20.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 345/27


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/2304

tad-19 ta' Diċembru 2016

dwar il-modalitajiet, l-istruttura u l-indikaturi tal-frekwenza u tal-valutazzjoni tar-rapporti ta' kwalità tad-dejta trażmessa skont ir-Regolament (UE) Nru 549/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 549/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar is-sistema Ewropea tal-kontijiet nazzjonali u reġjonali fl-Unjoni Ewropea (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 4(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 549/2013 iwaqqaf is-Sistema Ewropea tal-Kontijiet 2010 (“is-SEK 2010”), li tistabbilixxi programm li jistabbilixxi l-limiti taż-żmien sa meta l-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni l-kontijiet u t-tabelli li jridu jiġu kkompilati skont il-metodoloġija stabbilita f'dak ir-Regolament.

(2)

Skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 549/2013, id-dejta koperta minn dak ir-Regolament japplikaw għaliha l-kriterji tal-kwalità stabbiliti fl-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2). L-Istati Membri għandhom jipprovdu rapport lill-Kummissjoni dwar il-kwalità tad-dejta trażmessa dwar il-kontijiet nazzjonali u reġjonali.

(3)

L-Istati Membri ngħataw derogi temporanji skont id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/403/UE (3). Għalhekk, il-kontenut tar-rapporti ta' kwalità li l-Kummissjoni titlob lill-Istati Membri jibagħtulha għandu jiġi adattat skont dawk id-derogi. Ir-rekwiżit li jiġu pprovduti rapporti ta' kwalità għandu jiddaħħal b'mod gradwali sal-2021 sabiex l-Istati Membri jingħataw biżżejjed żmien biex ilestu l-adattamenti l-kbar li huma meħtieġa biex idaħħlu s-SEK 2010 fis-sistemi nazzjonali tal-istatistika tagħhom.

(4)

F'konformità mal-Artikolu 4(3) tar-Regolament (UE) Nru 549/2013 u għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-kriterji tal-kwalità msemmija fl-Artikolu 4(1) ta' dak ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tiddefinixxi, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, il-modalitajiet, l-istruttura u l-indikaturi tal-frekwenza u tal-valutazzjoni tar-rapporti ta' kwalità li l-Istati Membri jridu jipprovdu.

(5)

Minħabba li l-informazzjoni mogħtija fir-rapporti ta' kwalità dwar il-kontijiet nazzjonali u reġjonali għandha tissejjes fuq l-istandards tar-rappurtar dwar il-kwalità tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika li ppubblikat il-Kummissjoni (l-Eurostat), l-Anness ta' dan ir-Regolament għandu jitfassal skont dawk l-istandards. Il-Kummissjoni għandha tuża mill-ġdid l-informazzjoni dwar l-implimentazzjoni tas-SEK 2010 li l-Istati Membri jkunu diġà pprovdew u din l-informazzjoni m'għandhiex tintalab fir-rapporti ta' kwalità.

(6)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-rapport ta' kwalità dwar il-kontijiet nazzjonali u reġjonali msemmi fl-Artikolu 4(2) tar-Regolament (UE) Nru 549/2013 għandu jkopri d-dejta li l-Istati Membri jkunu bagħtu skont il-programm ta' trażmissjoni tas-SEK 2010 kif stabbilit fl-Anness B tar-Regolament (UE) Nru 549/2013 fis-sena ta' qabel ma jsir ir-rapport.

L-Istati Membri għandhom jipprovdu r-rapport ta' kwalità kull sena.

Artikolu 2

Il-modalitajiet, l-istruttura u l-indikaturi tal-valutazzjoni tar-rapporti ta' kwalità dwar il-kontijiet nazzjonali u reġjonali msemmija fl-Artikolu 1 għandhom ikunu dawk stabbiliti fl-Anness.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta' Diċembru 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 174, 21.5.2013, p. 1.

(2)  Ir-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2009 dwar l-Istatistika Ewropea (ĠU L 87, 31.3.2009, p. 164).

(3)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/403/UE tas-26 ta' Ġunju 2014 dwar l-għoti ta' derogi lill-Istati Membri fir-rigward tat-trażmissjoni tal-istatistika skont ir-Regolament (UE) Nru 549/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-sistema Ewropea tal-kontijiet nazzjonali u reġjonali fl-Unjoni Ewropea (ĠU L 195, 2.7.2014, p. 1).


