|
31.5.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 140/15 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/926
tad-29 ta' Mejju 2017
dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet li jikkonċernaw in-nefqa ffinanzjata mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) għas-sena finanzjarja 2016 tal-aġenziji tal-pagamenti tal-Istati Membri
(notifikata bid-dokument C(2017) 3583)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 51 tiegħu,
Wara li kkonsultat lill-Kumitat dwar il-Fondi Agrikoli,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 u abbażi tal-kontijiet annwali mressqa mill-Istati Membri, li magħhom intbagħtet l-informazzjoni meħtieġa għall-approvazzjoni tal-kontijiet u opinjoni tal-awditjar dwar il-kompletezza, il-preċiżjoni u l-veraċità tal-kontijiet u tar-rapporti stabbiliti mill-korpi ta' ċertifikazzjoni, il-Kummissjoni trid tapprova l-kontijiet tal-aġenziji tal-pagamenti msemmija fl-Artikolu 7 ta' dak ir-Regolament. |
|
(2) |
B'konformità mal-Artikolu 39 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, is-sena finanzjarja agrikola tibda fis-16 ta' Ottubru tas-sena N – 1 u tispiċċa fil-15 ta' Ottubru tas-sena N. Meta jiġu approvati l-kontijiet għas-sena finanzjarja 2016, bl-iskop li l-perjodu ta' referenza għan-nefqa tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) jiġi allinjat ma' dak tal-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija (FAEG), jenħtieġ li titqies in-nefqa mġarrba mill-Istati Membri bejn is-16 ta' Ottubru 2015 u l-15 ta' Ottubru 2016, kif previst fl-Artikolu 11(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 908/2014 (2). |
|
(3) |
It-tieni sottoparagrafu tal-Artikolu 33(2) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 908/2014 jistipula li l-ammonti li jistgħu jiġu rkuprati mingħand kull Stat Membru jew jitħallsu lilu, skont id-deċiżjoni tal-approvazzjoni tal-kontijiet imsemmija fl-ewwel sottoparagrafu tal-Artikolu 33(1) ta' dak ir-Regolament, iridu jiġu stabbiliti billi jitnaqqsu l-pagamenti intermedji mħallsa għas-sena finanzjarja kkonċernata min-nefqa rikonoxxuta għal dik is-sena skont l-Artikolu 33(1). Il-Kummissjoni trid tnaqqas dak l-ammont mill-pagament intermedju li jkun imiss jew iżżidu miegħu. |
|
(4) |
Il-Kummissjoni vverifikat l-informazzjoni li ressqu l-Istati Membri u qabel it-30 ta' April 2017 ikkomunikat ir-riżultati tal-verifiki tagħha lill-Istati Membri flimkien mal-emendi meħtieġa. |
|
(5) |
Għal ċerti aġenziji tal-pagamenti, il-kontijiet annwali u d-dokumenti mehmuża magħhom jippermettu li l-Kummissjoni tieħu deċiżjoni dwar il-kompletezza, il-preċiżjoni u l-veraċità tal-kontijiet annwali li tressqu. |
|
(6) |
L-informazzjoni li tressqet minn ċerti aġenziji tal-pagamenti oħra teħtieġ stħarriġ addizzjonali u għalhekk il-kontijiet tagħhom ma jistgħux jiġu approvati f'din id-Deċiżjoni. |
|
(7) |
Skont l-Artikolu 83 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), l-iskadenza għal pagamenti interim, bħal dik stipulata fl-Artikolu 36(5) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, tista' tiġi interrotta għal perjodu massimu ta' sitt xhur sabiex ikunu jistgħu jitwettqu verifiki addizzjonali skont l-informazzjoni li tkun waslet li dawn il-pagamenti jkunu marbuta ma' irregolarità b'konsegwenzi finanzjarji serji. Jenħtieġ li hija u tadotta din id-Deċiżjoni, il-Kummissjoni tqis l-ammonti interrotti sabiex tevita li jsiru xi pagamenti mhux xierqa jew mhux f'waqthom. |
|
(8) |
