18.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 73/29


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/478

tas-16 ta' Marzu 2017

li tirrilaxxa lil ċerti Stati Membri mill-obbligu li japplikaw għal ċerti speċijiet id-Direttivi tal-Kunsill 66/401/KEE, 66/402/KEE, 68/193/KEE, 1999/105/KE, 2002/54/KE, 2002/55/KE u 2002/57/KE dwar il-kummerċjalizzazzjoni taż-żerriegħa ta' pjanti tal-għalf, taż-żerriegħa taċ-ċereali, tal-materjal għall-propagazzjoni veġetattiva tad-dielja, tal-materjal riproduttiv tal-foresti, taż-żerriegħa tal-pitravi, taż-żerriegħa tal-ħxejjex, u taż-żerriegħa ta' pjanti taż-żejt u tal-fibra rispettivament, u li tħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/680/UE

(notifikata bid-dokument C(2017) 1662)

(It-testi fl-ilsien Bulgaru, Ċek, Daniż, Estonjan, Finlandiż, Franċiż, Germaniż, Grieg, Ingliż, Latvjan, Litwan, Malti, Olandiż, Pollakk, Slovakk, Sloven, Spanjol, Ungeriż u Żvediż biss huma awtentiċi)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 66/401/KEE tal-14 ta' Ġunju 1966 dwar it-tqegħid fis-suq ta' żerriegħa ta' pjanti tal-għalf (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 23a tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 66/402/KEE tal-14 ta' Ġunju 1966 dwar il-marketing taż-żerriegħa tal-ġwież [taċ-ċereali] (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 23a tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 68/193/KEE tad-9 ta' April 1968 dwar il-marketing ta' materjal għall-propagazzjoni veġetattiva tad-dielja (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 18a tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 1999/105/KE tat-22 ta' Diċembru 1999 dwar il-marketing ta' materjali riproduttivi tal-foresti (4), u partikolarment l-Artikolu 20 tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/54/KE tal-13 ta' Ġunju 2002 dwar il-bejgħ fis-suq taż-żerriegħa tal-pitravi (5), u b'mod partikolari l-Artikolu 30A tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/55/KE tat-13 ta' Ġunju 2002 dwar il-marketing ta' żrieragħ tal-ħxejjex (6), u b'mod partikolari l-Artikolu 49 tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/57/KE tat-13 ta' Ġunju 2002 fuq il-marketing taż-żerriegħa ta' pjanti taż-żejt u tal-fibra (7), u b'mod partikolari l-Artikolu 28 tagħha,

Wara li kkunsidrat it-talbiet ippreżentati mill-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Estonja, l-Ungerija, l-Irlanda, Spanja, Franza, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, Malta, in-Netherlands, il-Polonja, is-Slovenja, is-Slovakkja, il-Finlandja, l-Iżvezja u r-Renju Unit,

Billi:

(1)

Id-Direttivi 66/401/KEE, 66/402/KEE, 68/193/KEE, 1999/105/KE, 2002/54/KE, 2002/55/KE u 2002/57/KE jistabbilixxu ċerti dispożizzjonijiet għall-kummerċjalizzazzjoni ta' żerriegħa ta' pjanti tal-għalf, żerriegħa taċ-ċereali, materjal għall-propagazzjoni veġetattiva tad-dielja, materjali riproduttivi tal-foresti, żerriegħa tal-pitravi, żrieragħ tal-ħxejjex, u żerriegħa ta' pjanti taż-żejt u tal-fibra rispettivament. Dawk id-Direttivi jistipulaw wkoll li, suġġett għal ċerti kundizzjonijiet, l-Istati Membri jistgħu jiġu rrilaxxati kompletament jew parzjalment mill-obbligu li japplikaw dawk id-Direttivi fir-rigward ta' ċerti speċijiet jew materjali.

(2)

Iż-żerriegħa ta' ċerti speċijiet mhijiex riprodotta normalment jew kkummerċjalizzata fl-Istati Membri kollha. Barra minn hekk, il-kultivazzjoni tad-dwieli u l-kummerċjalizzazzjoni ta' ċertu materjal ta' propagazzjoni huma ta' importanza ekonomika minima f'għadd ta' Stati Membri. Ċerti speċijiet tas-siġar ukoll mhumiex importanti għall-iskopijiet ta' foresterija f'ċerti Stati Membri.

