6.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 3/34


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/10

tal-5 ta' Jannar 2017

li temenda id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/328/UE u d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2012/807/UE li jistabbilixxu programmi speċifiċi ta' kontroll u ta' spezzjoni għal ċertu sajd demersali u pelaġiku fl-Ilmijiet tal-Unjoni tal-Baħar tat-Tramuntana tad-Diviżjoni tal-ICES IIa

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006, (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 95 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/328/UE (2) li tistabbilixxi programm speċifiku ta' kontroll u spezzjoni għas-sajd li jisfrutta l-istokkijiet tal-bakkaljaw, tal-barbun tat-tbajja' u tal-lingwata fil-Kattegat, fil-Baħar tat-Tramuntana, fi Skagerrak, fil-Kanal tal-Lvant, fl-ilmijiet fil-punent tal-Iskozja u fil-Baħar Irlandiż.

(2)

Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) jistabbilixxi obbligu ta' ħatt l-art għal ċertu sajd pelaġiku u demersali sabiex jitnaqqsu l-livelli għolja preżenti ta' qabdiet mhux mixtieqa u biex, gradwalment, jiġi eliminat ir-rimi tal-ħut. Id-dettalji dwar l-obbligu tal-ħatt huma stabbiliti fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1395/2014 (4) u r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2440 (5). Il-konformità mal-obbligu tal-ħatt l-art trid tiġi kkontrollata u spezzjonata.

(3)

Flimkien mas-sajd tal-lingwata, tal-barbun tat-tbajja' u tal-bakkaljaw fil-Baħar tat-Tramuntana kopert bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/328/UE, li għandhom jibqgħu jiġu koperti minn programm speċifiku ta' kontroll u spezzjoni, is-sajd definit fl-anness tal-pjanijiet ta' rimi msemmija fir-Regolament ta' Delega (UE) Nru 1395/2014 u r-Regolament ta' Delega (UE) 2015/2440 għandhom jiġu inklużi wkoll fil-programm ta' kontroll u spezzjoni speċifiku biex l-Istati Membri kkonċernati jkunu jistgħu jwettqu spezzjonijiet u attivitajiet ta' sorveljanza konġunti b'mod effiċjenti u effettiv.

(4)

Abbażi tar-riżultati tal-valutazzjoni tar-riskju tal-Istati Membri mwettqa fir-rigward ta' kull wieħed mis-sajd kopert mill-pjan għar-rimi, il-punti ta' riferiment ġenerali għall-ispezzjonijiet stipulati mill-programm ta' spezzjoni u kontroll speċifiku preżenti għandhom jiġu implimentati mill-Istati Membri.

(5)

Sabiex tqis l-karatteristiċi speċifiċi reġjonali u l-ħtieġa li tiġi armonizzata u tiżdied l-effettività tal-kontroll u l-proċeduri ta' spezzjoni, il-programm speċifiku ta' kontroll u spezzjoni jkopri l-Baħar tat-Tramuntana kif definit fir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 (iż-żona IIIa tal-ICES, jiġifieri inklużi il-Kattegat u l-Iskagerrak u ż-żona IV tal-ICES), kif ukoll l-ilmijiet tal-Unjoni tad-Diviżjoni IIa tal-ICES,

(6)

Dan il-programm speċifiku ta' kontroll u spezzjoni jkopri ċerti speċijiet demersali u s-sajd fl-ilmijiet tal-Unjoni tal-Baħar tat-Tramuntana tad-Diviżjoni IIa tal-ICES, u ċertu sajd pelaġiku fl-ilmijiet tal-Unjoni tal-Baħar tat-Tramuntana (iż-żona IIIa u IV tal-ICES) u fl-ilmijiet tal-Unjoni tad-Diviżjoni IIa tal-ICES. Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/807/UE, (6) kif emendata bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1944, (7) tistabbilixxi programm speċifiku ta' kontroll u ta' spezzjoni għas-sajd pelaġiku fl-Ilmijiet tal-Punent tal-Grigal tal-Atlantiku u fil-Parti ta' Fuq tal-Baħar tat-Tramuntana (iż-Żona IVa tal-ICES). Għaldaqstant jixraq li l-kamp ta' applikazzjoni tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2012/807/UE jiġi allineat mad-Deċiżjoni preżenti.

