16.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 153/28


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1013

tat-30 ta' Marzu 2017

li tfassal il-formola standard għar-rappurtar li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(notifikata bid-dokument C(2017) 1927)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2006 dwar l-armonizzazzjoni ta' ċerta leġiżlazzjoni soċjali li għandha x'taqsam mat-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 u (KE) Nru 2135/98 u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 25(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat l-opinjoni tal-Kumitat dwar it-Trasport bit-Triq stabbilit bl-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) Nru 165/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Frar 2014 dwar takografi fit-trasport bit-triq, li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 dwar apparat ta' reġistrazzjoni għat-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-armonizzazzjoni ta' ċerta leġiżlazzjoni soċjali li għandha x'taqsam mat-trasport bit-triq (2),

Billi:

(1)

Il-formola standard li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 17(1) tar-Regolament (KE) Nru 561/2006 għandha tintuża bħala l-mezz li bih, kull sentejn (2), l-Istati Membri jikkomunikaw mal-Kummissjoni, l-informazzjoni neċessarja għall-preparazzjoni ta' rapport dwar l-implimentazzjoni ta' dak ir-Regolament, ir-Regolament (UE) Nru 165/2014 u dwar l-iżviluppi fl-oqsma koperti minn dawk l-atti.

(2)

Il-formola standard stabbilita bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/810/KE (3) jenħtieġ li titħassar u tiġi adottata Deċiżjoni ġdida biex jitqiesu, fost oħrajn, l-iżviluppi fl-Unjoni, bħall-adeżjoni tal-Kroazja, u r-regoli l-ġodda dwar il-ħinijiet tas-sewqan u l-perjodi ta' mistrieħ li seħħew wara l-adozzjoni ta' dik id-Deċiżjoni.

(3)

Ir-rekwiżiti tar-rappurtar stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 561/2006 u bid-Direttiva 2006/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) li tistabbilixxi l-kundizzjonijiet minimi għall-implimentazzjoni tiegħu, ikopru b'mod partikolari informazzjoni dwar eċċezzjonijiet nazzjonali mogħtija mill-Istati Membri skont l-Artikolu 13(1) tar-Regolament (KE) Nru 561/2006 u dettalji aktar preċiżi dwar verifiki li jseħħu fuq il-vetturi.

(4)

Id-Direttiva 2002/15/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) tikkumplimenta d-dispożizzjonijiet dwar il-ħin tas-sewqan, il-pawżi u l-perjodi ta' mistrieħ stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 561/2006.

(5)

Skont l-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 2002/15/KE, kull sentejn (2) għandu jsir rapport mill-Istati Membri dwar l-implimentazzjoni ta' dik id-Direttiva. Dan il-perjodu ta' sentejn (2) għandu jkun l-istess bħal dak stabbilit fl-Artikolu 17(1) tar-Regolament (KE) Nru 561/2006. Għaldaqstant huwa xieraq li, għal raġunijiet ta' konvenjenza amministrattiva u monitoraġġ effettiv tal-impatt tar-regoli tal-Unjoni f'dan il-qasam, fil-formola standard tiġi prevvista l-inklużjoni ta' din l-informazzjoni,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-formola standard li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 17(1) tar-Regolament (KE) Nru 561/2006 għandha titfassal skont il-kampjun stabbilit fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

1.   Id-Deċiżjoni 2009/810/KE tħassret.

2.   Ir-referenzi għad-Deċiżjoni mħassra għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, it-30 ta' Marzu 2017.

Għall-Kummissjoni

Violeta BULC

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 102, 11.4.2006, p. 1

(2)  ĠU L 60, 28.2.2014, p. 1

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta' Settembru 2008 li tfassal il-formola standard għar-rappurtar imsemmija fl-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 289, 5.11.2009, p. 9).

(4)  Id-Direttiva 2006/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2006 dwar il-kondizzjonijiet minimi għall-implimentazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nri 3820/85 u 3821/85 dwar il-leġiżlazzjoni soċjali li għandha x'taqsam ma' attivitajiet tat-trasport bit-triq u li tħassar d-Direttiva tal-Kunsill 88/599/KEE (ĠU L 102, 11.4.2006, p. 35).

