24.2.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 60/7 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-23 ta’ Frar 2017
dwar l-għoti ta’ liċenzji individwali lill-Koordinaturi kollha tan-Netwerks Ewropej ta’ Referenza biex jużaw it-trademark tan-Netwerk Ewropew ta’ Referenza
(2017/C 60/06)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Settembru 2001 (PV1536) li tikkonferixxi s-setgħa fuq id-Diretturi Ġenerali u fuq il-Kapijiet tas-Servizzi li jiddeċiedu dwar il-ħtieġa li tiġi rreġistrata applikazzjoni għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali li jirriżultaw mill-attivitajiet jew mill-programmi li jkunu responsabbli minnhom, dwar l-għotja ta’ liċenzji marbuta ma’ din, dwar l-akkwist, it-trasferiment jew iċ-ċediment jew l-abbandun tad-drittijiet, u tagħti s-setgħa tal-eżekuzzjoni amministrattiva marbuta ma’ dan lid-Diretturi Ġenerali,
Billi:
(1) |
Id-Direttiva 2011/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) tistipula li l-Kummissjoni tappoġġa l-iżvilupp tan-Netwerks ta’ Referenza Ewropej (ERNs) bejn fornituri tal-kura tas-saħħa speċjalizzata ħafna tal-Istati Membri. |
(2) |
L-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummssjoni 2014/287/UE (2) jistipula li l-Kummissjoni tawtorizza l-użu ta’ identifikatur grafiku uniku (“il-logo”) għan-Netwerks u għall-membri tagħhom. |
(3) |
Il-logo tan-“Netwerk Ewropew ta’ Referenza” kien reġistrat bħala trademark figurattiva (nru tar-reġistrazzjoni 012252128) fit-territorju tal-Unjoni Ewropea mill-Kummissjoni. |
(4) |
L-Unjoni Ewropea hija s-sid leġittimu tat-trademark u disposta tagħti liċenzja biex din tintuża lill-Koordinaturi kollha tan-Netwerks Ewropej ta’ Referenza. |
IDDEĊIEDIET KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Il-Koordinaturi kollha tan-Netwerks Ewropej ta’ Referenza approvati mill-Bord tal-ERN tal-Istati Membri għandu jkollhom dritt mhux esklussiv, mingħajr drittijiet tal-awtur u kundizzjonali biex jużaw it-trademark tan-“Netwerk Ewropew ta’ Referenza” (nru tar-reġistrazzjoni 012252128) għal inizjattivi relatati mal-attivitajiet tan-Netwerks Ewropej ta’ Referenza f’konformità mal-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 12 tad-Direttiva 2011/24/UE.
Artikolu 2
Il-Koordinaturi kollha tan-Netwerks Ewropej ta’ Referenza approvati mill-Bord tal-ERN tal-Istati Membri huma awtorizzati li jissottoliċenzjaw lill-membri tan-Netwerks rispettivi tagħhom, id-dritt li jużaw it-trademark għal inizjattivi relatati mal-attivitajiet ta’ Netwerks tagħhom.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Frar 2017.
Għall-Kummissjoni
Vytenis ANDRIUKAITIS
Membru tal-Kummissjoni
(1) Id-Direttiva 2011/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2011 dwar l-applikazzjoni tad-drittijiet tal-pazjenti fil-qasam tal-kura tas-saħħa transkonfinali (ĠU L 88, 4.4.2011, p. 45).
(2) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/287/UE tal-10 ta’ Marzu 2014 li tistipula kriterji għall-istabbiliment u l-evalwazzjoni tan-Netwerks Ewropej ta’ Referenza u l-Membri tagħhom u biex jiġi ffaċilitat l-iskambju ta’ informazzjoni u ta’ għarfien espert dwar l-istabbiliment u l-evalwazzjoni ta’ netwerks bħal dawn (ĠU L 147, 17.5.2014, p. 79).