L-Artikolu 54(4) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 jirrikjedi li l-Istati Membri flimkien mal-kontijiet annwali li jridu jressqu lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 29 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 908/2014, jehmżu wkoll tabella ċċertifikata li tirrifletti l-ammonti li jridu jġarrbu skont l-Artikolu 54(2) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013. Ir-regoli dwar l-applikazzjoni tal-obbligu tal-Istati Membri li jirrappurtaw l-ammonti li jridu jiġu rkuprati huma stipulati fir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 908/2014. L-Anness II tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 908/2014 jistabbilixxi l-mudell tat-tabella li jridu jużaw l-Istati Membri biex jipprovdu l-informazzjoni dwar l-ammonti li jridu jiġu rkuprati. Abbażi tat-tabelli mimlija mill-Istati Membri, jenħtieġ li l-Kummissjoni tiddeċiedi dwar il-konsegwenzi finanzjarji tan-nuqqas ta' rkupru tal-irregolaritajiet li jmorru lura għal iżjed minn erba' jew tmien snin rispettivament. |
|
(9) |
Skont l-Artikolu 54(3) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jieħdux passi għall-irkupru jekk ikollhom raġunijiet iġġustifikati kif imiss. Din id-deċiżjoni tista' tittieħed biss jekk it-total tal-kostijiet li diġà jkunu ġġarrbu u ta' dawk li x'aktarx jiġġarrbu, jaqbeż l-ammont li jrid jiġi rkuprat jew jekk jirriżulta li l-irkupru ma jkunx jista' jsir minħabba l-insolvenza rreġistrata u rrikonoxxuta skont il-liġi nazzjonali, tad-debitur jew tal-persuni li jkunu responsabbli legalment għall-irregolarità. Jekk id-deċiżjoni tittieħed fi żmien erba' snin mid-data tat-talba ta' rkupru, jew fi żmien tmien snin qabel ma jitressaq l-irkupru quddiem il-qrati nazzjonali, 100 % tal-konsegwenzi finanzjarji tan-nuqqas tal-irkupru għandhom jiġġarrbu mill-baġit tal-Unjoni. L-ammonti li dwarhom Stat Membru partikolari jkun iddeċieda li ma jieħux passi għall-irkupru u l-bażi li fuqha ttieħdet din id-deċiżjoni huma inklużi fir-rapport ta' sinteżi msemmi fl-Artikolu 54(4) flimkien mal-punt (c)(iv) tal-Artikolu 102(1) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013. Għalhekk, jenħtieġ li dawn l-ammonti ma jiġġarrbux mill-Istati Membri kkonċernati iżda jiġġarrbu mill-baġit tal-Unjoni. |
|
(10) |
L-Artikolu 36(3)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 jipprevedi li l-pagamenti intermedji jridu jsiru mingħajr ma tinqabeż il-kontribuzzjoni pprogrammata finanzjarja totali tal-FAEŻR. Skont l-Artikolu 23(2) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 908/2014, meta t-total tad-dikjarazzjonijiet tan-nefqa f'daqqa jaqbeż il-kontribuzzjoni pprogrammata totali għal programm ta' żvilupp rurali, l-ammont li jrid jitħallas għandu jiġi limitat għall-ammont ipprogrammat, mingħajr preġudizzju għal-limitu previst fl-Artikolu 34(2) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013. Dan l-ammont se jkun soġġett għal rimborż iktar tard mill-Kummissjoni wara l-adozzjoni tal-pjan finanzjarju emendat jew mal-għeluq tal-perjodu ta' programmazzjoni. |
|
(11) |
B'konformità mal-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, din id-Deċiżjoni hija mingħajr preġudizzju għad-deċiżjonijiet li l-Kummissjoni jaf tieħu sussegwentement biex teskludi xi nefqa mill-finanzjament tal-Unjoni li ma tkunx saret skont ir-regoli tal-Unjoni. |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
B'din id-Deċiżjoni, il-kontijiet tal-aġenziji tal-pagamenti tal-Istati Membri li jikkonċernaw in-nefqa ffinanzjata mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) għas-sena finanzjarja 2016 u relatata mal-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020 huma approvati, bl-eċċezzjoni tal-aġenziji tal-pagamenti msemmija fl-Artikolu 2.
