-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 90, 28.3.2013, p. 106).

(4)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/634/UE tal-31 ta' Ottubru 2013 dwar l-aġġustamenti fl-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet għall-perjodu mill-2013 sal-2020 skont id-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 292, 1.11.2013, p. 19).

(5)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 749/2014 tat-30 ta' Ġunju 2014 dwar l-istruttura, il-format u l-proċessi tat-tressiq u r-reviżjoni tal-informazzjoni rrappurtata mill-Istati Membri skont ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 203, 11.7.2014, p. 23).


ANNESS

Stat Membru

L-emissjonijiet tal-gassijiet serra għall-2014 koperti bid-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE

(f'ekwivalenti ta' tunnellati ta' diossidu tal-karbonju)

Il-Belġju

70 054 910

Il-Bulgarija

22 900 867

Ir-Repubblika Ċeka

57 620 658

Id-Danimarka

32 643 514

Il-Ġermanja

436 790 185

L-Estonja

6 083 093

L-Irlanda

41 663 021

Il-Greċja

44 409 918

Spanja

199 755 020

Franza

353 528 786

Il-Kroazja

14 663 196

L-Italja

265 275 604

Ċipru

3 924 856

Il-Latvja

9 017 595

Il-Litwanja

12 922 268

Il-Lussemburgu

8 858 306

L-Ungerija

38 423 028

Malta

1 291 392

In-Netherlands

97 887 338

L-Awstrija

48 194 334

Il-Polonja

181 543 023

Il-Portugall

38 836 638

Ir-Rumanija

72 534 134

Is-Slovenja

10 472 374

Is-Slovakkja

19 782 144

Il-Finlandja

30 146 832

L-Iżvezja

34 522 651

Ir-Renju Unit

324 444 705