ANNESS

Il-modalitajiet, l-istruttura u l-indikaturi tal-valutazzjoni tar-rapporti ta' kwalità li l-Istati Membri jridu jipprovdu

1.   Daħla

Ir-rapport ta' kwalità dwar il-kontijiet nazzjonali u reġjonali għandu jkun fih kemm indikaturi kwantitattivi kif ukoll deskrizzjonijiet kwalitattivi tal-kwalità tad-dejta li tkun intbagħtet is-sena ta' qabel. Il-Kummissjoni (l-Eurostat) għandha tgħaddi r-riżultati tal-indikaturi kwantitattivi kkalkulati abbażi tad-dejta pprovduta lill-Istati Membri. L-Istati Membri għandhom jinterpretaw dawn ir-riżultati u jikkummentaw dwarhom skont il-metodoloġija ta' kompilazzjoni tagħhom u skont il-proċess tal-produzzjoni tal-istatistika tagħhom.

2.   Il-modalitajiet

Qabel il-15 ta' Frar 2017 u kull sena wara dik id-data, il-Kummissjoni (l-Eurostat) għandha tgħaddi lill-Istati Membri l-abbozzi tad-dokumenti tar-rapporti tal-kwalità bl-indikaturi kwantitattivi kollha tal-valutazzjoni speċifikati fit-Taqsima 4 mimlijin minn qabel.

Kull sena, l-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni (lill-Eurostat) ir-rapport komplut tal-kwalità sa mhux aktar tard mill-31 ta' Mejju.

3.   L-istruttura

Kull Stat Membru għandu jibgħat rapport wieħed tal-kwalità li jkun ikopri t-tabelli kollha tal-programm ta' trażmissjoni tas-SEK 2010 kif stabbilit fl-Anness B tar-Regolament (UE) Nru 549/2013.

Ir-rapporti tal-kwalità għandu jkun fihom informazzjoni dwar il-kriterji kollha tal-kwalità stabbiliti fl-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 223/2009. L-informazzjoni għandha tingħata bl-istruttura li ġejja:

ir-rilevanza;

il-preċiżjoni u l-affidabbiltà;

it-tempestività u l-puntwalità;

l-aċċessibbiltà u ċ-ċarezza;

il-koerenza u l-komparabbiltà.

Il-Kummissjoni għandha tuża mill-ġdid l-informazzjoni dwar l-implimentazzjoni tas-SEK 2010 li l-Istati Membri jkunu diġà pprovdew u din l-informazzjoni m'għandhiex tintalab fir-rapporti ta' kwalità.

4.   L-indikaturi tal-valutazzjoni

4.1.   Indikaturi kwantitattivi

Ir-rapport ta' kwalità għandu jkun fih l-indikaturi kwantitattivi li ġejjin:

Numru

Indikatur

Definizzjoni (*1)

Fattur varjabbli u/jew it-tabella tal-programm ta' trażmissjoni tas-SEK 2010

Perjodu ta' referenza (*1)

Kriterji tal-kwalità

Implimentazzjoni

1.

Ir-rata ta' kompletezza tad-dejta

Il-proporzjon tal-għadd ta' ċelloli tad-dejta li l-Istati Membri pprovdew meta mqabbel mal-għadd ta' ċelloli tad-dejta meħtieġa mill-programm ta' trażmissjoni tas-SEK 2010 li mhumiex koperti mid-derogi

It-tabelli kollha, dejta annwali u ta' kull tliet xhur

Mill-1995 sal-aħħar sena u sal-aħħar perjodu ta' tliet xhur.

Ir-rilevanza

Mill-2017

2.

Ir-rati ta' reviżjoni tad-dejta ta' kull tliet xhur

Ir-rata ta' reviżjoni tal-fatturi varjabbli ewlenin ta' kull tliet xhur bejn l-ewwel u l-aħħar trażmissjoni u r-rata medja ta' reviżjoni fit-trażmissjonijiet ta' wara l-ewwel trażmissjoni

Il-volum tal-prodott domestiku gross aġġustat skont l-istaġun u skont il-kalendarju (it-Tabella 1)

Il-perjodi disponibbli kollha ta' kull tliet xhur tal-aħħar tliet snin

Il-preċiżjoni u l-affidabbiltà

Mill-2019

L-għadd ta' impjiegi totali mogħti f'eluf ta' persuni, aġġustat skont l-istaġun (it-Tabella 1)