L-ammonti li jistgħu jiġu rkuprati minn kull Stat Membru jew li jitħallsu lilu skont kull programm ta' żvilupp rurali individwali skont din id-Deċiżjoni, huma stabbiliti fl-Anness I.
Artikolu 2
Għas-sena finanzjarja 2016, il-kontijiet tal-aġenziji tal-pagamenti tal-Istati Membri dwar in-nefqa għall-programmi tal-Iżvilupp Rurali ffinanzjati mill-FAEŻR relatati mal-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020, kif stabbiliti fl-Anness II, mhumiex koperti b'din id-Deċiżjoni u għandhom ikunu koperti b'Deċiżjoni futura dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet.
Artikolu 3
L-ammonti li jridu jitħallsu mill-Istati Membri bħala riżultat tal-applikazzjoni tal-Artikolu 54(2) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, huma stabbiliti fl-Anness III ta' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni hija mingħajr preġudizzju għad-deċiżjonijiet tal-approvazzjoni tal-konformità li l-Kummissjoni jaf tieħu skont l-Artikolu 52 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 biex teskludi nefqa mill-finanzjament tal-Unjoni li ma tkunx saret b'konformità mar-regoli tal-Unjoni.
Artikolu 5
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta' Mejju 2017.
Għall-Kummissjoni
Phil HOGAN
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549.
(2) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 908/2014 tas-6 ta' Awwissu 2014 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-aġenziji tal-pagamenti u korpi oħra, il-ġestjoni finanzjarja, l-approvazzjoni ta' kontijiet, ir-regoli dwar kontrolli, garanziji u trasparenza (ĠU L 255, 28.8.2014, p. 59).
(3) Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 320).
ANNESS I
NEFQA TAL-FAEŻR APPROVATA MILL-PROGRAMM TAL-IŻVILUPP RURALI GĦAS-SENA FINANZJARJA 2016
Ammont li jrid jiġi rkuprat mill-Istat Membru jew jitħallas lilu għal kull programm
Programmi approvati bin-nefqa ddikjarata għall-FAEŻR 2014-2020
|
(f'EUR) |
||||||||
|
SM |
CCI |
Nefqa tal-2016 |
Korrezzjonijiet |
Total |
Ammonti li ma jistgħux jerġgħu jintużaw |
Ammont aċċettat approvat għas-sena finanzjarja 2016 |
Pagamenti interim rimborżati lill-Istat Membru għas-sena finanzjarja |
Ammont li jrid jiġi rkuprat mill-Istat Membru (–) jew jitħallas lilu (+) |
|
|
|
i |
ii |
iii = i + ii |
iv |
v = iii – iv |
vi |
vii = v – vi |
|
AT |
2014AT06RDNP001 |
394 613 682,01 |
0,00 |
