28.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 50/55


DEĊIŻJONI (UE) 2017/343 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-14 ta' Diċembru 2016

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea sabiex jipprovdi għall-pagament tal-avvanzi fil-baġit ġenerali tal-Unjoni għall-2017

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidraw ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 tal-11 ta' Novembru 2002 li jistabbilixxi l-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4a(4) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (2), u b'mod partikolari l-punt 11 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (minn hawn 'il quddiem “il-Fond”) għandu l-għan li jippermetti lill-Unjoni tirrispondi b'mod rapidu, effiċjenti u flessibbli għal sitwazzjonijiet ta' emerġenza u li turi solidarjetà mal-popolazzjonijiet ta' reġjuni milquta minn diżastri naturali.

(2)

Jenħtieġ li l-Fond ma jaqbiżx l-ammont massimu ta' EUR 500 000 000 (prezzijiet tal-2011), kif stabbilit fl-Artikolu 10 tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 (3).

(3)

L-Artikolu 4a(4) tar-Regolament (KE) Nru 2012/2002 jipprevedi li, meta jkun meħtieġ sabiex tkun żgurata d-disponibilità fil-ħin tar-riżorsi baġitarji, il-Fond jista' jiġi mobilizzat għal ammont sa massimu ta' EUR 50 000 000 għall-ħlas ta' avvanzi u li l-approprjazzjonijiet korrispondenti jiddaħħlu fil-baġit ġenerali tal-Unjoni.

(4)

Sabiex tiġi żgurata disponibilità fil-ħin ta' riżorsi baġitarji suffiċjenti fil-baġit ġenerali tal-Unjoni għall-2017, jenħtieġ li l-Fond jiġi mobilizzat għal ammont ta' EUR 50 000 000 għall-ħlas ta' avvanzi.

(5)

Sabiex jitnaqqas kemm jista' jkun iż-żmien li jittieħed biex jiġi mmobilizzat il-Fond, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tapplika mill-1 ta' Jannar 2017,

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni għas-sena finanzjarja 2017, il-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea għandu jiġi mobilizzat sabiex jipprovdi s-somma ta' EUR 50 000 000 f'approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament għall-ħlas ta' avvanzi.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2017.

Magħmul fi Strasburgu, l-14 ta' Diċembru 2016.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

M. SCHULZ

Għall-Kunsill

Il-President

I. KORČOK


(1)  ĠU L 311, 14.11.2002, p. 3.

(2)  ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884).