Mill-2019

L-introjtu disponibbli gross tal-unitajiet domestiċi u tal-istituzzjonijiet mhux għall-profitt għas-servizz tal-unitajiet domestiċi, mhux aġġustat skont l-istaġun (it-Tabella 801)

Mill-2021

In-nefqa fuq il-konsum finali tal-unitajiet domestiċi u tal-istituzzjonijiet mhux għall-profitt għas-servizz tal-unitajiet domestiċi, mhux aġġustata skont l-istaġun (it-Tabella 801)

Mill-2021

Il-valur miżjud gross tal-korporazzjonijiet mhux finanzjarji, mhux aġġustat skont l-istaġun (it-Tabella 801)

Mill-2021

Il-formazzjoni grossa tal-kapital fiss tal-korporazzjonijiet mhux finanzjarji, mhux aġġustata skont l-istaġun (it-Tabella 801)

Mill-2021

3.

Ir-rati ta' reviżjoni tad-dejta annwali

Ir-rati medji ta' reviżjoni tal-fatturi varjabbli annwali ewlenin fit-trażmissjonijiet ta' wara l-ewwel trażmissjoni

It-Tabella 1:

Il-prodott domestiku gross (fi prezzijiet kurrenti u fil-volumi), il-valur miżjud gross (fi prezzijiet kurrenti)

It-Tabella 1 (fi prezzijiet kurrenti):

Il-kumpens lill-impjegati, is-surplus operatorju gross u l-introjtu mħallat gross

It-Tabella 1 (fi prezzijiet kurrenti):

 

In-nefqa fuq il-konsum finali tal-unitajiet domestiċi u tal-istituzzjonijiet mhux għall-profitt għas-servizz tal-unitajiet domestiċi

 

In-nefqa fuq il-konsum finali tal-gvern

 

Il-formazzjoni grossa tal-kapital fiss

 

L-esportazzjonijiet tal-oġġetti u tas-servizzi

 

L-importazzjonijiet tal-oġġetti u tas-servizzi

It-Tabella 1 (f'eluf ta' persuni):

 

L-għadd ta' impjiegi totali

 

L-impjegati

It-Tabella 2 (fi prezzijiet kurrenti):

 

In-nefqa tal-gvern

 

Id-dħul tal-gvern

It-Tabella 7 (fi prezzijiet kurrenti):

L-obbligazzjonijiet kollha tas-settur finanzjarju (mhux ikkonsolidati)

It-Tabella 7 (fi prezzijiet kurrenti):

 

Id-dejn tal-korporazzjonijiet mhux finanzjarji (ikkonsolidat)

 

Id-dejn tal-unitajiet domestiċi u tal-istituzzjonijiet mhux għall-profitt għas-servizz tal-unitajiet domestiċi (ikkonsolidat)

It-Tabella 10:

 

Il-valur miżjud gross fi prezzijiet kurrenti, l-għadd ta' impjiegi f'għadd ta' persuni (t + 12-il xahar)

 

Il-kumpens lill-impjegati fi prezzijiet kurrenti (t + 24 xahar) (NUTS 2 (1))

It-Tabella 13 (fi prezzijiet kurrenti):

L-introjtu disponibbli nett tal-unitajiet domestiċi (NUTS 2)

L-aħħar ħames snin

Il-preċiżjoni u l-affidabbiltà

Mill-2019

4.

Il-puntwalità — id-dati ta' konsenja

L-ewwel data ta' konsenja u d-data ta' konsenja tad-dejta vvalidata għal kull tabella tal-programm ta' trażmissjoni tas-SEK 2010 għat-trażmissjonijiet kollha li kellhom jintbagħtu fl-aħħar sena

It-tabelli kollha, dejta annwali u ta' kull tliet xhur

L-aħħar sena

It-tempestività u l-puntwalità

Mill-2017

5.

