|
16.12.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 342/14 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/2260
tal-15 ta' Diċembru 2016
li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 226/2007, (KE) Nru 1293/2008, (KE) Nru 910/2009, (KE) Nru 911/2009, (UE) Nru 1120/2010, (UE) Nru 212/2011, u r-Regolamenti ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 95/2013 u (UE) Nru 413/2013 rigward l-isem tad-detentur tal-awtorizzazzjoni ta' Pediococcus acidilactici CNCM MA 18/5M u Saccharomyces cerevisiae CNCM I-1077
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 13(3) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Lallemand SAS ippreżentat applikazzjoni skont l-Artikolu 13(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 bil-proposta biex jinbidel l-isem tad-detentur tal-awtorizzazzjonijiet fir-rigward tar-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 226/2007 (2), (KE) Nru 1293/2008 (3), (KE) Nru 910/2009 (4), (KE) Nru 911/2009 (5), (UE) Nru 1120/2010 (6), (UE) Nru 212/2011 (7), u r-Regolamenti ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 95/2013 (8) u (UE) Nru 413/2013 (9). |
|
(2) |
L-applikant jiddikjara li Danstar Ferment AG hija s-sid legali tad-drittijiet għall-kummerċjalizzazzjoni tal-addittivi tal-għalf Pediococcus acidilactici CNCM MA 18/5M u Saccharomyces cerevisiae CNCM I-1077. L-applikant ressaq id-dejta rilevanti li ssostni t-talba tiegħu. |
|
(3) |
Il-bidla proposta tad-detentur tal-awtorizzazzjoni hija ta' natura purament amministrattiva u m'hemmx għalfejn titwettaq valutazzjoni ġdida tal-addittiv ikkonċernat. L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel ġiet mgħarrfa bl-applikazzjoni. |
|
(4) |
Sabiex Danstar Ferment AG tkun tista' tisfrutta d-drittijiet tagħha tal-kummerċjalizzazzjoni, hemm bżonn li jinbidlu t-termini tal-awtorizzazzjoni rispettiva. |
|
(5) |
Ir-Regolamenti (KE) Nru 226/2007, (KE) Nru 1293/2008, (KE) Nru 910/2009, (KE) Nru 911/2009, (UE) Nru 1120/2010, (UE) Nru 212/2011, u r-Regolamenti ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 95/2013 u (UE) Nru 413/2013 għandhom għalhekk jiġu emendati kif xieraq. |
|
(6) |
Billi r-raġunijiet tas-sikurezza ma jeħtiġux l-applikazzjoni minnufih tal-emendi li se jsiru permezz ta' dan ir-Regolament fir-Regolamenti (KE) Nru 226/2007, (KE) Nru 1293/2008, (KE) Nru 910/2009, (KE) Nru 911/2009, (UE) Nru 1120/2010, (UE) Nru 212/2011 u r-Regolamenti ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 95/2013 u (UE) Nru 413/2013, huwa xieraq li jiġi stabbilit perjodu tranżizzjonali li matulu jkunu jistgħu jintużaw il-ħażniet eżistenti. |
|
(7) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emenda fir-Regolament (KE) Nru 226/2007
Fil-kolonna 2 tal-Anness tar-Regolament (KE) Nru 226/2007, il-kliem “LALLEMAND SAS” huwa sostitwit bil-kliem “Danstar Ferment AG rappreżentata minn Lallemand SAS”.
Artikolu 2
Emenda fir-Regolament (KE) Nru 1293/2008
Fil-kolonna 2 tal-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1293/2008, il-kliem “LALLEMAND SAS” huwa sostitwit bil-kliem “Danstar Ferment AG rappreżentata minn Lallemand SAS”.
