9.6.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 146/143 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2017/974
tat-8 ta' Ġunju 2017
li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
(1) |
Fis-26 ta' Lulju 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/413/PESK (1). |
(2) |
Id-Deċiżjoni 2010/413/PESK tipprevedi, fost affarijiet oħra, reġim ta' awtorizzazzjoni għar-rieżami u t-teħid ta' deċiżjonijiet dwar trasferimenti relatati mal-qasam nukleari lejn l-Iran jew attivitajiet mal-Iran mhux koperti mir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (UNSCR) 2231 (2015), b'konsistenza sħiħa mal- Pjan ta' Azzjoni Komprensiv Konġunt (PAKK). |
(3) |
Il-Kunsill iqis li l-kondizzjonijiet skont ir-reġim ta' awtorizzazzjoni jenħtieġ li jiġu emendati sabiex tinkiseb applikazzjoni konsistenti ta' kontrolli madwar l-Unjoni. |
(4) |
Hija meħtieġa aktar azzjoni mill-Unjoni sabiex jiġu implimentati l-miżuri previsti minn din id-Deċiżjoni. |
(5) |
Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2010/413/PESK tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni 2010/413/PESK hija emendata kif ġej:
(1) |
fl-Artikolu 26c, il-paragrafu 7 huwa sostitwit b'dan li ġej: “7. L-akkwist minn ċittadini ta' Stati Membri, jew li jkunu qed jużaw il-bastimenti jew l-inġenji tal-ajru li jtajru l-bandiera tagħhom, tal-oġġetti, il-materjal, it-tagħmir, il-merkanzija u t-teknoloġija msemmija fil-paragrafu 1 mill-Iran għandha tingħata notifika dwaru lill-Kummissjoni Konġunta, sew jekk joriġinaw mit-territorju tal-Iran u sew jekk le.”; |
(2) |
L-Artikolu 26d huwa emendat kif ġej:
|
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fil-Lussemburgu, it-8 ta' Ġunju 2017.
Għall-Kunsill
Il-President
U. REINSALU
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK tas-26 ta' Lulju 2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il- Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK(ĠU L 195, 27.7.2010, p. 39).