2.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 142/89


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2017/945

tat-18 ta' Mejju 2017

dwar l-iskambju awtomatizzat ta' data fir-rigward ta' data dwar id-DNA fis-Slovakkja, il-Portugall, il-Latvja, il-Litwanja, ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, l-Ungerija, Ċipru, il-Polonja, l-Iżvezja, Malta u l-Belġju u li tissostitwixxi d-Deċiżjonijiet 2010/689/UE, 2011/472/UE, 2011/715/UE, 2011/887/UE, 2012/58/UE, 2012/299/UE, 2012/445/UE, 2012/673/UE, 2013/3/UE, 2013/148/UE, 2013/152/UE u 2014/410/UE

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/615/ĠAI tat-23 ta' Ġunju 2008 dwar it-titjib tal-kooperazzjoni transkonfinali, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 33 tagħha,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (2),

Billi:

(1)

F'konformità mal-Artikolu 25(2) tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI, il-forniment ta' data personali previst skont dik id-Deċiżjoni ma jistax isir sakemm id-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-protezzjoni tad-data stipulati fil-Kapitolu 6 ta' dik id-Deċiżjoni ma jkunux ġew implimentati fil-liġi nazzjonali tat-territorji tal-Istati Membri involuti f'tali forniment.

(2)

L-Artikolu 20 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/616/ĠAI (3) jipprevedi li l-verifika li l-kondizzjoni msemmija fil-premessa 1 tkun ġiet sodisfatta fir-rigward tal-iskambju awtomatizzat ta' data f'konformità mal-Kapitolu 2 tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI għandha ssir abbażi ta' rapport ta' evalwazzjoni bbażat fuq kwestjonarju, żjara ta' evalwazzjoni u prova pilota.

(3)

Ġew ippreżentati lill-Kunsill ir-rapporti ta' evalwazzjoni ġenerali, li jagħtu sinteżi tar-riżultati tal-kwestjonarju, taż-żjara ta' evalwazzjoni u tal-prova pilota fir-rigward tal-iskambju ta' data dwar id-DNA fis-Slovakkja, il-Portugall, il-Latvja, il-Litwanja, ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, l-Ungerija, Ċipru, il-Polonja, l-Iżvezja, Malta u l-Belġju.

(4)

Bl-adozzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/689/UE (4), il-Kunsill ikkonkluda li s-Slovakkja implimentat b'mod sħiħ id-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-protezzjoni tad-data skont il-Kapitolu 6 tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI u hija intitolata li tirċievi u tforni data personali skont l-Artikoli 3 u 4 ta' dik id-Deċiżjoni mit-8 ta' Novembru 2010, u huwa kkonkluda wkoll li r-rapport ta' evalwazzjoni ġie approvat f'konformità mal-Artikolu 25(2) tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI.

(5)

Bl-adozzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/472/UE (5), il-Kunsill ikkonkluda li l-Portugall implimenta b'mod sħiħ id-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-protezzjoni tad-data skont il-Kapitolu 6 tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI u huwa intitolat li jirċievi u jforni data personali skont l-Artikoli 3 u 4 ta' dik id-Deċiżjoni mid-19 ta' Lulju 2011, u huwa kkonkluda wkoll li r-rapport ta' evalwazzjoni ġie approvat f'konformità mal-Artikolu 25(2) tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI.

(6)

Bl-adozzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/715/UE (6), il-Kunsill ikkonkluda li l-Latvja implimentat b'mod sħiħ id-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-protezzjoni tad-data skont il-Kapitolu 6 tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI u hija intitolata li tirċievi u tforni data personali skont l-Artikoli 3 u 4 ta' dik id-Deċiżjoni mis-27 ta' Ottubru 2011, u huwa kkonkluda wkoll li r-rapport ta' evalwazzjoni ġie approvat f'konformità mal-Artikolu 25(2) tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI.

(7)

Bl-adozzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/887/UE (7), il-Kunsill ikkonkluda li l-Litwanja implimentat b'mod sħiħ id-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-protezzjoni tad-data skont il-Kapitolu 6 tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI u hija intitolata li tirċievi u tforni data personali skont l-Artikoli 3 u 4 ta' dik id-Deċiżjoni mit-13 ta' Diċembru 2011, u huwa kkonkluda wkoll li r-rapport ta' evalwazzjoni ġie approvat f'konformità mal-Artikolu 25(2) tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI.