Artikolu 3
Emenda fir-Regolament (KE) Nru 910/2009
Ir-Regolament (KE) Nru 910/2009 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
fit-titolu, il-kliem “Lallemand SAS” jiġi sostitwit bil-kliem “Danstar Ferment AG”; |
|
(2) |
fil-kolonna 2 tal-Anness, il-kliem “Lallemand SAS” jiġi sostitwit bil-kliem “Danstar Ferment AG rappreżentata minn Lallemand SAS”. |
Artikolu 4
Emenda fir-Regolament (KE) Nru 911/2009
Ir-Regolament (KE) Nru 911/2009 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
fit-titolu, il-kliem “Lallemand SAS” jiġi sostitwit bil-kliem “Danstar Ferment AG”; |
|
(2) |
fil-kolonna 2 tal-Anness, il-kliem “Lallemand SAS” jiġi sostitwit bil-kliem “Danstar Ferment AG rappreżentata minn Lallemand SAS”. |
Artikolu 5
Emenda fir-Regolament (UE) Nru 1120/2010
Ir-Regolament (UE) Nru 1120/2010 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
fit-titolu, il-kliem “Lallemand SAS” jiġi sostitwit bil-kliem “Danstar Ferment AG”; |
|
(2) |
fil-kolonna 2 tal-Anness, il-kliem “Lallemand SAS” jiġi sostitwit bil-kliem “Danstar Ferment AG rappreżentata minn Lallemand SAS”. |
Artikolu 6
Emenda fir-Regolament (UE) Nru 212/2011
Ir-Regolament (UE) Nru 212/2011 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
fit-titolu, il-kliem “Lallemand SAS” jiġi sostitwit bil-kliem “Danstar Ferment AG”; |
|
(2) |
fil-kolonna 2 tal-Anness, il-kliem “Lallemand SAS” jiġi sostitwit bil-kliem “Danstar Ferment AG rappreżentata minn Lallemand SAS”. |
Artikolu 7
Emenda fir-Regolament (UE) Nru 95/2013
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 95/2013 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
fit-titolu, il-kliem “Lallemand SAS” jiġi sostitwit bil-kliem “Danstar Ferment AG”; |
|
(2) |
fil-kolonna 2 tal-Anness, il-kliem “Lallemand SAS” jiġi sostitwit bil-kliem “Danstar Ferment AG rappreżentata minn Lallemand SAS”. |
Artikolu 8
Emenda fir-Regolament (UE) Nru 413/2013
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 413/2013 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
fit-titolu, il-kliem “Lallemand SAS” jiġi sostitwit bil-kliem “Danstar Ferment AG”; |
|
(2) |
fil-kolonna 2 tal-Anness, il-kliem “Lallemand SAS” jiġi sostitwit bil-kliem “Danstar Ferment AG rappreżentata minn Lallemand SAS”. |
Artikolu 9
Miżuri tranżitorji
Il-ħażniet eżistenti tal-addittivi li huma konformi mad-dispożizzjonijiet li japplikaw qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw kollha.
Artikolu 10
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-15 ta' Diċembru 2016.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 226/2007 tal-1 ta' Marzu 2007 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta' Saccharomyces cerevisiae CNCM I-1077 (Levucell SC20 u Levucell SC10 ME) bħala addittiv fl-għalf (ĠU L 64, 2.3.2007, p. 26).
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1293/2008 tat-18 ta' Diċembru 2008 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta' użu ġdid ta' Saccharomyces cerevisiae CNCM I-1077 (Levucell SC20 u Levucell SC10 ME) bħala addittiv fl-għalf (ĠU L 340, 19.12.2008, p. 38).
(4) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 910/2009 tad-29 ta' Settembru 2009 dwar l-awtorizzazzjoni ta' użu ġdid tal-preparazzjoni tas-Saccharomyces cerevisiae CNCM I-1077 bħala addittiv fl-għalf taż-żwiemel (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Lallemand SAS) (ĠU L 257, 30.9.2009, p. 7).
(5) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 911/2009 tad-29 ta' Settembru 2009 dwar l-awtorizzazzjoni ta' użu ġdid tal-preparazzjoni ta' Pediococcus acidilactici CNCM MA 18/5M bħala addittiv fl-għalf għas-salmonidi u l-gambli (detentur tal-awtorizzazzjoni Lallemand SAS) (ĠU L 257, 30.9.2009, p. 10).
(6) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1120/2010 tat-2 ta' Diċembru 2010 dwar l-awtorizzazzjoni ta' Pediococcus acidilactici CNCM MA 18/5M bħala addittiv tal-għalf għal ħnienes miftuma (detentur tal-awtorizzazzjoni Lallemand SAS) (ĠU L 317, 3.12.2010, p. 12).
(7) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 212/2011 tat-3 ta' Marzu 2011 dwar l-awtorizzazzjoni ta' Pediococcus acidilactici CNCM MA 18/5M bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ li jbidu (detentur tal-awtorizzazzjoni Lallemand SAS) (ĠU L 59, 4.3.2011, p. 1).
(8) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 95/2013 tal-1 ta' Frar 2013 dwar l-awtorizzazzjoni ta' preparazzjoni tal-Pediococcus acidilactici CNCM MA 18/5M bħala addittiv tal-għalf għall-ħut kollu għajr is-salmonidi (detentur tal-awtorizzazzjoni Lallemand SAS) (ĠU L 33, 2.2.2013, p. 19).
(9) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 413/2013 tas-6 ta' Mejju 2013 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni ta' Pediococcus acidilactici CNCM MA 18/5M bħala addittiv fl-għalf għall-użu fl-ilma tax-xorb għall-ħnienes miftuma, il-ħnieżer għas-simna, il-qrejjaq u t-tiġieġ għas-simna (detentur tal-awtorizzazzjoni Lallemand SAS) (ĠU L 125, 7.5.2013, p. 1).