|
11.4.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 98/18 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ (PESK) 2017/681
tad-29 ta' Marzu 2017
dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fin-Nofsinhar tal-Mediterran Ċentrali (EUNAVFOR MED operazzjoni SOPHIA) u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2016/1079 (EUNAVFOR MED/1/2017)
IL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 38 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/778 tat-18 ta' Mejju 2015 dwar operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fin-Nofsinhar tal-Mediterran Ċentrali (EUNAVFOR MED operazzjoni SOPHIA) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 6 tagħha,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 6(1) tad-Deċiżjoni (PESK) 2015/778, il-Kunsill awtorizza lill-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (KPS) sabiex jieħu deċiżjonijiet dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-EUNAVFOR MED operazzjoni SOPHIA (il-'Kmandant tal-Forza tal-UE'). |
|
(2) |
Fit-23 ta' Ġunju 2016, il-KPS adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2016/1079 (2) li taħtar lill-Viċi Ammirall Giuseppe BERUTTI BERGOTTO bħala l-Kmandant tal-Forza tal-UE. |
|
(3) |
Il-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE rrakkomanda l-ħatra tal-Viċi Ammirall (LH) Andrea ROMANI biex jieħu post il-Viċi Ammirall Giuseppe BERUTTI BERGOTTO bħala l-Kmandant il-ġdid tal-Forza tal-UE mill-4 ta' April 2017. |
|
(4) |
Il-Kumitat Militari tal-UE jappoġġa dik ir-rakkomandazzjoni. |
|
(5) |
Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2016/1079 titħassar. |
|
(6) |
F'konformità mal-Artikolu 5 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka ma tiħux sehem fl-elaborazzjoni u fl-implimentazzjoni ta' deċiżjonijiet u azzjonijiet tal-Unjoni li għandhom implikazzjonijiet ta' difiża, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Viċi Ammirall (LH) Andrea ROMANI huwa b'dan maħtur Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fin-Nofsinhar tal-Mediterran Ċentrali (EUNAVFOR MED operazzjoni SOPHIA) mill-4 ta' April 2017.
Artikolu 2
Id-Deċiżjoni (PESK) 2016/1079 hija b'dan imħassra b'effett mill-4 ta' April 2017.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-4 ta' April 2017.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta' Marzu 2017.
Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà
Il-President
W. STEVENS
(1) ĠU L 122, 19.5.2015, p. 31.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kumitat politiku u ta' Sigurtà (PESK) 2016/1079 tat-23 ta' Ġunju 2016 dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fin-Nofsinhar tal-Mediterran Ċentrali (EUNAVFOR MED operazzjoni SOPHIA) u li tħassar id- Deċiżjoni EUNAVFOR MED/1/2015 (EUNAVFOR MED/2/2016) (ĠU L 179, 5.7.2016, p. 31).