16.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 191/12


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-12 ta’ Ġunju 2017

li taħtar il-Viċi President tal-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti

(2017/C 191/02)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2100/94 tas-27 ta’ Lulju 1994 dwar drittijiet ta’ varjetajiet ta’ pjanti fil-Komunità (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 43(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Bid-Deċiżjoni tad-19 ta’ Marzu 2012 (2), il-Kunsill ġedded il-mandat tas-Sur Carlos PEREIRA GODINHO bħala Viċi President tal-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti (“l-Uffiċċju”).

(2)

Il-mandat tas-Sur Carlos PEREIRA GODINHO skada fil-31 ta’ Marzu 2017.

(3)

Fit-12 ta’ April 2017, wara li ngħatat l-opinjoni tal-Kunsill Amministrattiv tal-Uffiċċju, il-Kummissjoni pproponiet lis-Sur Francesco MATTINA bħala kandidat waħdieni għall-post ta’ Viċi President tal-Uffiċċju,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Is-Sur Francesco MATTINA huwa b’dan maħtur Viċi President tal-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti (“l-Uffiċċju”) għal perjodu ta’ ħames snin.

2.   Il-mandat tas-Sur Francesco MATTINA għandu jiddekorri mid-data li fiha huwa jassumi d-doveri tiegħu. Din id-data għandha tiġi maqbula bejn il-President u l-Kunsill Amministrattiv tal-Uffiċċju.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill Amministrattiv tal-Uffiċċju huwa mogħti s-setgħa li jiffirma l-kuntratt ta’ impjieg mas-Sur Francesco MATTINA.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, it-12 ta' Ġunju 2017.

Għall-Kunsill

Il-President

C. CAMILLERI


(1)  ĠU L 227, 1.9.1994, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tad-19 ta’ Marzu 2012 li ġġedded il-mandat tal-Viċi President tal-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti (ĠU C 82, 21.3.2012, p. 6).