Il-koerenza interna fit-tabelli u bejniethom

Id-differenza assoluta medja u massima li turi kemm l-istatistika hija konsistenti ma' sett tad-dejta partikulari, jiġifieri li l-identitajiet aritmetiċi u tal-kontabbiltà x-xierqa kollha tħarsu u li ma kien hemm l-ebda bidla li m'hemmx spjegazzjoni għaliha u li dawn huma konsistenti mar-regoli tal-integrità

Il-prodott domestiku gross fi prezzijiet kurrenti (dejta annwali u ta' kull tliet xhur):

Fit-Tabella 1 (il-prodott domestiku gross skont l-approċċi tal-produzzjoni, tan-nefqa u tal-introjtu)

Il-valur miżjud gross fi prezzijiet kurrenti (dejta annwali):

Bejn it-Tabella 1 u t-Tabella 3

Il-kumpens lill-impjegati fi prezzijiet kurrenti (dejta annwali):

Bejn it-Tabella 1 u t-Tabella 3

Il-formazzjoni grossa tal-kapital fiss fi prezzijiet kurrenti (dejta annwali):

Bejn it-Tabella 1 u t-Tabella 3 u bejn it-Tabella 1 u t-Tabella 22

L-esportazzjonijiet tal-oġġetti u tas-servizzi fi prezzijiet kurrenti (dejta annwali u ta' kull tliet xhur):

Fit-Tabella 1 (meħudin mill-komponenti tan-nefqa tal-prodott domestiku gross u mit-tqassim iddettaljat tal-esportazzjonijiet)

L-importazzjonijiet tal-oġġetti u tas-servizzi fi prezzijiet kurrenti (dejta annwali u ta' kull tliet xhur):

Fit-Tabella 1 (meħudin mill-komponenti tan-nefqa tal-prodott domestiku gross u mit-tqassim iddettaljat tal-importazzjonijiet)

L-għadd ta' impjiegi totali, l-għadd ta' impjegati u l-għadd ta' ħaddiema li jaħdmu għal rashom (dejta annwali, mogħtija f'eluf ta' persuni):

Bejn it-Tabella 1 u t-Tabella 3

L-aħħar ħames snin

Il-koerenza u l-komparabbiltà

Mill-2017

6.

Il-koerenza bejn id-dejta annwali u l-għadd totali tad-dejta ta' kull tliet xhur

Kemm hija rikonċiljabbli l-istatistika annwali u ta' kull tliet xhur

(Għall-varjabbli kollha ħlief għall-għadd ta' impjiegi, ir-rikonċiljazzjoni tiġi ttestjata bejn id-dejta annwali u l-għadd totali tad-dejta ta' erba' perjodi ta' tliet xhur; għall-għadd ta' impjiegi, din tiġi ttestjata bejn id-dejta annwali u l-medja tad-dejta ta' erba' perjodi ta' tliet xhur;

Il-prodott domestiku gross fi prezzijiet kurrenti, mhux aġġustat skont l-istaġun (it-Tabella 1)

L-għadd ta' impjiegi totali mogħti f'eluf ta' persuni, mhux aġġustat skont l-istaġun (it-Tabella 1)

Is-surplus operatorju gross tas-settur tal-korporazzjonijiet mhux finanzjarji (it-Tabelli 8/801, fi prezzijiet kurrenti)

L-introjtu disponibbli gross tal-unitajiet domestiċi u tal-istituzzjonijiet mhux għall-profitt għas-servizz tal-unitajiet domestiċi (it-Tabelli 8/801, fi prezzijiet kurrenti)

L-aħħar ħames snin

Il-koerenza u l-komparabbiltà

Mill-2017

7.

Il-koerenza — l-ammonti totali u l-għadd totali tal-komponenti

Kemm l-għadd totali tas-sottokomponenti jiġi daqs l-għadd totali

Il-prodott domestiku gross fi prezzijiet kurrenti, mhux aġġustat skont l-istaġun, l-ammont totali u l-għadd totali tal-komponenti tan-nefqa (dejta annwali u ta' kull tliet xhur), it-Tabella 1

Il-valur miżjud gross fi prezzijiet kurrenti, l-ammont totali u t-tqassim tal-livell A*10 tan-NACE Reviżjoni 2 (2) (dejta annwali u ta' kull tliet xhur), it-Tabella 1

L-għadd ta' impjiegi totali mogħti f'eluf ta' persuni, mhux aġġustat skont l-istaġun, l-ammont totali u l-għadd ta' impjegati u l-għadd ta' ħaddiema li jaħdmu għal rashom (dejta annwali u ta' kull tliet xhur), it-Tabella 1

L-għadd ta' impjiegi totali mogħti f'eluf ta' persuni, l-ammont totali u l-għadd ta' tqassim tal-livell A*10 tan-NACE Reviżjoni 2 (dejta annwali), it-Tabella 1

L-aħħar ħames snin

Il-koerenza u l-komparabbiltà

Mill-2017

8.

