|
21.2.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 54/4 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tas-17 ta’ Frar 2017
li taħtar membru supplenti tal-Bord Governattiv tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol għall-Portugall
(2017/C 54/04)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1365/75 tas-26 ta’ Mejju 1975 dwar il-ħolqien ta’ Fondazzjoni Ewropea għal Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-listi tan-nomini għall-ħatra ppreżentati lill-Kunsill mill-Gvernijiet tal-Istati Membri u mill-organizzazzjonijiet tal-impjegati u ta’ min iħaddem,
Billi:
|
(1) |
Bid-Deċiżjonijiet tiegħu tat-28 ta’ Novembru 2016 (2) u tat-23 ta’ Jannar 2017 (3), il-Kunsill ħatar lill-membri u l-membri supplenti tal-Bord Governattiv tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol għall-perijodu mill-1 ta’ Diċembru 2016 sat-30 ta’ Novembru 2019. |
|
(2) |
L-organizzazzjoni tal-impjegati ETUC ippreżentat nomina waħda għal kariga li għandha timtela, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Dan li ġej huwa maħtur membru supplenti tal-Bord Governattiv tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol għall-Portugall għall-perijodu li jintemm fit-30 ta’ Novembru 2019.
I. RAPPREŻENTANTI TAL-ORGANIZZAZZJONIJIET TAL-IMPJEGATI
|
Pajjiż |
Membri |
Membru supplenti |
|
Portugall |
|
Is-Sur Augusto COELHO PRAÇA |
Artikolu 2
Il-Kunsill għandu jaħtar f’data iktar tard il-membri u l-membri supplenti li għadhom ma ġewx innominati.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Frar 2017.
Għall-Kunsill
Il-President
E. BARTOLO
(1) ĠU L 139, 30.5.1975, p. 1.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Novembru 2016 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Bord Governattiv tal-Fondazzjoni Ewropea għal Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (ĠU C 447, 1.12.2016, p. 2).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-23 ta’ Jannar 2017 li taħtar membri u membri supplenti tal-Bord Governattiv tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol għall-Bulgarija, l-Italja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, Malta, l-Awstrija, u s-Slovakkja (ĠU C 27, 27.1.2017, p. 8).