394 613 682,01 |
0,00 |
394 613 682,01 |
394 627 586,29 |
– 13 904,28 |
|
BE |
2014BE06RDRP001 |
11 217 225,24 |
0,00 |
11 217 225,24 |
0,00 |
11 217 225,24 |
11 217 202,47 |
22,77 |
|
BE |
2014BE06RDRP002 |
23 512 531,26 |
0,00 |
23 512 531,26 |
0,00 |
23 512 531,26 |
23 421 235,11 |
91 296,15 |
|
CY |
2014CY06RDNP001 |
7 177 698,67 |
0,00 |
7 177 698,67 |
0,00 |
7 177 698,67 |
7 177 698,67 |
0,00 |
|
CZ |
2014CZ06RDNP001 |
203 695 541,97 |
0,00 |
203 695 541,97 |
0,00 |
203 695 541,97 |
203 749 714,20 |
– 54 172,23 |
|
DE |
2014DE06RDRN001 |
729 267,40 |
0,00 |
729 267,40 |
0,00 |
729 267,40 |
729 267,40 |
0,00 |
|
DE |
2014DE06RDRP003 |
62 322 120,75 |
0,00 |
62 322 120,75 |
0,00 |
62 322 120,75 |
62 322 145,57 |
– 24,82 |
|
DE |
2014DE06RDRP004 |
172 856 431,53 |
0,00 |
172 856 431,53 |
0,00 |
172 856 431,53 |
172 856 431,53 |
0,00 |
|
DE |
2014DE06RDRP007 |
57 190 495,80 |
0,00 |
57 190 495,80 |
0,00 |
57 190 495,80 |
57 190 535,13 |
– 39,33 |
|
DE |
2014DE06RDRP010 |
24 377 087,84 |
0,00 |
24 377 087,84 |
0,00 |
24 377 087,84 |
24 377 092,28 |
– 4,44 |
|
DE |
2014DE06RDRP011 |
32 907 654,46 |
0,00 |
32 907 654,46 |
0,00 |
32 907 654,46 |
32 907 654,46 |
0,00 |
|
DE |
2014DE06RDRP012 |
76 820 996,40 |
0,00 |
76 820 996,40 |
0,00 |
76 820 996,40 |
76 820 996,40 |
0,00 |
|
DE |
2014DE06RDRP015 |
25 364 258,93 |
0,00 |
25 364 258,93 |
0,00 |
25 364 258,93 |
25 364 402,89 |
– 143,96 |
|
DE |
2014DE06RDRP017 |
15 188 966,33 |
0,00 |
15 188 966,33 |
0,00 |
15 188 966,33 |
15 188 966,33 |
0,00 |
|
DE |
2014DE06RDRP018 |
1 122 058,90 |
0,00 |
1 122 058,90 |
0,00 |
1 122 058,90 |
1 122 059,13 |
– 0,23 |
|
DE |
2014DE06RDRP019 |
46 901 778,47 |
0,00 |
46 901 778,47 |
0,00 |
46 901 778,47 |
46 901 778,47 |
0,00 |
|
DE |
2014DE06RDRP020 |
22 191 251,75 |
0,00 |
22 191 251,75 |
0,00 |
22 191 251,75 |
22 191 251,75 |
0,00 |
|
DE |
2014DE06RDRP021 |
33 053 627,56 |
0,00 |
33 053 627,56 |
0,00 |
33 053 627,56 |
33 053 642,15 |
– 14,59 |
|
DE |
2014DE06RDRP023 |
59 151 936,46 |
0,00 |
59 151 936,46 |
0,00 |
59 151 936,46 |
59 152 385,47 |
– 449,01 |
|
EE |
2014EE06RDNP001 |
83 763 325,16 |
0,00 |
83 763 325,16 |
0,00 |
83 763 325,16 |
83 762 942,48 |
382,68 |
|
ES |
2014ES06RDNP001 |
1 679 171,19 |
0,00 |
1 679 171,19 |
0,00 |
1 679 171,19 |
1 679 171,17 |
0,02 |
|
ES |
2014ES06RDRP001 |
5 496 839,18 |
0,00 |
5 496 839,18 |
0,00 |
