2.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 142/93


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2017/946

tat-18 ta' Mejju 2017

dwar l-iskambju awtomatizzat ta' data fir-rigward ta' data dattiloskopika fis-Slovakkja, il-Bulgarija, Franza, ir-Repubblika Ċeka, il-Litwanja, in-Netherlands, l-Ungerija, Ċipru, l-Estonja, Malta, ir-Rumanija u l-Finlandja u li tissostitwixxi d-Deċiżjonijiet 2010/682/UE, 2010/758/UE, 2011/355/UE, 2011/434/UE, 2011/888/UE, 2012/46/UE, 2012/446/UE, 2012/672/UE, 2012/710/UE, 2013/153/UE, 2013/229/UE u 2013/792/UE

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/615/ĠAI tat-23 ta' Ġunju 2008 dwar it-titjib tal-kooperazzjoni transkonfinali, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 33 tagħha,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (2),

Billi:

(1)

F'konformità mal-Artikolu 25(2) tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI, il-forniment ta' data personali previst skont dik id-Deċiżjoni ma jistax isir sakemm id-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-protezzjoni tad-data stipulati fl-Kapitolu 6 ta' dik id-Deċiżjoni ma jkunux ġew implimentati fil-liġi nazzjonali tat-territorji tal-Istati Membri involuti f'tali forniment.

(2)

L-Artikolu 20 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/616/ĠAI (3) jipprevedi li l-verifika li l-kondizzjoni msemmija fil-premessa 1 tkun ġiet sodisfatta fir-rigward tal-iskambju awtomatizzat ta' data f'konformità mal-Kapitolu 2 tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI għandha ssir abbażi ta' rapport ta' evalwazzjoni bbażat fuq kwestjonarju, żjara ta' evalwazzjoni u prova pilota.

(3)

Ġew ippreżentati lill-Kunsill ir-rapporti ta' evalwazzjoni ġenerali, li jagħtu sinteżi tar-riżultati tal-kwestjonarju, taż-żjara ta' evalwazzjoni u tal-prova pilota dwar l-iskambju ta' data dattiloskopika fis-Slovakkja, il-Bulgarija, Franza, ir-Repubblika Ċeka, il-Litwanja, in-Netherlands, l-Ungerija, Ċipru, l-Estonja, Malta, ir-Rumanija u l-Finlandja.

(4)

Bl-adozzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/682/UE (4), il-Kunsill ikkonkluda li s-Slovakkja implimentat b'mod sħiħ id-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-protezzjoni tad-data skont il-Kapitolu 6 tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI u hija intitolata li tirċievi u tforni data personali skont l-Artikolu 9 ta' dik id-Deċiżjoni mit-8 ta' Novembru 2010, u huwa kkonkluda wkoll li r-rapport ta' evalwazzjoni ġie approvat f'konformità mal-Artikolu 25(2) tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI.

(5)

Bl-adozzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/758/UE (5), il-Kunsill ikkonkluda li l-Bulgarija implimentat b'mod sħiħ id-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-protezzjoni tad-data skont il-Kapitolu 6 tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI u hija intitolata li tirċievi u tforni data personali skont l-Artikolu 9 ta' dik id-Deċiżjoni mit-2 ta' Diċembru 2010, u huwa kkonkluda wkoll li r-rapport ta' evalwazzjoni ġie approvat f'konformità mal-Artikolu 25(2) tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI.

(6)

Bl-adozzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/355/UE (6), il-Kunsill ikkonkluda li Franza implimentat b'mod sħiħ id-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-protezzjoni tad-data skont il-Kapitolu 6 tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI u hija intitolata li tirċievi u tforni data personali skont l-Artikolu 9 ta' dik id-Deċiżjoni mid-9 ta' Ġunju 2011, u huwa kkonkluda wkoll li r-rapport ta' evalwazzjoni ġie approvat f'konformità mal-Artikolu 25(2) tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI.

(7)

Bl-adozzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/434/UE (7), il-Kunsill ikkonkluda li r-Repubblika Ċeka implimentat b'mod sħiħ id-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-protezzjoni tad-data skont il-Kapitolu 6 tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI u hija intitolata li tirċievi u tforni data personali skont l-Artikolu 9 ta' dik id-Deċiżjoni mid-19 ta' Lulju 2011, u huwa kkonkluda wkoll li r-rapport ta' evalwazzjoni ġie approvat f'konformità mal-Artikolu 25(2) tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI.