(3)

Abbażi tal-applikazzjonijiet li saru minn ċerti Stati Membri, il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni tal-Kumissjoni 2010/680/UE (8) biex tirrilaxxa dawk l-Istati Membri kompletament jew parzjalment mill-obbligu li japplikaw id-dispożizzjonijiet tad-Direttivi 66/401/KEE, 66/402/KEE, 68/193/KEE, 1999/105/KE, 2002/54/KE, 2002/55/KE u 2002/57/KE, għall-ispeċijiet u l-materjal inkwistjoni.

(4)

L-Ungerija, li ma kinitx destinatarja tad-Deċiżjoni 2010/680/UE, u l-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, il-Ġermanja, l-Estonja, l-Irlanda, il-Latvja, il-Litwanja, is-Slovenja u r-Renju Unit, li kienu destinatarji ta' dik id-Deċiżjoni, ssottomettew applikazzjonijiet aġġornati lill-Kummissjoni, u talbu r-rilaxx għal speċijiet ġodda. Franza talbet għat-tħassir tar-rilaxxi kollha li kienu ngħatawlha, filwaqt li Ċipru, il-Latvja u n-Netherlands talbu għat-tħassir tar-rilaxxi li kienu ngħatawlhom għal ċerti speċijiet biss.

(5)

Għalhekk hemm bżonn li jiġi aġġornat ir-rilaxx mogħti u, fejn mitlub, jiġi rtirat.

(6)

Barra minn hekk, fl-interess tat-trasparenza u tas-simplifikazzjoni, id-Deċiżjoni 2010/680/UE għandha titħassar u tiġu sostitwita b'Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni ġdida.

(7)

Sabiex il-korpi uffiċjali responsabbli u l-operaturi professjonali jkollhom żmien biex jadattaw għad-dispożizzjonijiet ġodda, din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2018.

(8)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Kull Stat Membru msemmi fil-Parti I tal-Anness ta' din id-Deċiżjoni għandu jinħeles mill-obbligu li japplika d-Direttiva 66/401/KEE, bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 14(1), għall-ispeċijiet elenkati f'dik il-Parti tal-Anness u hemmhekk identifikati, fir-rigward ta' dak l-Istat Membru, bl-indikazzjoni “X”.

2.   Kull Stat Membru msemmi fil-Parti II tal-Anness ta' din id-Deċiżjoni għandu jinħeles mill-obbligu li japplika d-Direttiva 66/402/KEE, bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 14(1), għall-ispeċijiet elenkati f'dik il-Parti tal-Anness u hemmhekk identifikati, fir-rigward ta' dak l-Istat Membru, bl-indikazzjoni “X”.

Fil-każ tal-Latvja, ir-rilaxx minn dan l-obbligu fir-rigward ta' Zea mays japplika wkoll bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 19(1) ta' dik id-Direttiva.

3.   Kull Stat Membru msemmi fil-Parti III tal-Anness ta' din id-Deċiżjoni għandu jinħeles mill-obbligu li japplika d-Direttiva 68/193/KEE, bl-eċċezzjoni tal-Artikoli 12 u 12a, għall-ġenus elenkat fl-ewwel kolonna tat-tabella.

4.   Kull Stat Membru msemmi fil-Parti IV tal-Anness ta' din id-Deċiżjoni għandu jinħeles mill-obbligu li japplika d-Direttiva 1999/105/KE, bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 17(1), għall-ispeċijiet elenkati f'dik il-Parti tal-Anness u hemmhekk identifikati, fir-rigward ta' dak l-Istat Membru, bl-indikazzjoni “X”.

5.   Kull Stat Membru msemmi fil-Parti V tal-Anness ta' din id-Deċiżjoni għandu jinħeles mill-obbligu li japplika d-Direttiva 2002/54/KE, bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 20, għall-ispeċijiet elenkati f'dik il-Parti tal-Anness u hemmhekk identifikati, fir-rigward ta' dak l-Istat Membru, bl-indikazzjoni “X”.