(7)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 850/98 (8) u b'mod partikulari t-Titolu IIIa tiegħu jistabbilixxi miżuri għat-tnaqqis tar-rimi. Il-programm speċifiku ta' kontroll u ta' spezzjoni għandu jiżgura l-konformità mal-projbizzjoni ta' selezzjoni kwalitattiva fejn jogħla l-prezz, mad-dispożizzjonijiet dwar l-ispustament tal-bastimenti biex imorru jistadu xi mkien ieħor u mal-projbizzjoni li l-ħut jitħalla jaħrab.

(8)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni jikkonformaw mal-opinjoni tal-Kumitat għas-Sajd u l-Akkwakultura,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Emendi fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/328/UE

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/328/UE hija emendata kif ġej:

(1)

It-Titolu huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta' Ġunju 2013 li tistabbilixxi programm speċifiku ta' kontroll u spezzjoni għal ċerti speċijiet demersali u pelaġiċi fl-Ilmijiet tal-Unjoni l-Baħar tat-Tramuntana u fl-ilmijiet tal-Unjoni tad-Diviżjoni IIa tal-ICES.”

(2)

L-Artikolu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 1

Suġġett

Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi programm uniku speċifiku ta' kontroll u spezzjoni applikabbli għas-sajd li jisfrutta l-bakkaljaw, il-lingwata, il-barbun tat-tbajja' fl-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni tal-ICES IIIa u IV, u ċertu sajd li jisfrutta l-kavalli, l-aringa, is-sawrell, l-istokkafixx, l-arġentina, il-laċċa kaħla; Is-sallura tar-ramel, u l-merluzz tan-Norveġja; il-bakkaljaw, il-merluzz tal-linja sewda, il-merlangu, il-pollakkju iswed, l-awwista tan-Norveġja, il-lingwata komuni, il-barbun tat-tbajja', il-merluzz, il-gamblu tat-Tramuntana, fl-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni tal-ICES IIIa u IV u fl-ilmijiet tal-Unjoni tad-Diviżjoni tal-ICES Iia (“Iż-żoni konċernati”)”.

(3)

Fl-Artikolu 2, jiddaħħal il-paragrafu 1a li ġej:

“1a.   Il-programm speċifiku ta' kontroll u spezzjoni japplika għal:

(a)

is-sajd definit fl-Anness tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1395/2014 (*1);

(b)

is-sajd definit fl-Anness tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2440 (*2);

(c)

il-ħażniet koperti bir-Regolamenti (KE) Nru 1342/2008 u (KE) Nru 676/2007.

(*1)  Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1395/2014 tal-20 ta' Ottubru 2014 li jistabbilixxi pjan għall-iskartar tal-ħut għal ċertu sajd ta' ħut pelaġiku żgħir u ċertu sajd għal skopijiet industrijali fil-Baħar tat-Tramuntana (ĠU L 370, 30.12.2014, p. 35)."

(*2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2440 tat-22 ta' Ottubru 2015 li jistabbilixxi pjan ta' skartar għal ċertu sajd demersali fil-Baħar tat-Tramuntana u fl-ilmijiet tal-Unjoni tad-Diviżjoni IIa tal-ICES (ĠU L 336, 23.12.2015, p. 42).” "

(4)

L-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 jeħodlu postu dan li ġej:

“1.   Il-programm speċifiku ta' kontroll u spezzjoni għandu jiżgura l-implimentazzjoni uniformi u effettiva tal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' kontroll applikabbli għall-istokkijiet imsemmija fl-Artikolu 2(1a)”;

(b)

Fil-paragrafu 2, il-punt (c) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(c)

l-obbligu ta' ħatt l-art tal-qabdiet kollha ta' speċi li huma soġġetti għal obbligu ta' ħatt l-art skont ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*3), u l-miżuri biex jitnaqqas ir-rimi tal-ħut previst fit-Titolu IIIa tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 850/98 (*4);

(*3)  Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22)"

(*4)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 850/98 tat-30 ta' Marzu 1998 dwar il-konservazzjoni ta' riżorsi tas-sajd permezz ta' miżuri tekniċi għall-protezzjoni ta' żgħar ta' organiżmi tal-baħar (ĠU L 125, 27.4.1998, p. 1);” "

(5)

Fl-Artikolu 4, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“2.   Kull bastiment tas-sajd, grupp ta' bastimenti tas-sajd, kategorija tal-irkaptu tas-sajd, operatur, u/jew attività relatata mas-sajd, għal kull stokk imsemmi fl-Artikolu 2(1a), għandu jkun soġġett għal kontroll u għal spezzjonijiet skont il-livell ta' prijorità attribwita skont il-paragrafu 3.”