5 496 839,18 |
5 496 838,24 |
0,94 |
|
ES |
2014ES06RDRP002 |
37 077 404,25 |
0,00 |
37 077 404,25 |
0,00 |
37 077 404,25 |
37 092 637,71 |
– 15 233,46 |
|
ES |
2014ES06RDRP003 |
20 156 350,32 |
0,00 |
20 156 350,32 |
0,00 |
20 156 350,32 |
20 156 569,08 |
– 218,76 |
|
ES |
2014ES06RDRP006 |
11 977 164,85 |
0,00 |
11 977 164,85 |
0,00 |
11 977 164,85 |
11 977 164,67 |
0,18 |
|
ES |
2014ES06RDRP007 |
63 042 503,15 |
0,00 |
63 042 503,15 |
0,00 |
63 042 503,15 |
63 042 487,49 |
15,66 |
|
ES |
2014ES06RDRP008 |
104 694 374,06 |
0,00 |
104 694 374,06 |
0,00 |
104 694 374,06 |
104 694 339,59 |
34,47 |
|
ES |
2014ES06RDRP009 |
18 159 285,51 |
0,00 |
18 159 285,51 |
0,00 |
18 159 285,51 |
18 159 284,73 |
0,78 |
|
ES |
2014ES06RDRP010 |
69 712 131,94 |
0,00 |
69 712 131,94 |
0,00 |
69 712 131,94 |
69 712 103,73 |
28,21 |
|
ES |
2014ES06RDRP011 |
8 968 366,63 |
0,00 |
8 968 366,63 |
0,00 |
8 968 366,63 |
8 968 361,16 |
5,47 |
|
ES |
2014ES06RDRP013 |
600 105,24 |
0,00 |
600 105,24 |
0,00 |
600 105,24 |
600 105,24 |
0,00 |
|
ES |
2014ES06RDRP014 |
10 158 590,26 |
0,00 |
10 158 590,26 |
0,00 |
10 158 590,26 |
10 158 590,34 |
– 0,08 |
|
ES |
2014ES06RDRP015 |
1 396 864,03 |
0,00 |
1 396 864,03 |
0,00 |
1 396 864,03 |
1 396 863,96 |
0,07 |
|
ES |
2014ES06RDRP016 |
10 831 079,13 |
0,00 |
10 831 079,13 |
0,00 |
10 831 079,13 |
10 831 075,79 |
3,34 |
|
ES |
2014ES06RDRP017 |
572 742,76 |
0,00 |
572 742,76 |
0,00 |
572 742,76 |
572 742,78 |
– 0,02 |
|
FI |
2014FI06RDRP001 |
276 722 315,79 |
0,00 |
276 722 315,79 |
0,00 |
276 722 315,79 |
276 723 200,40 |
– 884,61 |
|
FI |
2014FI06RDRP002 |
2 429 758,60 |
0,00 |
2 429 758,60 |
0,00 |
2 429 758,60 |
2 429 700,33 |
58,27 |
|
FR |
2014FR06RDRP001 |
2 988 759,40 |
0,00 |
2 988 759,40 |
0,00 |
2 988 759,40 |
2 957 165,41 |
31 593,99 |
|
FR |
2014FR06RDRP002 |
4 496 477,92 |
0,00 |
4 496 477,92 |
0,00 |
4 496 477,92 |
3 149 987,00 |
1 346 490,92 |
|
FR |
2014FR06RDRP003 |
160 522,50 |
0,00 |
160 522,50 |
0,00 |
160 522,50 |
160 522,50 |
0,00 |
|
FR |
2014FR06RDRP004 |
1 961 758,50 |
0,00 |
1 961 758,50 |
0,00 |
1 961 758,50 |
1 961 758,50 |
0,00 |
|
FR |
2014FR06RDRP006 |
742 077,63 |
0,00 |
742 077,63 |
0,00 |
742 077,63 |
742 077,63 |
0,00 |
|
FR |
2014FR06RDRP011 |
748 211,60 |
0,00 |
748 211,60 |
0,00 |
748 211,60 |
748 211,60 |
0,00 |
|
FR |
2014FR06RDRP021 |
3 257 086,65 |
0,00 |
3 257 086,65 |