(8)

Bl-adozzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/888/UE (8), il-Kunsill ikkonkluda li l-Litwanja implimentat b'mod sħiħ id-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-protezzjoni tad-data skont il-Kapitolu 6 tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI u hija intitolata li tirċievi u tforni data personali skont l-Artikolu 9 ta' dik id-Deċiżjoni mit-13 ta' Diċembru 2011, u huwa kkonkluda wkoll li r-rapport ta' evalwazzjoni ġie approvat f'konformità mal-Artikolu 25(2) tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI.

(9)

Bl-adozzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/46/UE (9), il-Kunsill ikkonkluda li n-Netherlands implimenta b'mod sħiħ id-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-protezzjoni tad-data skont il-Kapitolu 6 tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI u huwa intitolat li jirċievi u jforni data personali skont l-Artikolu 9 ta' dik id-Deċiżjoni mit-23 ta' Jannar 2012, u huwa kkonkluda wkoll li r-rapport ta' evalwazzjoni ġie approvat f'konformità mal-Artikolu 25(2) tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI.

(10)

Bl-adozzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/446/UE (10), il-Kunsill ikkonkluda li l-Ungerija implimentat b'mod sħiħ id-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-protezzjoni tad-data skont il-Kapitolu 6 tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI u hija intitolata li tirċievi u tforni data personali skont l-Artikolu 9 ta' dik id-Deċiżjoni mill-24 ta' Lulju 2012, u huwa kkonkluda wkoll li r-rapport ta' evalwazzjoni ġie approvat f'konformità mal-Artikolu 25(2) tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI.

(11)

Bl-adozzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/672/UE (11), il-Kunsill ikkonkluda li Ċipru implimenta b'mod sħiħ id-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-protezzjoni tad-data skont il-Kapitolu 6 tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI u huwa intitolat li jirċievi u jforni data personali skont l-Artikolu 9 ta' dik id-Deċiżjoni mill-25 ta' Ottubru 2012, u huwa kkonkluda wkoll li r-rapport ta' evalwazzjoni ġie approvat f'konformità mal-Artikolu 25(2) tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI.

(12)

Bl-adozzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/710/UE (12), il-Kunsill ikkonkluda li l-Estonja implimentat b'mod sħiħ id-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-protezzjoni tad-data skont il-Kapitolu 6 tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI u hija intitolata li tirċievi u tforni data personali skont l-Artikolu 9 ta' dik id-Deċiżjoni mit-13 ta' Novembru 2012, u huwa kkonkluda wkoll li r-rapport ta' evalwazzjoni ġie approvat f'konformità mal-Artikolu 25(2) tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI.

(13)

Bl-adozzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/153/UE (13), il-Kunsill ikkonkluda li Malta implimentat b'mod sħiħ id-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-protezzjoni tad-data skont il-Kapitolu 6 tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI u hija intitolata li tirċievi u tforni data personali skont l Artikolu 9 ta' dik id-Deċiżjoni mill-21 ta' Marzu 2013, u huwa kkonkluda wkoll li r-rapport ta' evalwazzjoni ġie approvat f'konformità mal-Artikolu 25(2) tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI.

(14)

Bl-adozzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/229/UE (14), il-Kunsill ikkonkluda li r-Rumanija implimentat b'mod sħiħ id-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-protezzjoni tad-data skont il-Kapitolu 6 tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI u hija intitolata li tirċievi u tforni data personali skont l-Artikolu 9 ta' dik id-Deċiżjoni mill-14 ta' Mejju 2013, u huwa kkonkluda wkoll li r-rapport ta' evalwazzjoni ġie approvat f'konformità mal-Artikolu 25(2) tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI.

(15)

Bl-adozzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/792/UE (15), il-Kunsill ikkonkluda li l-Finlandja implimentat b'mod sħiħ id-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-protezzjoni tad-data skont il-Kapitolu 6 tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI u hija intitolata li tirċievi u tforni data personali skont l-Artikolu 9 ta' dik id-Deċiżjoni mis-16 ta' Diċembru 2013, u huwa kkonkluda wkoll li r-rapport ta' evalwazzjoni ġie approvat f'konformità mal-Artikolu 25(2) tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI.