(6)

L-Artikolu 5 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 5

Il-proċeduri tal-valutazzjoni tar-riskju

1.   L-Istati Membri kkonċernati għandhom jivvalutaw ir-riskji fir-rigward tal-istokkijiet u ż-żona/i elenkati fl-Artikolu 1 skont il-metodoloġija stabbilita b'kooperazzjoni mal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd (EFCA).

2.   Il-metodoloġija tal-valutazzjoni tar-riskji msemmija fil-paragrafu 1 għandha tipprevedi li l-Istat Membru kkonċernat:

(a)

jikkunsidra, abbażi tal-esperjenza tal-passat u bl-użu tal-informazzjoni kollha disponibbli u rilevanti, sa fejn huwa probabbli li jseħħ nuqqas ta' konformità kif ukoll, li kieku dan kellu jiġri, il-konsegwenza(i) potenzjali;

(b)

jistabbilixxi l-livell ta' riskju — skont is-sajd u l-istokkijiet, iż-żona koperta, iż-żmien tas-sena — abbażi tal-okkorrenza (frekwenti, medja, rari, mhux) u l-konsegwenzi potenzjali (serji, sinifikanti, aċċettabbli jew marġinali). Il-livell ta' riskju stmat għandu jiġi espress bħala “baxx ħafna”, “baxx”, “medju”, “għoli” jew “għoli ħafna”.

3.   L-Istati Membri kkonċernati għandhom jistabbilixxu u jaġġornaw ta' sikwit lista tal-bastimenti tagħhom li tindika, tal-anqas il-bastimenti b'riskju għoli u għoli ħafna. Il-lista aġġornata ta' bastimenti gradati skont ir-riskji għandha tintuża waqt il-kampanji ta' pjan tal-użu konġunt rilevanti.

4.   F'każ fejn bastiment tas-sajd li jtajjar il-bandiera ta' Stat Membru li mhux Stat Membru kkonċernat, jew bastiment tas-sajd ta' pajjiż terz, jopera fiż-żona(i) imsemmija fl-Artikolu 1, għandu jingħata livell ta' riskju b'konformità mal-paragrafu 2. Fin-nuqqas ta' informazzjoni u sakemm l-awtoritajiet tal-bandiera tiegħu ma jagħtux, fil-qafas tal-Artikolu 9, ir-riżultati tal-valutazzjoni tar-riskju tagħhom b'konformità mal-Artikolu 4(2) u l-paragrafu 3 li jwassal għal livell tar-riskju differenti, għandu jitqies bħala bastiment tas-sajd b'livell tar-riskju “għoli ħafna”.”

(7)

L-Artikolu 7(1) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“1.   Fil-qafas ta' pjan ta' użu konġunt, fejn applikabbli, kull Stat Membru konċernat għandu jikkomunika lill-EFCA r-riżultati tal-valutazzjoni tar-riskju tiegħu mwettqa skont l-Artikolu 5(2) u, b'mod partikolari, lista ta' livelli tar-riskju stmati flimkien ma' miri korrispondenti għall-ispezzjoni.”

(8)

L-Artikolu 8 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“1.   Għall-istokkijiet imsemmija fl-Artikolu 2(1a)(c), il-punti ta' riferiment fil-mira definiti fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 u fl-Artikolu 9(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 (*5), għandhom japplikaw għal bastimenti tas-sajd u/jew operaturi oħra b'livell ta' riskju “għoli” u “għoli ħafna”.

(*5)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 tad-29 ta' Settembru 2008 li jistabbilixxi sistema Komunitarja sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat, li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1936/2001 u (KE) Nru 601/2004 u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 1093/94 u (KE) Nru 1447/1999 (ĠU L 286, 29.10.2008, p. 1)” "

(b)

il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“2.   Għas-sajd imsemmi fl-Artikolu 2(1a)(a) u (b), il-punti ta' riferiment mira definiti fl-Anness II għandhom japplikaw għal bastimenti tas-sajd u/jew operaturi oħra b'livell ta' riskju “għoli” u “għoli ħafna”.”

