1.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 89/10


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2017/621

tal-31 ta' Marzu 2017

li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fil-31 ta' Lulju 2015 il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 (1).

(2)

Fil-31 ta' Marzu 2016 il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2016/478 (2).

(3)

Minħabba l-gravità tas-sitwazzjoni fil-Libja, il-Kunsill jikkunsidra li jenħtieġ li miżuri restrittivi kontra tliet persuni jiġu estiżi għal perijodu ulterjuri ta' sitt xhur.

(4)

Id-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 għandha għalhekk tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 17 tad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333, il-paragrafi 3 u 4 huma sostitwiti b'dan li ġej:

“3.   Il-miżuri msemmija fl-Artikolu 8(2) għandhom japplikaw fir-rigward tal-entrati 16, 17 u 18 fl-Anness II sat-2 ta' Ottubru 2017.

4.   Il-miżuri msemmija fl-Artikolu 9(2) għandhom japplikaw fir-rigward tal-entrati 21, 22 u 23 fl-Anness IV sat-2 ta' Ottubru 2017.”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-31 ta' Marzu 2017.

Għall-Kunsill

Il-President

L. GRECH


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1333 tal-31 ta' Lulju 2015 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja, u li tħassar id-Deċiżjoni 2011/137/PESK (ĠU L 206, 1.8.2015, p. 34).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/478 tal-31 ta' Marzu 2016 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja (ĠU L 85, 1.4.2016, p. 48).