|
23.5.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 134/38 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/877
tas-16 ta' Mejju 2017
dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini proposta li ġġib l-isem “Let us reduce the wage and economic differences that tear the EU apart!”
(notifikata bid-dokument C(2017) 3382)
(It-test bl-Ingliż biss huwa awtentiku)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 211/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Is-suġġett tal-inizjattiva taċ-ċittadini proposta bl-isem “Let us reduce the wage and economic differences that tear the EU apart!” jirreferi għal “Atti legali li juru biċ-ċar l-intenzjoni tal-UE li telimina l-inugwaljanzi fil-pagi bejn l-Istati Membri u li — sabiex tikseb dan l-objettiv — tippermetti koeżjoni aktar effiċjenti bejn dawn l-Istati”. |
|
(2) |
L-objettivi ddikjarati tal-inizjattiva taċ-ċittadini proposta huma: “Minħabba differenzi sinifikanti fil-pagi, il-moviment tal-ħaddiema huwa f'direzzjoni waħda. L-emigrazzjoni tal-massa twassal sabiex Stati Membri jiġu emarġinati ulterjorment. Sadanittant, Stati Membri aktar sinjuri jipperċepixxu l-influss massiv tal-ħaddiema bħala ta' dannu għall-interessi tagħhom, li jwassal għal diviżjoni fl-UE. Jeħtieġ li l-UE turi biċ-ċar l-intenzjoni tagħha li telimina l-inugwaljanzi fil-pagi li jaffettwaw il-moviment liberu tal-ħaddiema; sabiex tagħmel dan l-UE teħtieġ koeżjoni aktar effiċjenti sabiex tiżgura s-sopravivenza tagħha.” |
|
(3) |
L-atti legali tal-Unjoni għall-fini tal-implimentazzjoni tat-Trattati jistgħu jiġu adottati:
|
|
(4) |
L-atti legali tal-Unjoni għall-fini tal-implimentazzjoni tat-Trattati li għandhom l-għan li jappoġġaw u jikkumplimentaw l-attivitajiet tal-Istati Membri jistgħu jiġu adottati inter alia fl-oqsma tal-kundizzjonijiet tax-xogħol, tas-sigurtà soċjali u tal-protezzjoni soċjali tal-ħaddiema, tal-protezzjoni tal-ħaddiema f'każ li jintemmilhom il-kuntratt tal-impjieg, tal-informazzjoni u l-konsultazzjoni mal-ħaddiema, tar-rappreżentazzjoni u d-difiża kollettiva tal-interessi tal-ħaddiema u l-impjegaturi, inkluża l-kodeterminazzjoni, tal-integrazzjoni tal-persuni esklużi mis-suq tax-xogħol, tal-ġlieda kontra l-esklużjoni soċjali, u tal-modernizzazzjoni tas-sistemi ta' protezzjoni soċjali. Madankollu, atti bħal dawn ma jistgħux jiġu applikati għall-pagi jew għad-drittijiet ta' assoċjazzjoni. |
|
(5) |
It- Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) jirrinforza ċ-ċittadinanza tal-Unjoni u jsaħħaħ aktar il-funzjonament demokratiku tal-Unjoni billi jipprevedi, inter alia, li kull ċittadin ikollu d-dritt li jipparteċipa fil-ħajja demokratika tal-Unjoni permezz ta' inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej. |
|
(6) |
Għal dan il-għan, il-proċeduri u l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-inizjattiva taċ-ċittadini għandhom ikunu ċari, sempliċi, faċli biex jintużaw u proporzjonali man-natura tal-inizjattiva taċ-ċittadini sabiex titħeġġeġ il-parteċipazzjoni taċ-ċittadini u biex l-Unjoni ssir aktar aċċessibbli. |
|
(7) |
Għal dawn ir-raġunijiet, ikun adegwat li wieħed jikkunsidra li l-inizjattiva taċ-ċittadini proposta ma taqax manifestament barra mill-qafas tas-setgħat tal-Kummissjoni, li permezz tagħhom hija tista' tressaq proposta għal att legali tal-Unjoni għall-fini tal-implimentazzjoni tat-Trattati, skont l-Artikolu 4(2)(b) tar-Regolament. |
|
(8) |
L-inizjattiva taċ-ċittadini proposta bl-isem “Let us reduce the wage and economic differences that tear the EU apart!” għandha, għalhekk, tiġi rreġistrata. Madankollu, jenħtieġ li jinġabru dikjarazzjonijiet ta' appoġġ għal din l-inizjattiva taċ-ċittadini proposta biss jekk din hija maħsuba għall-preżentazzjoni, min-naħa tal-Kummissjoni, ta' proposti għal atti legali tal-Unjoni għall-fini tal-implimentazzjoni tat-Trattati fl-ambitu tal-kamp ta' applikazzjoni msemmi fil-premessi 3 u 4. |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. L-inizjattiva taċ-ċittadini proposta bl-isem “Let us reduce the wage and economic differences that tear the EU apart!” hija rreġistrata.
2. Madankollu, id-dikjarazzjonijiet ta' appoġġ għal din l-inizjattiva taċ-ċittadini, sakemm din hija maħsuba għall-preżentazzjoni, min-naħa tal-Kummissjoni, ta' proposti ta' atti legali tal-Unjoni għall-fini tal-implimentazzjoni tat-Trattati fl-oqsma tal-kundizzjonijiet tax-xogħol, tas-sigurtà soċjali u l-protezzjoni soċjali tal-ħaddiema, tal-protezzjoni tal-ħaddiema f'każ li jintemmilhom il-kuntratt tal-impjieg, tal-informazzjoni u l-konsultazzjoni tal-ħaddiema, tar-rappreżentazzjoni u d-difiża kollettiva tal-interessi tal-ħaddiema u tal-impjegaturi, inkluż il-kodeterminazzjoni, tal-integrazzjoni tal-persuni esklużi mis-suq tax-xogħol, tal-ġlieda kontra l-esklużjoni soċjali, u tal-modernizzazzjoni tas-sistemi ta' protezzjoni soċjali, jistgħu jinġabru biss sakemm dawn l-atti legali ma jiġux applikati għall-pagi jew għad-dritt ta' assoċjazzjoni, tal-istrajkjar jew id-dritt li jiġi impost lock-out.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-22 ta' Mejju 2017.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-organizzaturi (il-membri tal-kumitat taċ-ċittadini) tal-inizjattiva taċ-ċittadini proposta li ġġib l-isem “Let us reduce the wage and economic differences that tear the EU apart!”, rappreżentata mis-Sur Márton GYÖNGYÖSI u s-Sur Jaak MADISON li jaġixxu bħala persuni ta' kuntatt.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Mejju 2017.
Għall-Kummissjoni
Frans TIMMERMANS
L-ewwel Viċi President