(9)

L-Anness I jitħassar.

(10)

L-Anness II jeħodlu postu t-test tal-Anness I ta' din id-Deċiżjoni.

(11)

L-Anness IV jeħodlu psotu t-test tal-Anness II ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Emendi fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2012/807/UE

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2012/807/UE hija emendata kif ġej:

(1)

It-Titolu huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta' Diċembru 2012 li tistabbilixxi programm speċifiku ta' kontroll u spezzjoni għas-sajd pelaġiku fl-Ilmijiet tal-Punent tal-Grigal tal-Atlantiku”

(2)

L-Artikolu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 1

Suġġett

Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi programm speċifiku ta' kontroll u spezzjoni applikabbli għall-istokkijiet tal-kavalli, tal-aringi, tas-sawrell, tal-istokkafixx, tal-minfaħ, tal-inċova, tal-arġentina silus, tas-sardin u tal-laċċ ikħal fl-ilmijiet tal-UE tas-sottożoni V, VI, VII, VIII u IX tal-ICES u fl-ilmijiet tal-UE tas-CECAF 34.1.11 (minn hawn 'il quddiem imsejħa l-“Ilmijiet tal-Punent”)”.

(3)

Fl-Artikolu 3(2), il-punt (b) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(b)

l-obbligi ta' rappurtar applikabbli għal attivitajiet tas-sajd fl-Ilmijiet tal-Punent, b'mod partikolari l-affidabbiltà tal-informazzjoni rreġistrata u rrappurtata;”

(4)

L-Artikolu 5 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 5

Il-proċeduri tal-valutazzjoni tar-riskju

1.   L-Istati Membri kkonċernati għandhom jivvalutaw ir-riskji fir-rigward tal-istokkijiet u ż-żona/i elenkati fl-Artikolu 1 skont il-metodoloġija stabbilita f'kooperazzjoni mal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd (EFCA).

2.   Il-metodoloġija tal-valutazzjoni tar-riskji msemmija fil-paragrafu 1 għandha tipprevedi li l-Istat Membru kkonċernat:

(a)

jikkunsidra, abbażi tal-esperjenza tal-passat u bl-użu tal-informazzjoni kollha disponibbli u rilevanti, sa fejn huwa probabbli li jseħħ nuqqas ta' konformità kif ukoll, li kieku dan kellu jiġri, il-konsegwenza(i) potenzjali;

(b)

jistabbilixxi l-livell ta' riskju — skont is-sajd u l-istokkijiet, iż-żona koperta, iż-żmien tas-sena — abbażi tal-okkorrenza (frekwenti, medja, rari, mhux) u l-konsegwenzi potenzjali (serji, sinifikanti, aċċettabbli jew marġinali). Il-livell ta' riskju stmat għandu jiġi espress bħala “baxx ħafna”, “baxx”, “medju”, “għoli” jew “għoli ħafna”.

3.   L-Istati Membri kkonċernati għandhom jistabbilixxu u jaġġornaw ta' sikwit lista tal-bastimenti tagħhom li tindika, tal-anqas il-bastimenti b'riskju għoli u għoli ħafna. Il-lista aġġornata ta' bastimenti gradati skont ir-riskji għandha tintuża waqt il-kampanji ta' pjan tal-użu konġunt rilevanti.

4.   F'każ fejn bastiment tas-sajd li jtajjar il-bandiera ta' Stat Membru li mhux Stat Membru kkonċernat, jew bastiment tas-sajd ta' pajjiż terz, jopera fiż-żona(i) imsemmija fl-Artikolu 1, għandu jingħata livell ta' riskju b'konformità mal-paragrafu 2. Fin-nuqqas ta' informazzjoni u sakemm l-awtoritajiet tal-bandiera tiegħu ma jagħtux, fil-qafas tal-Artikolu 9, ir-riżultati tal-valutazzjoni tar-riskju tagħhom b'konformità mal-Artikolu 4(2) u l-paragrafu 3 li jwassal għal livell tar-riskju differenti, għandu jitqies bħala bastiment tas-sajd b'livell tar-riskju “għoli ħafna”.”

