28.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 50/81


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2017/350

tas-27 ta' Frar 2017

li temenda d-Deċiżjoni 2012/642/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Belarussja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fil-15 ta' Ottubru 2012, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2012/642/PESK (1).

(2)

Abbażi ta' rieżami tad-Deċiżjoni 2012/642/PESK, jenħtieġ li l-miżuri restrittivi kontra l-Belarussja jiġu estiżi sat-28 ta' Frar 2018.

(3)

Barra minn hekk, il-Kunsill qabel li l-esportazzjoni ta' tagħmir tal-biathlon lill-Belarussja tista' tiġi awtorizzata mill-Istati Membri f'konformità mad-dispożizzjonijiet applikabbli ta' liċenzjar.

(4)

Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2012/642/PESK tiġi emendata skont dan,

(5)

Sabiex jiġi żgurat li l-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni ikunu effettivi, jenħtieġ li din id- Deċiżjoni tidħol fis-seħħ immedjatament,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2012/642/PESK hija emendata kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 2, jiżdied il-paragrafu li ġej:

“3.   L-Artikolu 1 ma għandux japplika għal tagħmir tal-biathlon li jikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet definiti fir-regoli tal-avvenimenti u l-kompetizzjonijiet tal-Unjoni Internazzjonali tal-Biathlon (IBU).”;

(2)

L-Artikolu 8 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 8

1.   Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sat-28 ta' Frar 2018.

2.   Din id-Deċiżjoni għandha tinżamm taħt rieżami kostanti u għandha tiġġedded, jew tiġi emendata kif meħtieġ, jekk il-Kunsill iqis li l-objettivi tagħha ma ntlaħqux.”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Frar 2017.

Għall-Kunsill

Il-President

K. MIZZI


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/642/PESK tal-15 ta' Ottubru 2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Bjelorussja (ĠU L 285, 17.10.2012, p. 1).