0,00 |
3 257 086,65 |
3 257 086,64 |
0,01 |
|
FR |
2014FR06RDRP022 |
5 007 595,09 |
0,00 |
5 007 595,09 |
0,00 |
5 007 595,09 |
5 007 595,10 |
– 0,01 |
|
FR |
2014FR06RDRP023 |
2 965 676,21 |
0,00 |
2 965 676,21 |
0,00 |
2 965 676,21 |
2 965 676,21 |
0,00 |
|
FR |
2014FR06RDRP024 |
3 141 568,37 |
0,00 |
3 141 568,37 |
0,00 |
3 141 568,37 |
3 141 568,35 |
0,02 |
|
FR |
2014FR06RDRP025 |
4 704 210,63 |
0,00 |
4 704 210,63 |
0,00 |
4 704 210,63 |
4 704 210,62 |
0,01 |
|
FR |
2014FR06RDRP026 |
6 069 326,25 |
0,00 |
6 069 326,25 |
0,00 |
6 069 326,25 |
6 069 326,24 |
0,01 |
|
FR |
2014FR06RDRP031 |
1 959 740,54 |
0,00 |
1 959 740,54 |
0,00 |
1 959 740,54 |
1 959 740,52 |
0,02 |
|
FR |
2014FR06RDRP041 |
16 176 639,00 |
0,00 |
16 176 639,00 |
0,00 |
16 176 639,00 |
16 176 639,00 |
0,00 |
|
FR |
2014FR06RDRP042 |
1 782 803,98 |
0,00 |
1 782 803,98 |
0,00 |
1 782 803,98 |
1 782 804,00 |
– 0,02 |
|
FR |
2014FR06RDRP043 |
4 152 955,01 |
0,00 |
4 152 955,01 |
0,00 |
4 152 955,01 |
4 152 955,00 |
0,01 |
|
FR |
2014FR06RDRP052 |
10 028 763,06 |
0,00 |
10 028 763,06 |
0,00 |
10 028 763,06 |
10 028 763,06 |
0,00 |
|
FR |
2014FR06RDRP053 |
10 108 941,19 |
0,00 |
10 108 941,19 |
0,00 |
10 108 941,19 |
10 108 941,17 |
0,02 |
|
FR |
2014FR06RDRP054 |
3 949 152,67 |
0,00 |
3 949 152,67 |
0,00 |
3 949 152,67 |
3 949 152,67 |
0,00 |
|
FR |
2014FR06RDRP072 |
16 954 868,48 |
0,00 |
16 954 868,48 |
0,00 |
16 954 868,48 |
16 809 433,20 |
145 435,28 |
|
FR |
2014FR06RDRP073 |
11 637 963,98 |
0,00 |
11 637 963,98 |
0,00 |
11 637 963,98 |
11 637 964,00 |
– 0,02 |
|
FR |
2014FR06RDRP074 |
59 381 844,55 |
0,00 |
59 381 844,55 |
0,00 |
59 381 844,55 |
59 381 844,54 |
0,01 |
|
FR |
2014FR06RDRP082 |
11 369 813,19 |
0,00 |
11 369 813,19 |
0,00 |
11 369 813,19 |
11 515 248,44 |
– 145 435,25 |
|
FR |
2014FR06RDRP083 |
10 010 501,31 |
0,00 |
10 010 501,31 |
0,00 |
10 010 501,31 |
10 010 501,32 |
– 0,01 |
|
FR |
2014FR06RDRP091 |
8 143 765,76 |
0,00 |
8 143 765,76 |
0,00 |
8 143 765,76 |
8 143 765,75 |
0,01 |
|
FR |
2014FR06RDRP093 |
7 126 189,16 |
0,00 |
7 126 189,16 |
0,00 |
7 126 189,16 |
7 126 189,13 |
0,03 |
|
GR |
2014GR06RDNP001 |
230 990 348,26 |
0,00 |
230 990 348,26 |
0,00 |
230 990 348,26 |
227 838 948,92 |
3 151 399,34 |
|
HR |
2014HR06RDNP001 |
130 642 964,35 |
0,00 |
130 642 964,35 |
0,00 |
130 642 964,35 |
130 639 186,68 |
3 777,67 |
|
IE |