(5)

L-Artikolu 7(1) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“1.   Fil-qafas ta' pjan ta' użu konġunt, fejn applikabbli, kull Stat Membru konċernat għandu jikkomunika lill-EFCA r-riżultati tal-valutazzjoni tar-riskju tiegħu mwettqa skont l-Artikolu 5(2) u, b'mod partikolari, lista ta' livelli tar-riskju stmati flimkien ma' miri korrispondenti għall-ispezzjoni.”

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2017.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Jannar 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/328/UE tal-25 ta' Ġunju 2013 li tistabbilixxi programm speċifiku ta' kontroll u spezzjoni għas-sajd li jisfrutta l-bakkaljaw, il-barbun tat-tbajja' u l-lingwata fil-Kattegat, fil-Baħar tat-Tramuntana, fi Skagerrak, fil-Kanal tal-Lvant, fl-ilmijiet fil-punent tal-Iskozja u fil-Baħar Irlandiż (ĠU L 175, 27.6.2013, p. 61).

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22).

(4)  Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1395/2014 tal-20 ta' Ottubru 2014 li jistabbilixxi pjan għall-iskartar tal-ħut għal ċertu sajd ta' ħut pelaġiku żgħir u ċertu sajd għal skopijiet industrijali fil-Baħar tat-Tramuntana (ĠU L 370, 30.12.2014, p. 35).

(5)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2440 tat-22 ta' Ottubru 2015 li jistabbilixxi pjan ta' skartar għal ċertu sajd demersali fil-Baħar tat-Tramuntana u fl-ilmijiet tal-Unjoni tad-Diviżjoni IIa tal-ICES (ĠU L 336, 23.12.2015, p. 42).

(6)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/807/UE tad-19 ta' Diċembru 2012 li tistabbilixxi programm speċifiku ta' kontroll u spezzjoni għas-sajd pelaġiku fl-Ilmijiet tal-Punent tal-Grigal tal-Atlantiku (ĠU L 350, 20.12.2012, p. 99).

(7)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1944 tat-28 ta' Ottubru 2015 li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2012/807/UE li tistabbilixxi programm speċifiku ta' kontroll u spezzjoni għas-sajd pelaġiku fl-Ilmijiet tal-Punent tal-Grigal tal-Atlantiku (ĠU L 283, 29.10.2015, p. 13).

(8)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 850/98 tat-30 ta' Marzu 1998 dwar il-konservazzjoni ta' riżorsi tas-sajd permezz ta' miżuri tekniċi għall-protezzjoni ta' żgħar ta' organiżmi tal-baħar (ĠU L 125, 27.4.1998, p. 1).


ANNESS I

“ANNESS II

PUNTI TA' RIFERIMENT MIRA GĦALL-ISPEĊIJIET DEMERSALI

1.   Il-livell ta' spezzjonijiet fuq il-baħar (inkluża s-sorveljanza mill-ajru, fejn applikabbli)

Fuq bażi annwali, il-punti ta' riferiment mira li ġejjin (1) għandhom jintlaħqu għal spezzjonijiet fuq il-baħar tal-bastimenti tas-sajd u l-istokkijiet involuti bis-sajd imsemmi fl-Artikolu 2(1a)(a) u (b), fil-każ li l-ispezzjonijiet fuq il-baħar huma rilevanti b'rabta mal-fażi fil-katina tas-sajd u jagħmlu parti mill-istrateġija tal-ġestjoni tar-riskju:

Il-punti ta' riferiment għal kull sena (*1)

Il-livell tar-riskju stmat għall-bastimenti tas-sajd skont l-Artikolu 5(2)

Għoli

għoli ħafna

Sajd

Spezzjoni fuq il-baħar ta' mill-inqas 2,5 % tal-vjaġġi tas-sajd minn bastimenti tas-sajd b'livell ta' “riskju għoli” li għandhom fil-mira s-sajd ikkonċernat

Spezzjoni fuq il-baħar ta' mill-inqas 5 % tal-vjaġġi tas-sajd minn bastimenti tas-sajd b'livell ta' “riskju għoli” li għandhom fil-mira s-sajd ikkonċernat