6.   Kull Stat Membru msemmi fil-Parti VI tal-Anness ta' din id-Deċiżjoni għandu jinħeles mill-obbligu li japplika d-Direttiva 2002/55/KE, bl-eċċezzjoni tal-Artikoli 16(1) u 34(1), għall-ispeċijiet elenkati f'dik il-Parti tal-Anness u hemmhekk identifikati, fir-rigward ta' dak l-Istat Membru, bl-indikazzjoni “X”.

7.   Kull Stat Membru msemmi fil-Parti VII tal-Anness ta' din id-Deċiżjoni għandu jinħeles mill-obbligu li japplika d-Direttiva 2002/57/KE, bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 17, għall-ispeċijiet elenkati f'dik il-Parti tal-Anness u hemmhekk identifikati, fir-rigward ta' dak l-Istat Membru, bl-indikazzjoni “X”.

Fil-każ ta' Malta, ir-rilaxx minn dan l-obbligu fir-rigward tal-ġirasol japplika wkoll bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 9(1) ta' dik id-Direttiva.

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni 2010/680/UE għandha tiġi rrevokata.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2018.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika tal-Estonja, l-Irlanda, ir-Renju ta' Spanja, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, l-Ungerija, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Renju tan-Netherlands, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja, ir-Repubblika Slovakka, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Renju tal-Iżvezja u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Marzu 2017.

Għall-Kummissjoni

Vytenis ANDRIUKAITIS

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU 125, 11.7.1966, p. 2298/66.

(2)   ĠU 125, 11.7.1966, p. 2309/66.

(3)   ĠU L 93, 17.4.1968, p. 15.

(4)   ĠU L 11, 15.1.2000, p. 17.

(5)   ĠU L 193, 20.7.2002, p. 12.

(6)   ĠU L 193, 20.7.2002, p. 33.

(7)   ĠU L 193, 20.7.2002, p. 74.

(8)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/680/UE tad-9 ta' Novembru 2010 li teħles lill-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Estonja, l-Irlanda, Spanja, Franza, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, Malta, il-Pajjiżi l-Baxxi, il-Polonja, is-Slovenja, is-Slovakkja, il-Finlandja, l-Isvezja u r-Renju Unit mill-obbligu li japplikaw fuq ċerti speċi d-Direttivi tal-Kunsill 66/401/KEE, 66/402/KEE, 68/193/KEE, 1999/105/KE, 2002/54/KE, 2002/55/KE u 2002/57/KE dwar il-kummerċjalizzazzjoni ta' żrieragħ tax-xtieli għall-għalf, żrieragħ taċ-ċereali, materjal għall-propagazzjoni veġetattiva tad-dwieli, materjal riproduttiv tal-foresti, żerriegħa tal-pitravi, żrieragħ tal-ħxejjex u żrieragħ ta' xtieli taż-żejt u l-fibra rispettivament (ĠU L 292, 10.11.2010, p. 57).


ANNESS

IL-PARTI I

Id-Direttiva 66/401/KEE

 

BG

CZ

DK

DE

EE

IE

ES

LV

LT

HU

MT

PL

SI

SK

UK

Agrostis canina

 

 

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

 

Alopecurus pratensis

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

X

 

 

 

X

Arrhenatherum elatius

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

X

 

 

 

 

Biserrula pelecinus

X

X

 

X

X

X

 

X

X

X

 

 

X

 

X

Bromus catharticus

 

 

 

X

 

 

X

X

X

 

X

 

 

 

 

Bromus sitchensis

 

 

 

X

 

 

X

X

X

 

X

X

 

 

 

Cynodon dactylon

 

X

 

X

 

 

 

X

X

 

 

X

 

 

X

Dactylis glomerata

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

Festuca arundinacea

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

x Festulolium

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

Lathyrus cicera

X

X

 

X

X

X

 

X

X

 

 

 

X

 

X

Lolium x boucheanum

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

Medicago doliata

X

X

 

X

X

X

 

X

X

X

 

 

X

 

X

Medicago italica

X

X

 

X

X

X

 

X

X

X

 

 

X

 

X

Medicago littoralis

X

X

 

X

X

X

 

X

X

X

 

 

X

 

X

Medicago murex

X

X

 

X

X

X

 

X

X

X

 

 

X

 

X

Medicago polymorpha

X

X

 

X

X

X

 

X

X

X

 

 

X

 

