|
4.2.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 31/27 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/197
tat-2 ta' Frar 2017
li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1138 fir-rigward ta' ċerti skadenzi għall-użu ta' standards tal-UN/Cefact għall-iskambju ta' informazzjoni dwar is-sajd
(notifikata bid-dokument C(2017) 457)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006 (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 111 u 116 tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 404/2011 tat-8 ta' April 2011 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 146j tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Is-sistemi tal-Istat Membru tal-bandiera għandhom ikunu kapaċi jibagħtu l-messaġġi tas-sistema tal-monitoraġġ tal-bastimenti u jwieġbu għat-talbiet għad-dejta tas-sistema tal-monitoraġġ tal-bastimenti billi jużaw l-istandard taċ-Ċentru tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Iffaċilitar tal-Kummerċ u għan-Negozju Elettroniku (UN/Cefact) f'konformità mal-Artikolu 146f tar-Regolament (UE) Nru 404/2011 |
|
(2) |
L-Artikolu 146d tar-Regolament (UE) Nru 404/2011 jipprevedi li l-messaġġi kollha ta' trażmissjoni, inkluż dejta dwar is-sistema ta' monitoraġġ tal-bastimenti, għandhom isiru billi jużaw in-netwerk elettroniku għall-iskambji tad-dejta dwar is-sajd “Is-Saff ta' Trażmissjoni” li l-Kummissjoni għamlet disponibbli għall-Istati Membri. |
|
(3) |
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1138 (3) tiffissa skadenzi għall-użu tal-istandards tal-UN/Cefact għall-iskambju ta' dejta dwar is-sajd. |
|
(4) |
It-twassil tan-netwerk “Is-Saff ta' Trażmissjoni” ġie ttardjat b'erba' xhur u l-Istati Membri għandhom bżonn biżżejjed żmien għall-installazzjoni u għall-ittestjar. |
|
(5) |
Għalhekk huwa xieraq li jiġu posposti ċerti skadenzi stabbiliti bid-Deċiżjoni (UE) 2016/1138 għall-użu ta' dawn l-istandards tal-UN/Cefact. |
|
(6) |
Għalhekk, id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1138 għandha tiġi emendata skont dan. |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Skambju tad-dejta tas-sistema tal-monitoraġġ tal-bastimenti
L-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1138 jinbidel b'dan li ġej:
“Artikolu 1
1. Mill-1 ta' Frar 2017, il-format li għandu jintuża biex tiġi rrappurtata d-dejta tas-sistema tal-monitoraġġ tal-bastimenti msemmija fl-Artikolu 146f tar-Regolament (UE) Nru 404/2011 u d-dokumenti rispettivi ta' implimentazzjoni huma emendati kif stabbilit fil-format UN/Cefact P 1000-7: L-ispeċifikazzjonijiet tad-dominju tal-Pożizzjoni tal-Bastiment ippubblikati fil-paġna tar-Reġistru tad-Dejta Ewlenija fuq is-sit web dwar is-Sajd tal-Kummissjoni Ewropea.
2. Mill-1 ta' Lulju 2018, is-sistemi tal-Istat Membru tal-bandiera għandhom ikunu kapaċi jwieġbu għal talbiet għad-dejta tas-sistema tal-monitoraġġ tal-bastimenti kif imsemmi fl-Artikolu 146f(3) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 404/2011 billi jużaw il-format emendat skont il-Paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.”
Artikolu 2
Destinatarji
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, it-2 ta' Frar 2017.
Għall-Kummissjoni
Karmenu VELLA
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.;
(2) ĠU L 112, 30.4.2011, p. 1.;
(3) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1138 tal-11 ta' Lulju 2016 li temenda l-formati bbażati fuq l-istandard tal-UN/Cefact għall-iskambju ta' informazzjoni dwar is-sajd (ĠU L 188, 13.7.2016, p. 26).