16.2.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 39/43 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/265
tal-14 ta' Frar 2017
li tinkludi l-Gvern tat-Territorji tal-Majjistral tal-Kanada bħala korp rikonoxxut fil-lista msemmija fl-Artikolu 3 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1850 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1007/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kummerċ tal-prodotti mill-foki
(notifikata bid-dokument C(2017) 757)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1850 tat-13 ta' Ottubru 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1007/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kummerċ tal-prodotti mill-foki (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 3 tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1007/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) jistabbilixxi l-kundizzjonijiet li skonthom prodotti tal-foki li jirriżultaw minn kaċċa tradizzjonalment imwettqa mill-Inuit jew minn komunitajiet indiġeni oħra jistgħu jitqegħdu fis-suq tal-Unjoni. Il-konformità ma' dawn il-kundizzjonijiet għandhom ikunu attestati minn korp rikonoxxut fi żmien meta l-prodotti tal-foki jitqegħdu fis-suq. |
(2) |
L-Artikolu 3 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1850 jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-entitajiet li jridu jiġu ssodisfati sabiex jiġu inklużi fil-lista ta' korpi rikonoxxuti għall-finijiet tal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1007/2009. |
(3) |
It-tqegħid fis-suq tal-prodotti tal-foki li jirriżultaw minn kaċċa mill-Inuit jew minn komunitajiet indiġeni oħra għandu jkun akkumpanjat minn dokument minn korp rikonoxxut li jattesta li l-kundizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament ta' Implimentazjzoni (UE) 2015/1850 ġew sodisfati. |
(4) |
Il-Kummissjoni rċeviet fit-22 ta' Novembru 2016 talba mill-Gvern tat-Territorji tal-Majjistral sabiex jiġi awtorizzat bħala korp rikonoxxut għall-finijiet tal-Artikolu 3(1a) tar-Regolament (KE) Nru 1007/2009. It-talba kienet akkumpanjata minn evidenza dokumentarja rikjesta mill-Artikolu 3 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1850. |
(5) |
Il-Kummissjoni wettqet valutazzjoni abbażi tal-evidenza dokumentarja sottomessa biex tiddetermina jekk il-Gvern tat-Territorji tal-Majjistral issodisfax ir-rekwiżiti sabiex jiġi rikonoxxut bħala korp rikonoxxut skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1850. |
(6) |
Il-Kummissjoni kkonkludiet li l-Gvern tat-Territorji tal-Majjistral jissodisfa kull waħda mir-rekwiżiti tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1850 u li l-Gvern tat-Territorji tal-Majjistral għandu jiġi elenkat bħala korp rikonoxxut. |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Gvern tat-Territorji tal-Majjistral għandu jiġi kkunsidrat bħala korp rikonoxxut għall-finijiet tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 2015/1850.
Artikolu 2
Il-kontenut ta' din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fuq il-websajt tal-Kummissjoni mingħajr dewmien.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Gvern tat-Territorji tal-Majjistral tal-Kanada.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Frar 2017.
Għall-Kummissjoni
Karmenu VELLA
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 271, 16.10.2015, p. 1.
(2) Ir-Regolament (KE) Nru 1007/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Settembru 2009 dwar il-kummerċ tal-prodotti mill-foki (ĠU L 286, 31.10.2009, p. 36).