X

Medicago rugosa

X

X

 

X

X

X

 

X

X

X

 

 

X

 

X

Medicago scutellata

X

X

 

X

X

X

 

X

X

X

 

 

X

 

X

Medicago truncatula

X

X

 

X

X

X

 

X

X

X

 

 

X

 

X

Ornithopus compressus

X

X

 

X

X

X

 

X

X

 

 

 

X

 

X

Ornithopus sativus

X

X

 

X

X

X

 

X

X

 

 

 

X

 

X

Phalaris aquatica

 

 

X

X

 

 

 

X

X

 

X

X

 

 

X

Phleum nodosum

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

Phleum pratense

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

Plantago lanceolata

X

X

 

X

X

X

 

X

X

 

 

 

X

 

X

Poa annua

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

X

X

 

 

 

Poa nemoralis

 

 

 

 

 

 

 

X

 

 

X

 

 

 

 

Poa palustris

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

 

 

 

X

Poa trivialis

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

Trisetum flavescens

 

 

 

 

 

X

 

X

 

 

X

X

 

 

X

Galega orientalis

X

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

X

Hedysarum coronarium

 

X

 

X

 

X

 

X

X

X

 

X

 

 

X

Lotus corniculatus

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

X

 

 

 

 

Lupinus albus

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

X

 

 

 

 

Lupinus angustifolius

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

X

 

 

 

 

Lupinus luteus

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

X

 

 

 

 

Medicago lupulina

 

 

 

 

 

X

 

X

 

 

X

 

 

 

 

Medicago x varia

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

Onobrychis viciifolia

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

X

 

 

 

 

Trifolium alexandrinum

 

 

 

 

 

X

 

X

 

 

 

X

 

 

X

Trifolium fragiferum

X

X

 

X

X

X

 

X

X

 

 

 

X

 

X

Trifolium glanduliferum

X

X

 

X

X

X

 

X

X

X

 

 

X

 

X

Trifolium hirtum

X

X

 

X

X

X

 

X

X

X

 

 

X

 

X

Trifolium hybridum

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

Trifolium incarnatum

 

 

 

 

 

X

 

X

 

 

X

 

 

 

X

Trifolium isthmocarpum

X

X

 

X

X

X

 

X

X

X

 

 

X

 

X

Trifolium michelianum

X

X

 

X

X

X

 

X

X

X

 

 

X

 

X

Trifolium repens

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

Trifolium resupinatum

 

 

 

 

 

X

 

X

 

 

X

 

 

 

X

Trifolium squarrosum

X

X

 

X

X

X

 

X

X

 

 

 

X

 

X

Trifolium subterraneum

X

X

 

X

X

X

 

X

X

X

 

 

X

 

X

Trifolium vesiculosum

X

X

 

X

X

X

 

X

X

X

 

 

X

 

X

Trigonella foenum-graecum

 

 

 

X

 

X

 

X

X

 

X

X

 

 

X

Vicia benghalensis

X

X

 

X

X

X

 

X

X

X

 

 

X

 

X

Vicia pannonica

 

 

 

 

 

X

 

X

 

 

X

X

 

 

 

Vicia villosa

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

X

 

 

 

 

Brassica napus

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

Phacelia tanacetifolia

 

 

 

 

 

 

X

 

 

 

X

 

 

 

X

Raphanus sativus

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

IL-PARTI II

Id-Direttiva 66/402/KEE

 

CZ

DK

DE

EE

IE

LV

LT

MT

NL

PL

UK

Avena strigosa

 

 

 

X

 

X

 

 

 

 

X

Oryza sativa

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

Phalaris canariensis

 

 

X

X

X

X

 

 

 

 

X

Sorghum bicolor

 

X

 

X

X

X

 

 

 

X

X

Sorghum sudanense

 

X

 

X

X

X

X

 

 

X

X

Sorghum bicolor x Sorghum sudanense

 

X

 

X

X

X

 

 

 

X

X

Triticum spelta

 

 

 

 

X

X

 

 

 

 

 

Zea mays

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

IL-PARTI III

Id-Direttiva 68/193/KEE

 

DK

EE

IE

LV

LT

NL

PL

FI

SE

UK

Vitis

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

IL-PARTI IV

Id-Direttiva 1999/105/KE

 

