23.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 352/26


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2016/2372

tad-19 ta' Diċembru 2016

li jiffissal-opportunitajiet tas-sajd għall-2017 għal ċerti stokkijiet ta' ħut u gruppi ta' stokkijiet ta' ħut fil-Baħar l-Iswed

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 43(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

L-Artikolu 43(3) tat-Trattat jipprevedi li l-Kunsill, fuq proposta mill-Kummissjoni, għandu jadotta miżuri dwar l-iffissar u l-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd.

(2)

Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) jeżiġi li jiġu adottati miżuri ta' konservazzjoni filwaqt li jittieħed kont tal-pariri xjentifiċi, tekniċi u ekonomiċi disponibbli, inklużi, fejn ikunu rilevanti, rapporti mfassla mill-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (l-STECF).

(3)

Il-Kunsill għandu d-dmir li jadotta miżuri dwar l-iffissar u l-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd skont is-sajd jew il-grupp tas-sajd fil-Baħar l-Iswed, kif opportun, inklużi ċerti kundizzjonijiet li huma funzjonalment marbuta magħhom. Skont l-Artikolu 16(1) u (4) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, l-opportunitajiet tas-sajd għandhom jiġu mqassma fost l-Istati Membri b'tali mod li tiġi żgurata l-istabbiltà relattiva tal-attivitajiet tas-sajd ta' kull Stat Membru għal kull stokk ta' ħut jew żona tas-sajd u skont l-għanijiet tal-Politika Komuni tas-Sajd stabbiliti fl-Artikolu 2(2) tal-istess Regolament.

(4)

Jenħtieġ li l-opportunitajiet tas-sajd jiġu stabbiliti abbażi tal-parir xjentifiku disponibbli, b'kunsiderazzjoni ta' aspetti bijoloġiċi u soċjoekonomiċi filwaqt li jkun żgurat trattament ġust bejn is-setturi tas-sajd, kif ukoll fid-dawl tal-opinjonijiet espressi fil-konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati.

(5)

Għas-sajd tal-laċċa kaħla, l-obbligu ta' ħatt l-art imsemmi fl-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 japplika mill-1 ta' Jannar 2015. L-Artikolu 16(2) ta' dak ir-Regolament jistipula li, meta jiddaħħal l-obbligu ta' ħatt l-art rigward stokk partikolari ta' ħut, l-opportunitajiet tas-sajd iridu jiġu stabbiliti billi tiġi kkunsidrata l-bidla mill-iffissar tal-opportunitajiet tas-sajd li jirriflettu l-ħatt l-art għall-iffissar tal-opportunitajiet tas-sajd li jirriflettu l-qabdiet.

(6)

L-użu tal-opportunitajiet tas-sajd kif stabbiliti f'dan ir-Regolament huwa soġġett għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 (2) u b'mod partikolari għall-Artikoli 33 u 34 ta' dak ir-Regolament, fir-rigward tar-reġistrazzjoni tal-qabdiet u tan-notifika tad-data dwar l-eżawriment tal-opportunitajiet tas-sajd. Għalhekk, jeħtieġ li jiġu speċifikati l-kodiċijiet li l-Istati Membri jridu jużaw meta jibagħtu d-data lill-Kummissjoni dwar il-ħatt l-art tal-istokkijiet soġġetti għal dan ir-Regolament.

(7)

Skont l-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 847/96 (3), iridu jiġu identifikati l-istokkijiet li huma soġġetti għall-miżuri varji msemmija fih.

(8)

Jenħtieġ li l-opportunitajiet tas-sajd jintużaw f'konformità sħiħa mal-liġi applikabbli tal-Unjoni.

(9)

Sabiex tkun evitata l-interruzzjoni tal-attivitajiet tas-sajd u sabiex jiġi żgurat l-għajxien tas-sajjieda tal-Unjoni, huwa importanti li fl-1 ta' Jannar 2017 jinfetħu t-tipi tas-sajd inkwistjoni fil-Baħar l-Iswed. Għal raġunijiet ta' urġenza, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ immedjatament wara l-pubblikazzjoni tiegħu,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

SUĠĠETT, KAMP TA' APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jiffissal-opportunitajiet tas-sajd minn bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li jtajru l-bandiera tal-Bulgarija u tar-Rumanija għas-sena 2017 għal ċerti stokkijiet ta' ħut fil-Baħar l-Iswed:

(a)

Barbun Imperjali (Psetta maxima);

(b)

Laċċa kaħla (Sprattus sprattus).