Il-koerenza — l-aggregati ewlenin u l-kontijiet mhux finanzjarji skont is-settur

Id-differenzi bejn id-dejta tal-aggregati ewlenin u d-dejta korrispondenti fil-kontijiet mhux finanzjarji skont is-settur

Il-prodott domestiku gross fi prezzijiet kurrenti, mhux aġġustat skont l-istaġun (dejta annwali u ta' kull tliet xhur):

Bejn it-Tabella 1 u t-Tabella 8/801

In-nefqa fuq il-konsum finali tal-unitajiet domestiċi u tal-istituzzjonijiet mhux għall-profitt għas-servizz tal-unitajiet domestiċi fi prezzijiet kurrenti, mhux aġġustata skont l-istaġun (dejta annwali u ta' kull tliet xhur):

Bejn it-Tabella 1 u t-Tabella 8/801

Il-formazzjoni grossa tal-kapital fiss fi prezzijiet kurrenti (dejta annwali):

Bejn it-Tabella 1 u t-Tabella 8

Il-kumpens lill-impjegati fi prezzijiet kurrenti (dejta annwali):

Bejn it-Tabella 1 u t-Tabella 8

L-aħħar ħames snin

Il-koerenza u l-komparabbiltà

Mill-2021

9.

Il-koerenza — l-aggregati ewlenin u l-kontijiet reġjonali

Id-differenzi bejn id-dejta tal-aggregati ewlenin u d-dejta korrispondenti fil-kontijiet reġjonali

Il-valur miżjud gross fi prezzijiet kurrenti (dejta annwali):

Bejn l-ammont totali tat-Tabella 1 u l-għadd totali tar-reġjuni tan-NUTS 2 tat-Tabelli 10 u 12

L-għadd ta' impjiegi mogħti f'eluf ta' persuni (dejta annwali):

Bejn l-ammont totali tat-Tabella 1 u l-għadd totali tar-reġjuni tan-NUTS 2 tat-Tabelli 10 u 12

L-aħħar ħames snin

Il-koerenza u l-komparabbiltà

Mill-2021

10.

Il-koerenza — l-aggregati ewlenin u t-tabelli tal-provvista u tal-użu

Id-differenzi bejn id-dejta tal-aggregati ewlenin u d-dejta korrispondenti fit-tabelli tal-provvista u tal-użu

(id-dejta kollha hija mogħtija fi prezzijiet kurrenti u hija dejta annwali)

Il-valur miżjud gross:

Bejn it-Tabella 1 u t-Tabella 16

It-taxxi bis-sussidji fuq il-prodotti mnaqqsin minnhom:

Bejn it-Tabella 1 u t-Tabella 15

In-nefqa fuq il-konsum finali, in-nefqa fuq il-konsum finali tal-unitajiet domestiċi, in-nefqa fuq il-konsum finali tal-amministrazzjoni pubblika u n-nefqa fuq il-konsum finali tal-istituzzjonijiet mhux għall-profitt għas-servizz tal-unitajiet domestiċi:

Bejn it-Tabella 1 u t-Tabella 16

Il-formazzjoni grossa tal-kapital, il-formazzjoni grossa tal-kapital fiss, il-bidliet fl-inventarji u l-akkwiżizzjonijiet nieqes id-disponimenti tal-oġġetti ta' valur:

Bejn it-Tabella 1 u t-Tabella 16

L-esportazzjonijiet tal-oġġetti u tas-servizzi:

Bejn it-Tabella 1 u t-Tabella 16

L-importazzjonijiet tal-oġġetti u tas-servizzi:

Bejn it-Tabella 1 u t-Tabella 15

Il-kumpens lill-impjegati:

Bejn it-Tabella 1 u t-Tabella 16

Is-surplus operatorju gross u l-introjtu mħallat gross:

Bejn it-Tabella 1 u t-Tabella 16

L-aħħar ħames snin

Il-koerenza u l-komparabbiltà

Mill-2021

11.