(8)

Bl-adozzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/58/UE (8), il-Kunsill ikkonkluda li r-Repubblika Ċeka implimentat b'mod sħiħ id-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-protezzjoni tad-data skont il-Kapitolu 6 tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI u hija intitolata li tirċievi u tforni data personali skont l-Artikoli 3 u 4 ta' dik id-Deċiżjoni mit-23 ta' Jannar 2012, u huwa kkonkluda wkoll li r-rapport ta' evalwazzjoni ġie approvat f'konformità mal-Artikolu 25(2) tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI.

(9)

Bl-adozzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/299/UE (9), il-Kunsill ikkonkluda li l-Estonja implimentat b'mod sħiħ id-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-protezzjoni tad-data skont il-Kapitolu 6 tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI u hija intitolata li tirċievi u tipprovdi data personali skont l-Artikoli 3 u 4 ta' dik id-Deċiżjoni mis-7 ta' Ġunju 2012, u huwa kkonkluda wkoll li r-rapport ta' evalwazzjoni ġie approvat f'konformità mal-Artikolu 25(2) tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI.

(10)

Bl-adozzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/445/UE (10), il-Kunsill ikkonkluda li l-Ungerija implimentat b'mod sħiħ id-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-protezzjoni tad-data skont il-Kapitolu 6 tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI u hija intitolata li tirċievi u tforn data personali skont l-Artikoli 3 u 4 ta' dik id-Deċiżjoni mill-24 ta' Lulju 2012, u huwa kkonkluda wkoll li r-rapport ta' evalwazzjoni ġie approvat f'konformità mal-Artikolu 25(2) tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI.

(11)

Bl-adozzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/673/UE (11), il-Kunsill ikkonkluda li Ċipru implimenta b'mod sħiħ id-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-protezzjoni tad-data skont il-Kapitolu 6 tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI u huwa intitolat li jirċievi u jjorni data personali skont l-Artikoli 3 u 4 ta' dik id-Deċiżjoni mill-25 ta' Ottubru 2012, u huwa kkonkluda wkoll li r-rapport ta' evalwazzjoni ġie approvat f'konformità mal-Artikolu 25(2) tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI.

(12)

Bl-adozzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/3/UE (12), il-Kunsill ikkonkluda li l-Polonja implimentat b'mod sħiħ id-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-protezzjoni tad-data skont il-Kapitolu 6 tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI u hija intitolata li tirċievi u tforni data personali skont l-Artikoli 3 u 4 ta' dik id-Deċiżjoni mill-20 ta' Diċembru 2012, u huwa kkonkluda wkoll li r-rapport ta' evalwazzjoni ġie approvat f'konformità mal-Artikolu 25(2) tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI.

(13)

Bl-adozzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/148/UE (13), il-Kunsill ikkonkluda li l-Iżvezja implimentat b'mod sħiħ id-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-protezzjoni tad-data skont il-Kapitolu 6 tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI u hija intitolata li tirċievi u tforni data personali skont l-Artikoli 3 u 4 ta' dik id-Deċiżjoni mill-21 ta' Marzu 2013, u huwa kkonkluda wkoll li r-rapport ġie ta' evalwazzjoni approvat f'konformità mal-Artikolu 25(2) tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI.

(14)

Bl-adozzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/152/UE (14), il-Kunsill ikkonkluda li Malta implimentat b'mod sħiħ id-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-protezzjoni tad-data skont il-Kapitolu 6 tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI u hija intitolata li tirċievi u tforni data personali skont l-Artikoli 3 u 4 ta' dik id-Deċiżjoni mill-21 ta' Marzu 2013, u huwa kkonkluda wkoll li r-rapport ta' evalwazzjoni ġie approvat f'konformità mal-Artikolu 25(2) tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI.

(15)

Bl-adozzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/410/UE (15), il-Kunsill ikkonkluda li l-Belġju implimenta b'mod sħiħ id-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-protezzjoni tad-data skont il-Kapitolu 6 tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI u huwa intitolat li jirċievi u jforni data personali skont l-Artikoli 3 u 4 ta' dik id-Deċiżjoni mill-24 ta' Ġunju 2014, u huwa kkonkluda wkoll li r-rapport ta' evalwazzjoni ġie approvat f'konformità mal-Artikolu 25(2) tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI.