(16)

Fis-sentenza tagħha tat-22 ta' Settembru 2016 fil-Kawżi Magħquda C-14/15 u C-116/15, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea qieset li l-Artikolu 25(2) tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI jistabbilixxi illegalment rekwiżit ta' unanimità għall-adozzjoni tal-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' dik id-Deċiżjoni. Id-Deċiżjonijiet 2010/682/UE, 2010/758/UE, 2011/355/UE, 2011/434/UE, 2011/888/UE, 2012/46/UE, 2012/446/UE, 2012/672/UE, 2012/710/UE, 2013/153/UE, 2013/229/UE u 2013/792/UE ġew adottati abbażi tal-Artikolu 25(2) tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI u konsegwentement huma vizzjati minn difett proċedurali.

(17)

Bil-ħsieb li tkun żgurata ċ-ċertezza legali tar-riċeviment u l-forniment ta' data personali skont id-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI fir-rigward tal-Istati Membri kkonċernati mid-Deċiżjonijiet 2010/682/UE, 2010/758/UE, 2011/355/UE, 2011/434/UE, 2011/888/UE, 2012/46/UE, 2012/446/UE, 2012/672/UE, 2012/710/UE, 2013/153/UE, 2013/229/UE u 2013/792/UE, dawk id-Deċiżjonijiet għandhom jiġu sostitwiti minn din id-Deċiżjoni.

(18)

Bil-ħsieb li tkun żgurata l-kontinwità tar-riċeviment u l-forniment ta' data personali skont l-Artikolu 9 tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI, id-Deċiżjonijiet 2010/682/UE, 2010/758/UE, 2011/355/UE, 2011/434/UE, 2011/888/UE, 2012/46/UE, 2012/446/UE, 2012/672/UE, 2012/710/UE, 2013/153/UE, 2013/229/UE u 2013/792/UE ma jibqgħux effettivi mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni.

(19)

Għall-istess raġuni, id-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni għandha tkun bla ħsara għall-validità tal-iskambju awtomatizzat tad-data li jsir mill-Istati Membri skont id-Deċiżjonijiet 2010/682/UE, 2010/758/UE, 2011/355/UE, 2011/434/UE, 2011/888/UE, 2012/46/UE, 2012/446/UE, 2012/672/UE, 2012/710/UE, 2013/153/UE, 2013/229/UE u 2013/792/UE.

(20)

Barra minn hekk, l-Istati Membri li kisbu data personali skont id-Deċiżjonijiet 2010/682/UE, 2010/758/UE, 2011/355/UE, 2011/434/UE, 2011/888/UE, 2012/46/UE, 2012/446/UE, 2012/672/UE, 2012/710/UE, 2013/153/UE, 2013/229/UE u 2013/792/UE jenħtieġ li jibqgħu intitolati li jipproċessaw aktar dik id-data fil-livell nazzjonali jew bejn l-Istati Membri għar-raġunijiet stabbiliti fl-Artikolu 26 tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI.

(21)

L-Artikolu 33 tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI tagħti lill-Kunsill setgħat ta' implimentazzjoni bil-ħsieb li jadotta l-miżuri meħtieġa għall-implementazzjoni ta' dik id-Deċiżjoni, b'mod partikolari fir-rigward tar-riċeviment u l-forniment ta' data personali previsti fil-qafas ta' dik id-Deċiżjoni. Peress li ntlaħqu l-kondizzjonijiet u l-proċedura biex jingħata bidu għall-eżerċizzju ta' tali setgħat ta' implimentazzjoni u ġiet osservata l-proċedura f'dak ir-rigward, jenħtieġ li tiġi adottata deċiżjoni ta' implimentazzjoni dwar l-iskambju awtomatizzat ta' data fir-rigward ta' data dattiloskopika fir-rigward tas-Slovakkja, il-Bulgarija, Franza, ir-Repubblika Ċeka, il-Litwanja, in-Netherlands, l-Ungerija, Ċipru, l-Estonja, Malta, ir-Rumanija u l-Finlandja sabiex dawk l-Istati Membri jkunu jistgħu jibqgħu jirċievu u jipprovdu data personali skont l-Artikolu 9 tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI.

(22)

Id-Danimarka hi marbuta bid-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI u għalhekk qed tieħu sehem fl-adozzjoni u l-applikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni li timplimenta d-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI.

(23)

Ir-Renju Unit u l-Irlanda huma marbutin bid-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI u għalhekk qegħdin jieħdu sehem fl-adozzjoni u l-applikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni li timplimenta d-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għall-iskop tat-tiftix awtomatizzati ta' data dattiloskopika, is-Slovakkja, il-Bulgarija, Franza, ir-Repubblika Ċeka, il-Litwanja, in-Netherlands, l-Ungerija, Ċipru, l-Estonja, Malta, ir-Rumanija u l-Finlandja għandhom jibqgħu intitolati li jirċievu u jfornu data personali skont l-Artikolu 9 tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI.