Artikolu 2

Kamp ta' applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu japplika għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li joperaw fil-Baħar l-Iswed.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“GFCM” tfisser il-Kummissjoni Ġenerali tas-Sajd għall-Mediterran;

(b)

“Il-Baħar l-Iswed” tfisser is-subżona ġeografika 29 kif iddefinita fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1343/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4);

(c)

“bastiment tas-sajd” tfisser kull bastiment mgħammar għall-isfruttament kummerċjali tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar;

(d)

“bastiment tas-sajd tal-Unjoni” tfisser bastiment tas-sajd li jtajjar il-bandiera ta' Stat Membru u rreġistrat fl-Unjoni;

(e)

“stokk” tfisser riżorsa bijoloġika tal-baħar li tinsab f'żona ta' ġestjoni partikolari;

(f)

“kwota awtonoma tal-Unjoni” tfisser limitu tal-qabdiet allokati b'mod awtonomu lil bastimenti tas-sajd tal-Unjoni fin-nuqqas ta' qbil dwar TAC;

(g)

“valutazzjonijiet analitiċi” tfisser evalwazzjoni kwantitattiva tax-xejriet fi stokk partikolari, abbażi ta' datadwar il-bijoloġija u l-isfruttament tal-istokk, li l-analiżi xjentifika tkun indikat li hija data ta' kwalità biżżejjed biex abbażi tagħha jingħata parir xjentifiku dwar l-għażliet għall-qabdiet futuri.

KAPITOLU II

OPPORTUNITAJIET TAS-SAJD

Artikolu 4

Allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd

Il-kwoti awtonomi tal-UE għall-bastimenti tal-Unjoni, l-allokazzjoni ta' tali kwoti fost l-Istati Membri, u l-kundizzjonijiet funzjonalment marbuta magħhom, fejn xieraq, huma stabbiliti fl-Anness.

Artikolu 5

Dispożizzjonijiet speċjali dwar l-allokazzjonijiet

L-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd fost l-Istati Membri kif stipulat f'dan ir-Regolament għandha tkun mingħajr preġudizzju għal:

(a)

skambji magħmula skont l-Artikolu 16(8) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013;

(b)

tnaqqis u riallokazzjonijiet magħmula skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009;

(c)

tnaqqis magħmul skont l-Artikoli 105 u 107 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.

Artikolu 6

Kundizzjonijiet għall-ħatt l-art tal-qabdiet u tal-qabdiet aċċessorji mhux soġġetti għall-obbligu ta' ħatt l-art

Il-qabdiet u l-qabdiet aċċessorji tal-barbun imperjali għandhom jinżammu abbord jew jinħattu l-art biss jekk il-qabdiet isiru minn bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li jtajru l-bandiera ta' Stat Membru li għandu kwota, liema kwota ma tkunx eżawrita.

KAPITOLU III

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 7

Trażmissjoni tad-data

Meta, skont l-Artikoli 33 u 34 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, l-Istati Membri jibagħtu data lill-Kummissjoni relatata mal-ħatt l-art ta' kwantitajiet ta' stokkijiet maqbuda, huma għandhom jużaw il-kodiċijiet tal-istokkijiet stabbiliti fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 8

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2017.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta' Diċembru 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

L. SÓLYMOS


(1)  Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22).

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006 (ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1).

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 847/96 tas-6 ta' Mejju 1996 li jintroduċi kondizzjonijiet addizzjonali għal tmexxija minn sena għal sena tat-TAC u l-kwoti (ĠU L 115, 9.5.1996, p. 3).

(4)  Ir-Regolament (UE) Nru 1343/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Diċembru 2011 dwar ċerti dispożizzjonijiet għas-sajd fiż-żona tal-Ftehim tal-GFCM (il-Kummissjoni Ġenerali tas-Sajd għall-Baħar Mediterran) u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006 dwar miżuri ta' ġestjoni għall-isfruttament sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd fil-Baħar Mediterran (ĠU L 347, 30.12.2011, p. 44).


ANNESS

Opportunitajiet tas-sajd applikabbli għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni

It-tabelli li ġejjin jistabbilixxu l-kwoti (f'tunnellati ta' piż ħaj) skont l-istokk u skont il-kundizzjonijiet funzjonalment marbuta magħhom.

L-istokkijiet ta' ħut huma msemmija skont l-ordni alfabetiku tal-ismijiet tal-ispeċijiet bil-Latin. Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, qed tingħata t-tabella komparattiva li ġejja bl-ismijiet bil-Latin u bl-ismijiet komuni:

Isem xjentifiku

Kodiċi Alfa-3

Isem komuni

Psetta maxima

TUR

Barbun imperjali

Sprattus sprattus

SPR

Laċċa Kaħla


Speċi:

Barbun imperjali

Psetta maxima

Żona:

L-ilmijiet tal-Unjoni fil-Baħar l-Iswed

TUR/F37.4.2.C

Il-Bulgarija

43,2

 

 

Ir-Rumanija

43,2

 

 

 

 (*1)

 

 

L-Unjoni

86,4

 

 

TAC

Mhux rilevanti/Mhux miftiehma

 

Parir analitiku tal-istokk

L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika

L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika


Speċi:

Laċċa Kaħla

Sprattus sprattus

Żona:

L-ilmijiet tal-Unjoni fil-Baħar l-Iswed

SPR/F37.4.2.C

Il-Bulgarija

8 032,5

 

 

Ir-Rumanija

3 442,5

 

 

L-Unjoni

11 475

 

 

TAC

Mhux rilevanti/Mhux miftiehma

 

Parir analitiku tal-istokk

L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika

L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika


(*1)  L-ebda attività tas-sajd inkluż it-trażbord, it-teħid abbord, il-ħatt l-art u l-ewwel bejgħ mhi permessa mill-15 ta' April sal-15 ta' Ġunju 2017.