2.   Il-livell ta' spezzjonijiet fuq l-art (inklużi kontrolli u spezzjonijiet ibbażati fuq id-dokumenti fil-portijiet jew mal-ewwel bejgħ)

Fuq bażi annwali, il-punti ta' riferiment mira li ġejjin (2) għandhom jintlaħqu għal spezzjonijiet fuq l-art (inkluż kontrolli u spezzjonijiet ibbażati fuq id-dokumenti fil-portijiet jew mal-ewwel bejgħ) ta' bastimenti tas-sajd u ta' operaturi oħra involuti fis-sajd u fl-istokkijiet imsemmija fl-Artikolu 2(1a) (b) u (c), fil-każ li l-ispezzjonijiet fuq l-art huma rilevanti b'rabta mal-fażi fil-katina tas-sajd/tal-kummerċjalizzazzjoni u huma parti mill-istrateġija tal-ġestjoni tar-riskju.

Il-punti ta' riferiment għal kull sena (*2)

Livell ta' riskju għal bastimenti tas-sajd u/jew għal operaturi oħra (l-ewwel xerrej)

għoli

għoli ħafna

Sajd

Spezzjoni fil-port ta' mill-inqas 10 % tal-kwantitajiet totali li jinħattu l-art minn bastimenti tas-sajd b'livell ta' “riskju għoli”

Spezzjoni fil-port ta' mill-inqas 15 % tal-kwantitajiet totali li jinħattu l-art minn bastimenti tas-sajd b'livell ta' “riskju għoli ħafna”

Spezzjonijiet li jsiru wara l-ħatt l-art jew wara t-trażbord għandhom jintużaw, b'mod partikolari, bħala mekkaniżmu ta' kontroverifika biex tiġi vverifikata l-affidabbiltà tal-informazzjoni rreġistrata u rrappurtata għall-qabdiet u għall-ħatt l-art.

PUNTI TA' RIFERIMENT MIRA GĦALL-ISPEĊIJIET PELAĠIĊI

1.   Il-livell ta' spezzjonijiet fuq il-baħar (inkluża s-sorveljanza mill-ajru, fejn applikabbli)

Fuq bażi annwali, il-punti ta' riferiment mira li ġejjin (3) għandhom jintlaħqu għall-ispezzjonijiet fuq il-baħar tal-bastimenti tas-sajd involuti bis-sajd għall-aringa, għall-kavalli, għas-sawrell, għall-istokkafixx, għall-merluzz tan-Norveġja, għal-laċċa kaħla u għas-sallur tar-ramel fis-sajd, imsemmi fl-Artikolu 2(1a)(a), fil-każ li l-ispezzjonijiet fuq il-baħar huma rilevanti b'rabta mal-fażi fil-katina tas-sajd u sakemm jiffurmaw parti mill-istrateġija tal-ġestjoni tar-riskju:

Il-punti ta' riferiment għal kull sena (*3)

Il-livell tar-riskju stmat għall-bastimenti tas-sajd skont l-Artikolu 5(2)

għoli

għoli ħafna

Aringa, kavalli u sawrell

Spezzjoni fuq il-baħar ta' mill-inqas 5 % tal-vjaġġi tas-sajd minn bastimenti tas-sajd b'livell ta' “riskju għoli” li għandhom fil-mira s-sajd ikkonċernat

Spezzjoni fuq il-baħar ta' mill-inqas 7,5 % tal-vjaġġi tas-sajd minn bastimenti tas-sajd b'livell ta' “riskju għoli ħafna” li għandhom fil-mira s-sajd ikkonċernat

Merluzz tan-Norveġja, laċċa kaħla u sallur tar-ramel

Spezzjoni fuq il-baħar ta' mill-inqas 2,5 % tal-vjaġġi tas-sajd minn bastimenti tas-sajd b'livell ta' “riskju għoli” li għandhom fil-mira s-sajd ikkonċernat

Spezzjoni fuq il-baħar ta' mill-inqas 5 % tal-vjaġġi tas-sajd minn bastimenti tas-sajd b'livell ta' “riskju għoli ħafna” li għandhom fil-mira s-sajd ikkonċernat

Stokkafixx

Spezzjoni fuq il-baħar ta' mill-inqas 5 % tal-vjaġġi tas-sajd minn bastimenti tas-sajd b'livell ta' “riskju għoli” li għandhom fil-mira s-sajd ikkonċernat