(16)

Fis-sentenza tagħha tat-22 ta' Settembru 2016 fil-Kawżi Magħquda C-14/15 u C-116/15, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea qieset li l-Artikolu 25(2) tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI jistabbilixxi illegalment rekwiżit ta' unanimità għall-adozzjoni tal-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' dik id-Deċiżjoni. Id-Deċiżjonijiet 2010/689/UE, 2011/472/UE, 2011/715/UE, 2011/887/UE, 2012/58/UE, 2012/299/UE, 2012/445/UE, 2012/673/UE, 2013/3/UE, 2013/148/UE, 2013/152/UE u 2014/410/UE ġew adottati abbażi tal-Artikolu 25(2) tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI u konsegwentement huma vizzjati minn difett proċedurali.

(17)

Bil-ħsieb li tkun żgurata ċ-ċertezza legali tar-riċeviment u l-forniment ta' data personali skont id-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI fir-rigward tal-Istati Membri kkonċernati mid-Deċiżjonijiet 2010/689/UE, 2011/472/UE, 2011/715/UE, 2011/887/UE, 2012/58/UE, 2012/299/UE, 2012/445/UE, 2012/673/UE, 2013/3/UE, 2013/148/UE, 2013/152/UE u 2014/410/UE, dawk id-Deċiżjonijiet għandhom jiġu sostitwiti minn din id-Deċiżjoni.

(18)

Bil-ħsieb li tkun żgurata l-kontinwità tar-riċeviment u l-forniment ta' data personali skont l-Artikoli 3 u 4 tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI, id-Deċiżjonijiet 2010/689/UE, 2011/472/UE, 2011/715/UE, 2011/887/UE, 2012/58/UE, 2012/299/UE, 2012/445/UE, 2012/673/UE, 2013/3/UE, 2013/148/UE, 2013/152/UE u 2014/410/UE ma jibqgħux effettivi mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni.

(19)

Għall-istess raġuni, id-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni għandha tkun bla ħsara għall-validità tal-iskambju awtomatizzat tad-data li jsir mill-Istati Membri skont id-Deċiżjonijiet 2010/689/UE, 2011/472/UE, 2011/715/UE, 2011/887/UE, 2012/58/UE, 2012/299/UE, 2012/445/UE, 2012/673/UE, 2013/3/UE, 2013/148/UE, 2013/152/UE u 2014/410/UE.

(20)

Barra minn hekk, l-Istati Membri li kisbu data personali skont id-Deċiżjonijiet 2010/689/UE, 2011/472/UE, 2011/715/UE, 2011/887/UE, 2012/58/UE, 2012/299/UE, 2012/445/UE, 2012/673/UE, 2013/3/UE, 2013/148/UE, 2013/152/UE u 2014/410/UE għandhom jibqgħu intitolati li jipproċessaw aktar dik id-data fil-livell nazzjonali jew bejn l-Istati Membri għar-raġunijiet stabbiliti fl-Artikolu 26 tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI.

(21)

L-Artikolu 33 tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI tagħti lill-Kunsill setgħat ta' implimentazzjoni bil-ħsieb li jadotta l-miżuri meħtieġa għall-implementazzjoni ta' dik id-Deċiżjoni, b'mod partikolari fir-rigward tar-riċeviment u l-forniment ta' data personali previsti fil-qafas ta' dik id-Deċiżjoni. Peress li ntlaħqu l-kondizzjonijiet biex jingħata bidu għall-eżerċizzju ta' tali setgħat ta' implimentazzjoni, jenħtieġ li tiġi adottata deċiżjoni ta' implimentazzjoni dwar l-iskambju awtomatizzat ta' data fir-rigward ta' data dwar id-DNA fir-rigward tas-Slovakkja, il-Portugall, il-Latvja, il-Litwanja, ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, l-Ungerija, Ċipru, il-Polonja, l-Iżvezja, Malta u l-Belġju sabiex dawk l-Istati Membri jkunu jistgħu jibqgħu jirċievu u jfornu data personali skont l-Artikoli 3 u 4 tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI.

(22)

Id-Danimarka hi marbuta bid-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI u għalhekk qed tieħu sehem fl-adozzjoni u l-applikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni li timplimenta d-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI.

(23)

Ir-Renju Unit u l-Irlanda huma marbutin bid-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI u għalhekk qegħdin jieħdu sehem fl-adozzjoni u l-applikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni li timplimenta d-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għall-finijiet tat-tiftix u l-ipparagunar awtomatizzati ta' data dwar id-DNA, is-Slovakkja, il-Portugall, il-Latvja, il-Litwanja, ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, l-Ungerija, Ċipru, il-Polonja, l-Iżvezja, Malta u l-Belġju għandhom jibqgħu intitolati li jirċievu u jfornu data personali skont l-Artikoli 3 u 4 tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI.