Il-koerenza — l-aggregati ewlenin u l-istatistika dwar il-finanzi tal-gvern

Id-differenzi bejn id-dejta tal-aggregati ewlenin u d-dejta korrispondenti fl-istatistika dwar il-finanzi tal-gvern

(id-dejta kollha hija mogħtija fi prezzijiet kurrenti)

In-nefqa tal-konsum individwali (dejta annwali):

Bejn it-Tabella 1 u t-Tabella 2

In-nefqa tal-konsum kollettiv (dejta annwali):

Bejn it-Tabella 1 u t-Tabella 2

It-taxxi fuq il-prodotti (dejta annwali):

Bejn it-Tabella 1 u t-Tabella 9

L-aħħar ħames snin

Il-koerenza u l-komparabbiltà

Mill-2021

12.

Il-koerenza — il-kontijiet mhux finanzjarji skont is-settur u l-istatistika dwar il-finanzi tal-gvern

Id-differenzi bejn id-dejta tal-kontijiet mhux finanzjarji skont is-settur u d-dejta korrispondenti fl-istatistika dwar il-finanzi tal-gvern

Is-self nett u t-teħid ta' self nett fis-settur tal-gvern fi prezzijiet kurrenti (dejta annwali):

Bejn it-Tabella 8 u t-Tabella 2

L-aħħar ħames snin

Il-koerenza u l-komparabbiltà

Mill-2021

13.

Il-koerenza — il-kontijiet mhux finanzjarji skont is-settur u l-kontijiet finanzjarji skont is-settur

Id-differenzi bejn id-dejta tal-kontijiet mhux finanzjarji skont is-settur u d-dejta korrispondenti fil-kontijiet finanzjarji skont is-settur

Is-self nett u t-teħid ta' self nett fis-setturi kollha fi prezzijiet kurrenti (dejta annwali):

Bejn it-Tabella 8 u t-Tabella 6

L-aħħar ħames snin

Il-koerenza u l-komparabbiltà

Mill-2019

4.2.   Informazzjoni kwalitattiva

Ir-rapport ta' kwalità għandu jkun fih l-informazzjoni kwalitattiva li ġejja:

Numru

Indikatur

Definizzjoni

Kriterji tal-kwalità

Implimentazzjoni

1.

Il-politika ta' reviżjoni tad-dejta

Metadejta dwar il-politika nazzjonali ta' reviżjoni tad-dejta li jkun fiha:

il-ħoloq għall-metadejta eżistenti ppubblikata fil-livell nazzjonali;

tagħrif fil-qosor dwar ir-reviżjonijiet tal-punti ta' riferiment u/jew dwar ir-reviżjonijiet ewlenin ta' rutina u dwar l-impatt tagħhom fuq il-prodott domestiku gross.

Il-preċiżjoni u l-affidabbiltà

Mill-2017

2.

Id-dokumenti dwar il-metodoloġija

Lista tal-pubblikazzjonijiet nazzjonali dwar is-sorsi tad-dejta użati u dwar il-metodoloġija applikata li jkun fiha t-titli ta' dawk il-pubblikazzjonijiet u l-ħoloq għalihom, jekk dawn ikunu disponibbli

L-aċċessibbiltà u ċ-ċarezza

Mill-2017

3.

It-tul ta' żmien ta' sensiliet temporali komparabbli maż-żmien

Metadejta dwar it-tul ta' żmien ta' sensiliet temporali komparabbli maż-żmien li jkun fiha:

il-ħoloq għall-metadejta eżistenti ppubblikata fil-livell nazzjonali;

tagħrif fil-qosor dwar it-tul ta' żmien ta' sensiliet temporali komparabbli, il-waqfiet f'dawn is-sensiliet temporali u l-ispjegazzjonijiet għal dawn il-waqfiet.

Il-koerenza u l-komparabbiltà

Mill-2021


(*1)  Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, l-indikaturi kwantitattivi jiġu kkalkulati abbażi tal-iktar dejta riċenti tal-Istati Membri ppubblikata fuq is-sit web tal-Eurostat.

(1)  Ir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Mejju 2003 dwar l-istabbiliment ta' klassifikazzjoni komuni ta' unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS) (ĠU L 154, 21.6.2003, p. 1).

(2)  Ir-Regolament Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-klassifikazzjoni tal-istatistika ta' attivitajiet ekonomiċi tan-NACE Reviżjoni 2 u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3037/90 kif ukoll ċerti Regolamenti tal-KE dwar setturi speċifiċi tal-istatistika (ĠU L 393, 30.12.2006, p. 1).