Spezzjoni fuq il-baħar ta' mill-inqas 7,5 % tal-vjaġġi tas-sajd minn bastimenti tas-sajd b'livell ta' “riskju għoli ħafna” li għandhom fil-mira s-sajd ikkonċernat

2.   Il-livell ta' spezzjonijiet fuq l-art (inklużi kontrolli u spezzjonijiet ibbażati fuq id-dokumenti fil-portijiet jew mal-ewwel bejgħ)

Fuq bażi annwali, il-punti ta' riferiment mira li ġejjin (4) għandhom jintlaħqu għal spezzjonijiet fuq l-art (inkluż kontrolli u spezzjonijiet ibbażati fuq id-dokumenti fil-portijiet jew mal-ewwel bejgħ) ta' bastimenti tas-sajd u ta' operaturi oħra involuti fis-sajd għall-aringa, għall-kavalli, għas-sawrell, għall-istokkafixx, għall-merluzz tan-Norveġja, għal-laċċa kaħla u għas-sallur tar-ramel fis-sajd, imsemmi fl-Artikolu 2(1a)(a), fil-każ li l-ispezzjonijiet fuq l-art huma rilevanti b'rabta mal-fażi fil-katina tas-sajd/tal-kummerċjalizzazzjoni u huma parti mill-istrateġija tal-ġestjoni tar-riskju.

Il-punti ta' riferiment għal kull sena (*4)

Livell ta' riskju għal bastimenti tas-sajd u/jew għal operaturi oħra (l-ewwel xerrej)

għoli

għoli ħafna

Aringa, kavalli u sawrell

Spezzjoni fil-port ta' mill-inqas 5 % tal-kwantitajiet totali li jinħattu l-art minn bastimenti tas-sajd b'livell ta' “riskju għoli”

Spezzjoni fil-port ta' mill-inqas 7,5 % tal-kwantitajiet totali li jinħattu l-art minn bastimenti tas-sajd b'livell ta' “riskju għoli ħafna”

Merluzz tan-Norveġja, laċċa kaħla u sallur tar-ramel

Spezzjoni fil-port ta' mill-inqas 2,5 % tal-kwantitajiet totali li jinħattu l-art minn bastimenti tas-sajd b'livell ta' “riskju għoli”

Spezzjoni fil-port ta' mill-inqas 5 % tal-kwantitajiet totali li jinħattu l-art minn bastimenti tas-sajd b'livell ta' “riskju għoli ħafna”

Stokkafixx

Spezzjoni fil-port ta' mill-inqas 5 % tal-kwantitajiet totali li jinħattu l-art minn bastimenti tas-sajd b'livell ta' “riskju għoli”

Spezzjoni fil-port ta' mill-inqas 7,5 % tal-kwantitajiet totali li jinħattu l-art minn bastimenti tas-sajd b'livell ta' “riskju għoli ħafna”

Spezzjonijiet li jsiru wara l-ħatt l-art jew wara t-trażbord għandhom jintużaw, b'mod partikolari, bħala mekkaniżmu ta' kontroverifika biex tiġi vverifikata l-affidabbiltà tal-informazzjoni rreġistrata u rrappurtata għall-qabdiet u għall-ħatt l-art.”


(1)  Għall-bastimenti li jdumu inqas minn 24 siegħa fuq il-baħar f'kull vjaġġ tas-sajd, u skont l-istrateġija tal-ġestjoni tar-riskju, il-punti ta' riferiment mira jistgħu jitnaqqsu bin-nofs.

(*1)  espress f'% ta' vjaġġi tas-sajd fiż-żona li jagħmlu bastimenti tas-sajd li għandhom riskju għoli/għoli ħafna fis-sena

(2)  Għall-bastimenti li jħottu l-art inqas minn 10 tunnellati f'kull azzjoni tal-ħatt l-art, u skont l-istrateġija tal-ġestjoni tar-riskju, il-punti ta' riferiment mira jistgħu jitnaqqsu bin-nofs.

(*2)  espressi f'% tal-kwantitajiet li jinħattu l-art minn bastimenti tas-sajd b'riskju għoli/għoli ħafna/għal kull sena

(3)  Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 1.

