20.12.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 345/39 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/2306
tad-19 ta' Diċembru 2016
li jiffissa l-koeffiċjent tal-allokazzjoni li għandu jiġi applikat għall-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni mressqin mill-1 sas-7 ta' Diċembru 2016 u li jistipula l-kwantitajiet li għandhom jiżdiedu mal-kwantità ffissata għas-subperjodu mill-1 ta' April sat-30 ta' Ġunju 2017 fil-qafas tal-kwoti tariffarji miftuħin bir-Regolament (KE) Nru 533/2007 fis-settur tal-laħam tat-tjur
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 188 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 533/2007 (2) fetaħ kwoti tariffarji annwali għall-importazzjoni ta' prodotti tas-settur tal-laħam tat-tjur. |
(2) |
Il-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni mressqin mill-1 sas-7 ta' Diċembru 2016 għas-subperjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Marzu 2017 huma ogħla mill-kwantitajiet disponibbli għal ċerti kwoti. Għaldaqstant, jixraq li jiġi ddeterminat sa liema punt jistgħu jinħarġu l-liċenzji tal-importazzjoni, billi jiġi ffissat il-koeffiċjent tal-allokazzjoni li għandu jiġi applikat għall-kwantitajiet mitlub, ikkalkolat skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 (3). |
(3) |
Il-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni mressqin mill-1 sas-7 ta' Diċembru 2016 għas-subperjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Marzu 2017 huma inqas mill-kwantitajiet disponibbli għal ċerti kwoti. Għaldaqstant, jixraq li jiġu ddeterminati l-kwantitajiet li għalihom ma tressqux applikazzjonijiet, u li dawn jiżdiedu mal-kwantità ffissata għas-subperjodu tal-kwota li jmiss. |
(4) |
Sabiex tiġi ggarantita l-effikaċja tal-miżura, jixraq li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Il-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni mressqin skont ir-Regolament (KE) Nru 533/2007 għas-subperjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Marzu 2017 għandhom jinħarġu skont il-koeffiċjent tal-allokazzjoni li jidher fl-Anness ta' dan ir-Regolament.
2. Il-kwantitajiet li għalihom ma tressqux applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 533/2007, li għandhom jiżdiedu mas-subperjodu mill-1 ta' April sat-30 ta' Ġunju 2017, jidhru fl-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-19 ta' Diċembru 2016.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Jerzy PLEWA
Direttur Ġenerali
Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 533/2007 tal-14 ta' Mejju 2007 li jiftaħ u jamministra kwoti tariffarji fis-settur tal-laħam tat-tjur (ĠU L 125, 15.5.2007, p. 9).
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta' Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni ta' kwoti ta' tariffi fuq l-importazzjoni għal prodotti agrikoli ġestiti b'sistema ta' liċenzji ta' importazzjoni (ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13).
ANNESS
Numru tal-ordni |
Koeffiċjent tal-allokazzjoni — applikazzjonijiet imressqin għas-subperjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Marzu 2017 (f'%) |
Kwantitajiet mhux mitluba li għandhom jiżdiedu mal-kwantitajiet disponibbli għas-subperjodu mill-1 ta' April sat-30 ta' Ġunju 2017 (f'kg) |
09.4067 |
1,396651 |
— |
09.4068 |
— |
2 142 507 |
09.4069 |
0,146909 |
— |
09.4070 |
— |
1 335 750 |