(5)  Id-Direttiva 2002/15/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2002 dwar l-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol ta' ħaddiema li jwettqu attivitajiet mobbli tat-trasport fit-toroq (ĠU L 80, 23.3.2002, p. 35).


ANNESS

Formola standard għar-rappurtar dwar l-implimentazzjoni mill-Istati Membri tar-Regolament (KE) Nru 561/2006, tar-Regolament (UE) Nru 165/2014 u tad-Direttiva 2002/15/KE skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 561/2006 u l-Artikolu 13 tad-Direttiva 2002/15/KE

1.   STAT MEMBRU

2.   PERJODU TA' REFERENZA

(l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 561/2006)

Minn (data):

Sa (data):

3.   KALKOLU TAL-KONTROLLI MINIMI LI GĦANDHOM ISIRU

(l-Artikolu 2 tad-Direttiva 2006/22/KE)

(a)

Numru ta' ġranet maħduma min kull sewwieq tul il-perjodu ta' referenza: …

(b)

Numru totali ta' vetturi soġġetti għar-Regolament (KE) Nru 561/2006: …

(c)

Numru totali ta' ġranet maħduma [(a) * (b)]: …

(d)

Kontrolli minimi [3 % minn Jannar 2010]: …

4.   KONTROLLI MAT-TRIQ

4.1.   Numru ta' sewwieqa ċċekkjati mat-triq skont il-pajjiż tar-reġistrazzjoni u t-tip ewlieni ta' trasport

Tip ewlieni ta' trasport

UE/ŻEE/Żvizzera

Pajjiżi Terzi

Mill-pajjiż

Mhux mill-pajjiż

Trasport ta' passiġġieri

 

 

 

Trasport ta' merkanzija

 

 

 

Total

 

 

 

4.2.   Numru ta' vetturi mwaqqfa għall-kontroll mat-triq skont it-tip ta' triq u l-pajjiż tar-reġistrazzjoni

It-tip ta' triq

A

B

BG

CY

CZ

D

DK

E

EST

F

FIN

GB

GR

H

HR

I

IRL

Awtostrada

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Triq nazzjonali

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Triq sekondarja

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

It-tip ta' triq

L

LT

LV

M

NL

P

PL

RO

S

SK

SLO

FL

IS

N

CH

Oħrajn

Total

Awtostrada

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Triq nazzjonali

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Triq sekondarja

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

4.3.   Numru ta' vetturi mwaqqfa għall-kontroll mat-triq skont it-tip ta' takografu

Tip ta' takografu

UE/ŻEE/Żvizzera

Pajjiżi Terzi

Mill-pajjiż

Mhux mill-pajjiż

Analogu

 

 

 

Diġitali

 

 

 

Smart (1)

 

 

 

Total

 

 

 

Jekk l-istatistiċi nazzjonali jippermettu, jekk jogħġbok imla wkoll it-tabella ta' hawn taħt u agħti ċ-ċifri eżatti fir-rigward tal-vetturi mgħammra b'takografu diġitali:

(a)

Numru ta' vetturi mgħammra b'takografu diġitali

 

(b)

Sehem ta' vetturi mgħammra b'takografu diġitali fi flotta totali ta' vetturi soġġetti għar-Regolamenti

 

4.4.   Numru ta' jiem tax-xogħol iċċekkjati mat-triq skont it-tip ewlieni tat-trasport u l-pajjiż tar-reġistrazzjoni

Tip ewlieni ta' trasport

UE/ŻEE/Żvizzera

Pajjiżi Terzi

Mill-pajjiż

Mhux mill-pajjiż

Trasport ta' passiġġieri

 

 

 

Trasport ta' merkanzija

 

 

 

Total

 

 

 

4.5.   Infrazzjonijiet — in-numru u t-tip ta' infrazzjonijiet irreġistrati mat-triq

(R — ksur tar-Regolament (KE) Nru 561/2006, D — ksur tad-Direttiva 2006/22/KE)