2014IE06RDNP001 |
203 978 965,76 |
0,00 |
203 978 965,76 |
0,00 |
203 978 965,76 |
203 874 746,85 |
104 218,91 |
|
IT |
2014IT06RDRP002 |
23 598 305,44 |
0,00 |
23 598 305,44 |
0,00 |
23 598 305,44 |
23 598 305,61 |
– 0,17 |
|
IT |
2014IT06RDRP003 |
18 415 132,14 |
0,00 |
18 415 132,14 |
0,00 |
18 415 132,14 |
18 415 131,30 |
0,84 |
|
IT |
2014IT06RDRP007 |
15 958 139,98 |
0,00 |
15 958 139,98 |
0,00 |
15 958 139,98 |
15 958 139,98 |
0,00 |
|
IT |
2014IT06RDRP009 |
5 113 543,78 |
0,00 |
5 113 543,78 |
0,00 |
5 113 543,78 |
5 113 544,07 |
– 0,29 |
|
IT |
2014IT06RDRP010 |
15 473 747,31 |
0,00 |
15 473 747,31 |
0,00 |
15 473 747,31 |
15 473 744,14 |
3,17 |
|
IT |
2014IT06RDRP011 |
6 334 019,37 |
0,00 |
6 334 019,37 |
0,00 |
6 334 019,37 |
6 334 019,37 |
0,00 |
|
IT |
2014IT06RDRP014 |
44 056 725,37 |
0,00 |
44 056 725,37 |
0,00 |
44 056 725,37 |
44 056 724,92 |
0,45 |
|
LT |
2014LT06RDNP001 |
172 813 966,78 |
0,00 |
172 813 966,78 |
0,00 |
172 813 966,78 |
172 814 543,54 |
– 576,76 |
|
LU |
2014LU06RDNP001 |
6 945 887,80 |
0,00 |
6 945 887,80 |
0,00 |
6 945 887,80 |
6 894 391,90 |
51 495,90 |
|
LV |
2014LV06RDNP001 |
106 305 810,49 |
0,00 |
106 305 810,49 |
0,00 |
106 305 810,49 |
106 305 810,49 |
0,00 |
|
NL |
2014NL06RDNP001 |
33 528 096,93 |
0,00 |
33 528 096,93 |
0,00 |
33 528 096,93 |
33 522 811,53 |
5 285,40 |
|
PL |
2014PL06RDNP001 |
454 725 264,81 |
0,00 |
454 725 264,81 |
0,00 |
454 725 264,81 |
454 725 811,72 |
– 546,91 |
|
PT |
2014PT06RDRP001 |
33 792 756,65 |
0,00 |
33 792 756,65 |
0,00 |
33 792 756,65 |
33 792 752,98 |
3,67 |
|
PT |
2014PT06RDRP002 |
459 290 424,10 |
0,00 |
459 290 424,10 |
0,00 |
459 290 424,10 |
459 412 567,54 |
– 122 143,44 |
|
PT |
2014PT06RDRP003 |
8 011 226,05 |
0,00 |
8 011 226,05 |
0,00 |
8 011 226,05 |
8 035 597,87 |
– 24 371,82 |
|
RO |
2014RO06RDNP001 |
556 145 121,60 |
– 5 775 525,93 |
550 369 595,67 |
0,00 |
550 369 595,67 |
550 349 470,63 |
20 125,04 |
|
SE |
2014SE06RDNP001 |
190 974 384,34 |
0,00 |
190 974 384,34 |
0,00 |
190 974 384,34 |
190 974 572,33 |
– 187,99 |
|
SI |
2014SI06RDNP001 |
76 080 128,11 |
0,00 |
76 080 128,11 |
0,00 |
76 080 128,11 |
76 097 194,09 |
– 17 065,98 |
|
UK |
2014UK06RDRP001 |
513 071 267,07 |
0,00 |
513 071 267,07 |
0,00 |
513 071 267,07 |
517 978 181,25 |
– 4 906 914,18 |
|
UK |
2014UK06RDRP002 |
28 130 955,88 |
0,00 |
28 130 955,88 |
0,00 |