Artikolu 2

1.   Id-Deċiżjonijiet 2010/689/UE, 2011/472/UE, 2011/715/UE, 2011/887/UE, 2012/58/UE, 2012/299/UE, 2012/445/UE, 2012/673/UE, 2013/3/UE, 2013/148/UE, 2013/152/UE u 2014/410/UE ma jibqgħux effettivi mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni, bla ħsara għall-validità tal-iskambju awtomatizzat tad-data li jsir skont dawk id-Deċiżjonijiet mill-Istati Membri.

2.   L-Istati Membri li kisbu data personali skont id-Deċiżjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jibqgħu intitolati li jipproċessaw aktar dik id-data fil-livell nazzjonali jew bejn l-Istati Membri għar-raġunijiet stabbiliti fl-Artikolu 26 tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika skont it-Trattati.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Mejju 2017.

Għall-Kunsill

Il-President

C. ABELA


(1)  ĠU L 210, 6.8.2008, p. 1.

(2)  Opinjoni tal-5 ta' April 2017 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(3)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/616/ĠAI tat-23 ta' Ġunju 2008 dwar l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI dwar it-titjib tal-koperazzjoni transkonfinali, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali (ĠU L 210, 6.8.2008, p. 12).

(4)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/689/UE tat-8 ta' Novembru 2010 dwar it-tnedija ta' skambju awtomatizzat ta' data fir-rigward tad-Data dwar id-DNA fis-Slovakkja (ĠU L 294, 12.11.2010, p. 14).

(5)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/472/UE tad-19 ta' Lulju 2011 dwar it-tnedija ta' skambju awtomatizzat ta' data fir-rigward tad-data dwar id-DNA fil-Portugall ĠU L 195, 27.7.2011, p. 71).

(6)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/715/UE tas-27 ta' Ottubru 2011 dwar it-tnedija ta' skambju awtomatizzat ta' data fir-rigward tad-data dwar id-DNA fil-Latvja (ĠU L 285, 1.11.2011, p. 24).

(7)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/887/UE tat-13 ta' Diċembru 2011 dwar it-tnedija ta' skambju awtomatizzat ta' data li tikkonċerna d-data dwar id-DNA fil-Litwanja (ĠU L 344, 28.12.2011, p. 36).

(8)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/58/UE tat-23 ta' Jannar 2012 dwar it-tnedija ta' skambju awtomatizzat ta' data fir-rigward ta' data dwar id-DNA fir-Repubblika Ċeka (ĠU L 30, 2.2.2012, p. 15).

(9)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/299/UE tas-7 ta' Ġunju 2012 dwar it-tnedija ta' skambju awtomatizzat ta' data fir-rigward ta' data dwar DNA fl-Estonja (ĠU L 151, 12.6.2012, p. 31).

(10)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/445/UE tal-24 ta' Lulju 2012 dwar it-tnedija ta' skambju awtomatizzat ta' data fir-rigward ta' data dwar id-DNA fl-Ungerija (ĠU L 202, 28.7.2012, p. 22).

(11)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/673/UE tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar it-tnedija ta' skambju awtomatizzat ta' data fir-rigward ta' data dwar id-DNA f'Ċipru (ĠU L 302, 31.10.2012, p. 12).

(12)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/3/UE tal-20 ta' Diċembru 2012 dwar it-tnedija ta' skambju awtomatizzat ta' data fir-rigward ta' data dwar id-DNA fil-Polonja (ĠU L 3, 8.1.2013, p. 5).

(13)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/148/UE tal-21 ta' Marzu 2013 dwar it-tnedija ta' skambju awtomatizzat ta' data fir-rigward ta' data dwar id-DNA fl-Isvezja (ĠU L 84, 23.3.2013, p. 26).

(14)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/152/UE tal-21 ta' Marzu 2013 dwar it-tnedija ta' skambju awtomatizzat ta' data fir-rigward ta' data dwar id-DNA f'Malta (ĠU L 86, 26.3.2013, p. 20).

(15)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/410/UE tal-24 ta' Ġunju 2014 dwar it-tnedija ta' skambju awtomatizzat ta' data fir-rigward ta' data dwar id-DNA fil-Belġju (ĠU L 190, 28.6.2014, p. 80).