Artikolu

Tip ta' infrazzjoni

Trasport ta' passiġġieri

Trasport ta' merkanzija

UE/ŻEE/Żvizzera

Pajjiżi Terzi

UE/ŻEE/Żvizzera

Pajjiżi Terzi

Mill-pajjiż

Mhux mill-pajjiż

Mill-pajjiż

Mhux mill-pajjiż

R 6

Ħin tas-sewqan:

limitu ta' kuljum

limitu ta' kull ġimgħa

limitu kull ħmistax

 

 

 

 

 

 

R 6

Nuqqas ta' informazzjoni għal xogħol ieħor u/jew disponibbiltà

 

 

 

 

 

 

R 7

Pawżi fil-ħin ta' sewqan (sewqan ta' aktar minn 4,5 sigħat mingħajr pawża jew b'pawża qasira wisq)

 

 

 

 

 

 

R 8

Perjodi ta' mistrieħ:

minimu ta' kuljum

minimu ta' kull ġimgħa

 

 

 

 

 

 

R 10 & 26

Informazzjoni dwar il-ħin tas-sewqan:

informazzjoni għat-28 jum ta' qabel

 

 

 

 

 

 

D Anness I A

Tagħmir għar-reġistrazzjoni:

ma jaħdimx sew

użat ħażin jew imbagħbas

 

 

 

 

 

 

5.   KONTROLLI FL-ISTABBILIMENT TAL-IMPRIŻA

5.1.   Numru ta' sewwieqa ċċekkjati u numru ta' jiem tax-xogħol ikkontrollati fl-istabbiliment tal-impriża

Tip ta' trasport

Numru ta' sewwieqa ċċekkjati

Numru ta' jiem tax-xogħol iċċekkjati

I.   Tipoloġija

Trasport ta' passiġġieri

 

 

Trasport ta' merkanzija

 

 

II.   Tipoloġija

Trasport għall-kiri jew għal terzi

 

 

Trasport għall-kont proprju

 

 

5.2.   Infrazzjonijiet — numru u tip ta' infrazzjonijiet irreġistrati fl-istabbiliment

(R — ksur tar-Regolament (KE) Nru 561/2006, D — ksur tad-Direttiva 2006/22/KE)

Artikolu

Tip ta' infrazzjoni

Trasport ta' passiġġieri

Trasport ta' merkanzija

R 6

Ħin tas-sewqan:

limitu ta' kuljum

limitu ta' kull ġimgħa

limitu kull ħmistax

 

 

R 6

Nuqqas ta' informazzjoni għal xogħol ieħor u/jew disponibbiltà

 

 

R 7

Pawżi fil-ħin ta' sewqan (sewqan ta' aktar minn 4,5 sigħat mingħajr pawża jew b'pawża qasira wisq)

 

 

R 8

Perjodi ta' mistrieħ:

minimu ta' kuljum

minimu ta' kull ġimgħa

 

 

R 10 & 26

Informazzjoni dwar il-ħin tas-sewqan:

Id-dejta tinżamm sena (1)

 

 

D Anness I A

Tagħmir għar-reġistrazzjoni

ma jaħdimx sew

użat ħażin jew imbagħbas

 

 

5.3.   Numru ta' impriżi u sewwieqa ċċekkjati fl-istabbiliment skont id-daqs tal-flotta tal-impriża

Daqs tal-flotta

Numru ta' impriżi ċċekkjati

Numru ta' sewwieqa ċċekkjati

Numru ta' infrazzjonijiet misjuba

1.