28 130 955,88 |
28 141 699,67 |
– 10 743,79 |
|
UK |
2014UK06RDRP003 |
26 493 385,20 |
– 3 253,21 |
26 490 131,99 |
0,00 |
26 490 131,99 |
26 179 831,75 |
310 300,24 |
|
UK |
2014UK06RDRP004 |
41 128 704,54 |
0,00 |
41 128 704,54 |
0,00 |
41 128 704,54 |
41 128 712,45 |
– 7,91 |
ANNESS II
APPROVAZZJONI TAL-KONTIJIET TAL-AĠENZIJI TAL-PAGAMENTI
SENA FINANZJARJA 2016 — FAEŻR
Lista tal-Aġenziji tal-Pagamenti u tal-programmi li għalihom il-kontijiet huma diżassoċjati u li huma s-suġġett ta' deċiżjoni ta' approvazzjoni li ttieħdet iktar tard
|
Stat Membru |
Aġenzija tal-Pagamenti |
Programm |
|
Il-Bulgarija |
State Fund Agriculture |
2014BG06RDNP001 |
|
Id-Danimarka |
Danish AgriFish Agency |
2014DK06RDNP001 |
|
Franza |
Office du Développement Agricole et Rural de Corse |
2014FR06RDRP094 |
|
L-Ungerija |
Agriculture and Rural Development Agency |
2014HU06RDNP001 |
|
L-Italja |
Agenzia per le Erogazioni in Agricoltura |
2014IT06RDRP001 2014IT06RDRP004 2014IT06RDRP005 2014IT06RDRP006 2014IT06RDRP008 2014IT06RDRP012 2014IT06RDRP013 2014IT06RDRP015 2014IT06RDRP016 2014IT06RDRP017 2014IT06RDRP019 2014IT06RDRP020 2014IT06RDRP021 2014IT06RDRN001 2014IT06RDNP001 |
|
Agenzia della regione Calabria per le Erogazioni in Agricoltura |
2014IT06RDRP018 |
|
|
Malta |
Agriculture and Rural Payments Agency |
2014MT06RDNP001 |
|
Is-Slovakkja |
Agricultural Paying Agency |
2014SK06RDNP001 |
ANNESS III
APPROVAZZJONI TAL-KONTIJIET TAL-AĠENZIJI TAL-PAGAMENTI
SENA FINANZJARJA 2016 — FAEŻR
Korrezzjonijiet skont l-Artikolu 54(2) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 (*1)
|
Stat Membru |
Munita |
Bil-munita nazzjonali |
F'Euro |
|
AT |
EUR |
— |
— |
|
BE |
EUR |
— |
— |
|
BG |
BGN |
— |
— |
|
CY |
EUR |
— |
— |
|
CZ |
CZK |
— |
— |
|
DE |
EUR |
— |
— |
|
DK |
DKK |
— |
— |
|
EE |
EUR |
— |
— |
|
ES |
EUR |
— |
— |
|
FI |
EUR |
— |
— |
|
FR |
EUR |
— |
— |
|
GB |
GBP |
— |
— |
|
GR |
EUR |
— |
— |
|
HR |
HRK |
— |
— |
|
HU |
HUF |
— |
— |
|
IE |
EUR |
— |
— |
|
IT |
EUR |
— |
— |
|
LT |
EUR |
— |
— |
|
LU |
EUR |
— |
— |
|
LV |
EUR |
— |
— |
|
MT |
EUR |
— |
— |
|
NL |
EUR |
— |
— |
|
PL |
PLN |
— |
— |
|
PT |
EUR |
— |
— |
|
RO |
RON |
— |
— |
|
SE |
SEK |
— |
— |
|
SI |
EUR |
— |
— |
|
SK |
EUR |
— |
— |
(*1) F'din id-Deċiżjoni ġew ikkomunikati l-korrezzjonijiet relatati mal-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020 biss