22.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 76/22


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2017/496

tal-21 ta' Marzu 2017

li temenda d-Deċiżjoni 2011/172/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Eġittu

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fil-21 ta' Marzu 2011, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2011/172/PESK (1) dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Eġittu.

(2)

Abbażi ta' reviżjoni tad-Deċiżjoni 2011/172/PESK, jenħtieġ li l-miżuri restrittivi jiġġeddu sat-22 ta' Marzu 2018.

(3)

Jenħtieġ li jiġu emendati d-dikjarazzjonijiet tar-raġunijiet għal sitt persuni elenkati fl-Anness għad-Deċiżjoni 2011/172/PESK. Jenħtieġ li tiġi aġġornata l-informazzjoni ta' identifikazzjoni dwar persuna elenkata waħda.

(4)

Jenħtieġ li żewġ persuni ma jibqgħux jinżammu fil-lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi li tinsab fl-Anness għad-Deċiżjoni 2011/172/PESK.

(5)

Għalhekk jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2011/172/PESK tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2011/172/PESK hija emendata kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 5, it-tieni paragrafu huwa sostitwit minn dan li ġej:

“Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sat-22 ta' Marzu 2018.”.

(2)

L-Anness huwa emendat kif indikat fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta' Marzu 2017.

Għall-Kunsill

Il-President

E. SCICLUNA


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/172/PESK tal-21 ta' Marzu 2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Eġittu (ĠU L 76, 22.3.2011, p. 63).


ANNESS

I.   

Fl-Anness għad-Deċiżjoni 2011/172/PESK l-entrati li jikkonċernaw il-persuni li jidhru hawn taħt għandhom jiġu ssostitwiti bl-entrati li ġejjin:

 

Isem (u kwalunkwe psewdonimu)

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet għad-deżinjazzjoni

1.

Mohamed Hosni Elsayed Mubarak

Eks-President tar-Repubblika Għarbija tal-Eġittu

Data tat-twelid: 4.5.1928

Raġel

Persuna soġġetta għal proċedimenti ġudizzjarji jew proċess ta' rkupru tal-assi mill-awtoritajiet Eġizzjani wara sentenza finali tal-qorti fir-rigward tal-misapproprjazzjoni ta' Fondi tal-Istat abbażi tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-korruzzjoni

2.

Suzanne Saleh Thabet

Mart is-Sur Mohamed Hosni Elsayed Mubarak, eks-President tar-Repubblika Għarbija tal-Eġittu

Data tat-twelid: 28.2.1941

Mara

Persuna soġġetta għal proċedimenti ġudizzjarji jew proċess ta' rkupru tal-assi mill-awtoritajiet Eġizzjani wara sentenza finali tal-qorti fir-rigward tal-misapproprjazzjoni ta' Fondi tal-Istat abbażi tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-korruzzjoni

3.

Alaa Mohamed Hosni Elsayed Mubarak

Bin is-Sur Mohamed Hosni Elsayed Mubarak, eks-President tar-Repubblika Għarbija tal-Eġittu

Data tat-twelid: 26.11.1960

Raġel

Persuna soġġetta għal proċedimenti ġudizzjarji jew proċess ta' rkupru tal-assi mill-awtoritajiet Eġizzjani wara sentenza finali tal-qorti fir-rigward tal-misapproprjazzjoni ta' Fondi tal-Istat abbażi tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-korruzzjoni

4.

Heidy Mahmoud Magdy Hussein Rasekh

Mart is-Sur Alaa Mohamed Hosni Elsayed Mubarak, bin l-eks-President tar-Repubblika Għarbija tal-Eġittu

Data tat-twelid: 5.10.1971

Mara

Persuna soġġetta għal proċedimenti ġudizzjarji jew proċess ta' rkupru tal-assi mill-awtoritajiet Eġizzjani wara sentenza finali tal-qorti fir-rigward tal-misapproprjazzjoni ta' Fondi tal-Istat abbażi tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-korruzzjoni

5.

Gamal Mohamed Hosni Elsayed Mubarak

Bin is-Sur Mohamed Hosni Elsayed Mubarak, eks-President tar-Repubblika Għarbija tal-Eġittu

Data tat-twelid: 28.12.1963

Raġel

Persuna soġġetta għal proċedimenti ġudizzjarji jew proċess ta' rkupru tal-assi mill-awtoritajiet Eġizzjani wara sentenza finali tal-qorti fir-rigward tal-misapproprjazzjoni ta' Fondi tal-Istat abbażi tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-korruzzjoni

6.

Khadiga Mahmoud El Gammal

Mart is-Sur Gamal Mohamed Hosni Elsayed Mubarak, bin l-eks-President tar-Repubblika Għarbija tal-Eġittu

Data tat-twelid: 13.10.1982

Mara

Persuna soġġetta għal proċedimenti ġudizzjarji jew proċess ta' rkupru tal-assi mill-awtoritajiet Eġizzjani wara sentenza finali tal-qorti fir-rigward tal-misapproprjazzjoni ta' Fondi tal-Istat abbażi tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-korruzzjoni

8.

Abla Mohamed Fawzi Ali Ahmed Salama

Mart is-Sur Ahmed Abdelaziz Ezz

Data tat-twelid: 31.1.1963

Mara

Persuna soġġetta għal proċedimenti ġudizzjarji mill-awtoritajiet Eġizzjani fir-rigward tal-misapproprjazzjoni ta' Fondi tal-Istat abbażi tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-korruzzjoni

II.   

Fl-Anness għad-Deċiżjoni 2011/172/PESK, l-entrati li jikkonċernaw il-persuni li ġejjin huma mħassra:

16.

Jaylane Shawkat Hosni Galal Eldin,

17.

Amir Mohamed Zohir Mohamed Wahed Garrana.