 

 

 

2-5

 

 

 

6-10

 

 

 

11-20

 

 

 

21-50

 

 

 

51-200

 

 

 

201-500

 

 

 

Aktar minn 500

 

 

 

6.   KAPAĊITÀ NAZZJONALI tal-INFURZAR

(a)

Numru ta' uffiċjali tal-kontroll involuti f'kontrolli mat-triq u fl-istabbilimenti:

(b)

Numru ta' uffiċjali tal-kontroll imħarrġa biex ikunu jistgħu janalizzaw id-dejta mit-takografi diġitali kemm mat-triq kif ukoll fl-istabbilimenti tal-impriża:

(c)

Numru ta' unitajiet ta' tagħmir ipprovduti lill-uffiċjali tal-kontroll sabiex ikunu jistgħu jniżżlu, jaqraw u jistħarrġu d-dejta mit-takografi diġitali kemm mat-triq kif ukoll fl-istabbilimenti tal-impriża:

7.   INIZJATTIVI NAZZJONALI U INTERNAZZJONALI

7.1.   Nazzjonali

(a)

Regolatorji (inkluż l-aġġornament dwar x'użu sar mill-eċċezzjonijiet skont l-Artikolu 13(1))

(b)

Amministrattivi

(c)

Oħrajn

7.2.   Internazzjonali

(a)

Kontrolli organizzati: in-numru ta' kontrolli organizzati f'kull sena, il-pajjiżi li kkollaboraw

(b)

Skambji ta' esperjenzi, dejta, persunal: in-numru ta' inizjattivi, nies, suġġetti tal-iskambju, pajjiżi li kkollaboraw

8.   PENALITAJIET

8.1.   Skali fis-sena ta' referenza

8.2.   Bidliet

(a)

Id-data u n-natura tal-aktar bidliet reċenti (abbażi tas-sena ta' referenza)

(b)

Referenzi amministrattivi jew legali

9.   KONKLUŻJONIJIET U KUMMENTI, INKLUŻ KULL ŻVILUPP FL-OQSMA KKONĊERNATI

10.   RAPPORT DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAD-DIRETTIVA DWAR IL-ĦIN TAX-XOGĦOL 2002/15/KE

Ġeneralment, din it-taqsima għandha tinkludi tagħrif dwar:

kif tfassal ir-rapport, liema partijiet ikkonċernati ġew ikkonsultati,

l-implimentazzjoni [il-qagħda legali, kif it-traspożizzjoni biddlet il-qagħda legali preċedenti fir-rigward tal-ħin tax-xogħol, diffikultajiet speċifiċi li qamu minħabba l-applikazzjoni tad-Direttiva, miżuri meħuda bħala tweġiba għal dawn id-diffikultajiet, miżuri anċillari għall-faċilitazzjoni tal-implimentazzjoni prattika tal-leġiżlazzjoni],

il-monitoraġġ tal-implimentazzjoni [il-korpi responsabbli għall-monitoraġġ tal-konformità mar-regoli, il-metodi użati għall-monitoraġġ, il-problemi li qamu u s-soluzzjonijiet applikati],

l-interpretazzjoni ġuridika [uri jekk kienx hemm sentenzi tal-qrati fuq livell nazzjonali li jinterpretaw jew japplikaw id-Direttiva dwar kwistjonijiet sinifikanti, x'kienu l-punti ġuridiċi ewlenin dwar il-kwistjoni],

valutazzjoni tal-effettività [dejta użata biex tiġi vvalutata l-effettività tal-miżuri tat-traspożizzjoni, l-aspetti pożittivi u negattivi tal-implimentazzjoni prattika tal-leġiżlazzjoni],

prospettiva [prijoritajiet fil-qasam tematiku, suġġerimenti għal adattamenti jew emendi għad-Direttiva flimkien mar-raġuni, indika xi bidliet meqjusa bħala meħtieġa għall-progress tekniku, suġġerimenti għal miżuri anċillari fil-livell tal-UE].

11.   PERSUNA RESPONSABBLI GĦALL-KUMPILAZZJONI TA' DAN IR-RAPPORT

Isem: …

Pożizzjoni: …

Organizzazzjoni: …

Indirizz amministrattiv: …

Tel./faks: …

Posta elettronika: …

Data: …


(1)  Obbligatorju mid-data meta l-Anness IC tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/799 (ĠU L 139, 26.5.2016, p. 1) japplika b'effett.