(*3)  espress bħala % ta' vjaġġi tas-sajd fiż-żona (meta jsir sajd bi rkaptu bil-malji tax-xbieki fejn l-ispeċi tkun waħda fil-mira) minn bastimenti tas-sajd b'riskju għoli/għoli ħafna/għal kull sena.

(4)  Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 2.

(*4)  espressi f'% tal-kwantitajiet li jinħattu l-art minn bastimenti tas-sajd b'riskju għoli/għoli ħafna/għal kull sena.


ANNESS II

“ANNESS IV

KONTENUT TAR-RAPPORTI TA' EVALWAZZJONI

I.   Dejta dwar l-attivitajiet ta' kontroll, spezzjoni u infurzar imwettqa minn [l-Istat Membru kkonċernat] fuq il-baħar u fuq l-art

Tabella 1

Analiżi ta' attivitajiet ta' spezzjoni fuq il-baħar

Jiem ta' pattulja

Għadd ta' spezzjonijiet (total/riskju għoli ħafna/riskju għoli)

Għadd ta' ksur serju maqbud (total/riskju għoli ħafna/riskju għoli)

Il-medja tar-rata ta' ksur serju (ksur konfermat/spezzjonijiet)

Rata ta' ksur serju fuq bastimenti b'riskju baxx u medju (ksur/spezzjonijiet)

Rata ta' ksur serju fuq bastimenti b'riskju għoli u għoli ħafna (ksur/spezzjonijiet)

Fornuti

Impenjati

30 (*)

30

100/70/30

4/3/1

4:100 = 4 %

3:70 = 4,3 %

1/30 = 3,3 %


Tabella 2

Analiżi ta' attivitajiet ta' spezzjoni fuq l-art

Spezzjoni persuni/jiem fuq l-art

Għadd ta' spezzjonijiet (total/riskju għoli ħafna/riskju għoli)

Għadd ta' ksur serju maqbud (total/riskju għoli ħafna/riskju għoli)

Il-medja tar-rata ta' ksur serju (ksur konfermat/spezzjonijiet)

Rata ta' ksur serju fuq bastimenti b'riskju baxx u medju (ksur/spezzjonijiet)

Rata ta' ksur serju fuq bastimenti b'riskju għoli u għoli ħafna (ksur/spezzjonijiet)

Fornuti

Impenjati

200 (*1)

200

400/350/50

40/30/10

40:400 = 10 %

30:350 = 8,6 %

10:50 = 20 %

II.   Analiżi ta' punti ta' riferiment mira espressi f'termini ta' livelli ta' konformità mtejba

Jekk l-Istat Membru japplika punti ta' riferiment alternattivi, imsemmija fl-Artikolu 8(3) ta' din id-Deċiżjoni, għandha tiġi rrappurtata din l-informazzjoni.

Tabella 3

Il-kisba ta' livelli ta' konformità mtejba.

Deskrizzjoni tat-taqsima tal-attività ta' theddida/riskju/bastiment

Riskju għoli ħafna/riskju għoli/riskju medju/riskju baxx/riskju baxx ħafna

Livell ta' theddida/riskju fil-bidu tas-sena, espressi f'livelli ta' konformità

Titjib mira fil-livell ta' konformità

Livell ta' theddida/riskju fi tmiem is-sena, espressi f'livelli ta' konformità

Għadd ta' spezzjonijiet

Għadd ta' ksur serju osservat

analiżi ex-post, spjega fil-każ li l-livell mira ta' konformità ma ntlaħaqx

III.   Analiżi ta' attivitajiet oħra ta' spezzjoni u kontroll: it-trażbord, is-sorveljanza mill-ajru, l-importazzjoni/l-esportazzjoni, kif ukoll azzjonijiet oħra bħal sessjonijiet ta' taħriġ jew informazzjoni mfassla biex iħallu impatt fuq il-konformità mill-bastimenti tas-sajd u minn operaturi oħra

IV.   Proposta/i sabiex titjieb l-effettività tal-attivitajiet ta' kontroll, ta' spezzjoni u ta' infurzar imwettqa (għal kull Stat Membru kkonċernat)”


(*1)  It-tieni ringiela fit-tabelli Nru 1 u Nru 2 tagħti eżempju bl-għan li jitħaffef il-mili tat-tabella.