14.1.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 11/1080 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2017/38
tat-28 ta' Ottubru 2016
dwar l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim Ekonomiku u Kummerċjali Komprensiv (CETA) bejn il-Kanada, minn naħa waħda, u l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l- Artikolu 43(2), l-Artikolu 91, l-Artikolu 100(2), l-Artikolu 153(2) u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4), flimkien mal-Artikolu 218(5) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Fl-24 ta' April 2009, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni tiftaħ negozjati għal Ftehim Ekonomiku u Kummerċjali Komprensiv (CETA) mal-Kanada. |
(2) |
Skont id-Deċiżjoni (UE) 2017/37 (1), il-Ftehim Ekonomiku u Kummerċjali Komprensiv (CETA) bejn il-Kanada, minn naħa waħda, u l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra (2), (il-“Ftehim”) ġie ffirmat fit-30 ta' Ottubru 2016. |
(3) |
L-Artikolu 30.7(3) tal-Ftehim jipprevedi l-possibbiltà li l-Ftehim jiġi applikat b'mod provviżorju. |
(4) |
Partijiet mill-Ftehim li jaqgħu fil-kompetenza tal-Unjoni jistgħu jiġu applikati fuq bażi provviżorja, sakemm jitlestew il-proċeduri għall-konklużjoni tiegħu. |
(5) |
Skont l-Artikolu 218(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, huwa xieraq li l-Kunsill jawtorizza lill-Kummissjoni biex tapprova l-modifiki għall-Anness 20-A tal-Ftehim li jridu jiġu adottati mill-Kumitat Konġunt tas-CETA, kif stipulat fl-Artikolu 26.1 tal-Ftehim, fuq rakkomandazzjoni tal-Kumitat tas-CETA dwar l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi skont l-Artikolu 20.22 tal-Ftehim. |
(6) |
Skont l-Artikolu 30.6(1) tal-Ftehim, il-Ftehim ma jagħti l-ebda dritt jew obbligu li jista' jiġi invokat direttament quddiem il-qrati jew it-tribunali tal-Unjoni jew tal-Istati Membri, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. Il-Ftehim Ekonomiku u Kummerċjali Komprensiv (CETA) bejn il-Kanada, minn naħa waħda, u l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha min-naħa l-oħra (il-“Ftehim”), għandu jiġi applikat fuq bażi provviżorja mill-Unjoni kif previst fl-Artikolu 30.7(3) tiegħu, sakemm jitlestew il-proċeduri għall-konklużjoni tiegħu, u soġġett għall-punti li ġejjin:
(a) |
id-dispożizzjonijiet li ġejjin biss tal-Kapitolu Tmienja tal-Ftehim (Investiment) għandhom jiġu applikati b'mod provviżorju, u biss f'dak li jirrigwarda l-investiment barrani dirett:
|
(b) |
id-dispożizzjonijiet li ġejjin tal-Kapitolu Tlettax tal-Ftehim (Servizzi Finanzjarji) ma għandhomx jiġu applikati b'mod provviżorju fejn dawn jikkonċernaw investimenti ta' portafoll, il-protezzjoni tal-investimenti jew is-soluzzjoni ta' tilwim dwar investimenti bejn l-investituri u l-Istati:
|
(c) |
id-dispożizzjonijiet li ġejjin tal-Ftehim ma għandhomx jiġu applikati b'mod provviżorju:
|
(d) |
l-applikazzjoni provviżorja tal-Kapitoli 22, 23 u 24 tal-Ftehim għandha tirrispetta l-allokazzjoni tal-kompetenzi bejn l-Unjoni u l-Istati Membri. |
2. Sabiex jiddetermina d-data tal-applikazzjoni provviżorja l-Kunsill għandu jiffissa d-data sa liema n-notifika msemmija fl-Artikolu 30.7(3) tal-Ftehim għandha tintbagħat lejn il-Kanada.
3. Id-data minn meta l-Ftehim ser jiġi applikat provviżorjament ser tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.
Artikolu 2
Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 20.22 tal-Ftehim, modifiki fl-Anness 20-A tal-Ftehim permezz ta' deċiżjonijiet tal-Kumitat Konġunt tas-CETA għandhom jiġu approvati mill-Kummissjoni f'isem l-Unjoni.
Jekk tasal oppożizzjoni fil-qafas tal-eżami ta' indikazzjonijiet ġeografiċi mwettaq skont il-paragrafu 1 tal-Artikolu 20.19 tal-Ftehim, u ma jkun jista' jintlaħaq l-ebda qbil bejn il-partijiet interessati, il-Kummissjoni għandha tadotta l-pożizzjoni tagħha skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 57(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3).
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta' Ottubru 2016.
Għall-Kunsill
Il-President
M. LAJČÁK
(1) Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/37 tat-28 ta' Ottubru 2016 dwar l-iffirmar f'isem l-Unjoni Ewropea tal-Ftehim Ekonomiku u Kummerċjali Komprensiv (CETA) bejn il-Kanada, minn naħa waħda, u l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra (Ara paġna 1 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).
(2) Ara paġna 23 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.
(3) Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1).