DK

EE

LT

MT

SI

Abies alba

 

X

X

X

 

Abies cephalonica

X

X

X

X

 

Abies grandis

 

X

X

X

 

Abies pinsapo

X

X

X

X

X

Acer platanoides

 

 

 

X

 

Acer pseudoplatanus

 

X

X

X

 

Alnus glutinosa

 

 

 

X

 

Alnus incana

 

 

 

X

 

Betula pendula

 

 

 

X

 

Betula pubescens

 

 

 

X

 

Carpinus betulus

 

X

 

X

 

Castanea sativa

X

X

X

 

 

Cedrus atlantica

X

X

X

X

X

Cedrus libani

X

X

X

X

X

Fagus sylvatica

 

X

 

X

 

Fraxinus angustifolia

X

X

X

 

 

Fraxinus excelsior

 

 

 

X

 

Larix decidua

 

 

 

X

 

Larix x eurolepis

 

 

 

X

 

Larix kaempferi

 

 

 

X

 

Larix sibirica

X

 

X

X

X

Picea abies

 

 

 

X

 

Picea sitchensis

 

X

X

X

X

Pinus brutia

X

X

X

 

X

Pinus canariensis

X

X

X

 

X

Pinus cembra

X

X

X

X

 

Pinus contorta

 

 

X

X

X

Pinus halepensis

X

X

X

 

 

Pinus leucodermis

X

X

X

X

X

Pinus nigra

 

X

X

 

 

Pinus pinaster

X

X

X

 

 

Pinus pinea

X

X

X

 

 

Pinus radiata

X

X

X

 

X

Prunus avium

 

X

 

 

 

Pseudotsuga menziesii

 

 

X

 

 

Quercus cerris

X

X

X

 

 

Quercis ilex

X

X

X

 

 

Quercus petraea

 

X

 

X

 

Quercus pubescens

X

X

X

X

 

Quercus rubra

 

 

 

X

 

Quercus suber

X

X

X

 

 

Robinia pseudoacacia

 

X

 

 

 

Tilia cordata

 

 

 

X

 

Tilia platyphyllos

 

X

 

X

 

IL-PARTI V

Id-Direttiva 2002/54/KE

 

CY

MT

Beta vulgaris

X

X

IL-PARTI VI

Id-Direttiva 2002/55/KE

 

IE

UK

Allium cepa — grupp aggregatum

 

X

Allium fistulosum

 

X

Allium sativum

 

X

Allium schoenoprasum

 

X

Anthriscus cerefolium

X

X

Asparagus officinalis

X

 

Beta vulgaris

X

 

Capsicum annuum

 

X

Cichorium intybus

 

X

Citrullus lanatus

X

X

Cucurbita maxima

X

 

Cynara cardunculus

X

X

Foeniculum vulgare

 

X

Rheum rhabarbarum

 

X

Scorzonera hispanica

X

X

Solanum melongena

 

X

Valerianella locusta

X

X

IL-PARTI VII

Id-Direttiva 2002/57/KE

 

CZ

DK

DE

EE

IE

CY

LV

LT

MT

NL

PL

UK

Arachis hypogea

X

X

X

X

X

 

X

X

X

X

X

X

Brassica rapa

 

 

 

 

 

 

 

 

X

 

 

 

Brassica juncea

 

 

 

 

X

 

X

 

X

 

 

 

Brassica napus

 

 

 

 

 

 

 

 

X

 

 

 

Brassica nigra

 

 

 

X

X

 

X

 

X

 

X

 

Cannabis sativa

 

 

 

 

X

 

 

 

X

 

 

 

Carthamus tinctorius

 

X

X

X

X

 

X

 

X

 

X

X

Carum carvii

 

 

X

 

X

 

 

 

X

 

 

X

Gossypium spp.

X

X

X

X

X

 

X

X

X

X

X

X

Helianthus annuus

 

X

 

X

X

 

X

 

X

 

 

 

Linum usitatissimum

 

 

 

 

 

 

 

 

X

 

 

 

Papaver somniferum

 

 

 

 

X

X

 

 

X

 

 

X

Sinapis alba

 

 

 

 

X

 

 

 

X

 

 

 

Glycine max

 

X

 

 

X

 

 

 

X