Artikolu 2

1.   Id-Deċiżjonijiet 2010/682/UE, 2010/758/UE, 2011/355/UE, 2011/434/UE, 2011/888/UE, 2012/46/UE, 2012/446/UE, 2012/672/UE, 2012/710/UE, 2013/153/UE, 2013/229/UE u 2013/792/UE ma jibqgħux effettivi mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni, bla ħsara għall-validità tal-iskambju awtomatizzat tad-data li jsir skont dawk id-Deċiżjonijiet mill-Istati Membri.

2.   L-Istati Membri li kisbu data personali skont id-Deċiżjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jibqgħu intitolati li jipproċessaw aktar dik id-data fil-livell nazzjonali jew bejn l-Istati Membri għar-raġunijiet stabbiliti fl-Artikolu 26 tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika skont it-Trattati.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Mejju 2017.

Għall-Kunsill

Il-President

C. ABELA


(1)  ĠU L 210, 6.8.2008, p. 1.

(2)  Opinjoni tal-5 ta' April 2017 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(3)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/616/ĠAI tat-23 ta' Ġunju 2008 dwar l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI dwar it-titjib tal-koperazzjoni transkonfinali, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali (ĠU L 210, 6.8.2008, p. 12).

(4)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/682/UE tat- 8 ta' Novembru 2010 dwar it-tnedija ta' skambju awtomatizzat ta' data fir-rigward ta' data dattiloskopika fis-Slovakkja (ĠU L 293, 11.11.2010, p. 58).

(5)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/758/UE tat- 2 ta' Diċembru 2010 dwar it-tnedija ta' skambju awtomatizzat ta' data fir-rigward ta' data dattiloskopika fil-Bulgarija (ĠU L 322, 8.12.2010, p. 43).

(6)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/355/UE tad- 9 ta' Ġunju 2011 dwar it-tnedija ta' skambju awtomatizzat ta' data fir-rigward ta' data dattiloskopika fi Franza (ĠU L 161, 21.6.2011, p. 23).

(7)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/434/UE tad- 19 ta' Lulju 2011 dwar it-tnedija ta' skambju awtomatizzat ta' data fir-rigward ta' data dattiloskopika fir-Repubblika Ċeka (ĠU L 190, 21.7.2011, p. 72).

(8)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/888/UE tat- 13 ta' Diċembru 2011 dwar it-tnedija ta' skambju awtomatizzat ta' data fir-rigward ta' data dattiloskopika fil-Litwanja (ĠU L 344, 28.12.2011, p. 38).

(9)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/46/UE tat- 23 ta' Jannar 2012 dwar it-tnedija ta' skambju awtomatizzat ta' data fir-rigward ta' data dattiloskopika fil-Pajjiżi l-Baxxi (ĠU L 26, 28.1.2012, p. 32).

(10)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/446/UE tal- 24 ta' Lulju 2012 dwar it-tnedija ta' skambju awtomatizzat ta' data fir-rigward ta' data dattiloskopika fl-Ungerija (ĠU L 202, 28.7.2012, p. 23).

(11)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/672/UE tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar it-tnedija ta' skambju awtomatizzat ta' data fir-rigward ta' data dattiloskopika f'Ċipru (ĠU L 302, 31.10.2012, p. 11).

(12)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/710/UE tat-13 ta' Novembru 2012 it-tnedija ta' skambju awtomatizzat ta' data fir-rigward ta' data dattiloskopika fl-Estonja (ĠU L 321, 20.11.2012, p. 61).

(13)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/153/UE tal-21 ta' Marzu 2013 dwar it-tnedija ta' skambju awtomatizzat ta' data fir-rigward ta' data dattiloskopika f'Malta (ĠU L 86, 26.3.2013, p. 21).

(14)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/229/UE tal-14 ta' Mejju 2013 dwar it-tnedija ta' skambju awtomatizzat ta' data fir-rigward ta' data dattiloskopika fir-Rumanija (ĠU L 138, 24.5.2013, p. 11).

(15)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/792/UE tas-16 ta' Diċembru 2013 dwar it-tnedija ta' skambju awtomatizzat ta' data fir-rigward ta' data dattiloskopika fil-Finlandja (ĠU L 349, 21.12.2013, p. 103).