|
15.12.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 340/2 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/2250
tal-4 ta' Ottubru 2016
li jistabbilixxi pjan ta' skartar għal ċertu sajd demersali fil-Baħar tat-Tramuntana u fl-ilmijiet tal-Unjoni tad-Diviżjoni IIa tal-ICES
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 15(6) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 850/98 tat-30 ta' Marzu 1998 dwar il-konservazzjoni ta' riżorsi tas-sajd permezz ta' miżuri tekniċi għall-protezzjoni ta' żgħar ta' organiżmi tal-baħar (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 18a tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 għandu l-għan li jelimina b'mod progressiv il-qbid skartat fis-sajd kollu tal-Unjoni bl-introduzzjoni tal-obbligu tal-ħatt l-art għall-qabdiet ta' speċijiet li huma soġġetti għal-limiti ta' qbid. |
|
(2) |
L-Artikolu 15(6) ta' dak ir-Regolament jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni li tadotta pjanijiet ta' skartar b'atti delegati għal perjodu ta' mhux aktar minn tliet snin abbażi tar-rakkomandazzjonijiet konġunti żviluppati mill-Istati Membri b'konsultazzjoni mal-Kunsilli Konsultattivi rilevanti. |
|
(3) |
Il-Belġju, id-Danimarka, il-Ġermanja, Franza, in-Netherlands, l-Iżvezja u r-Renju Unit għandhom interess dirett fil-ġestjoni tas-sajd fil-Baħar tat-Tramuntana. Fit-3 ta' Ġunju 2016, wara konsultazzjoni mal-Kunsill Konsultattiv tal-Baħar tat-Tramuntana, dawk l-Istati Membri ppreżentaw rakkomandazzjoni konġunta lill-Kummissjoni dwar pjan ta' skartar ġdid għal ċertu sajd demersali fil-Baħar tat-Tramuntana. Il-korpi xjentifiċi rilevanti taw kontribuzzjonijiet xjentifiċi li ġew eżaminati mill-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (STECF). Fl-14 ta' Lulju saret laqgħa tal-grupp ta' esperti magħmul mit-28 Stat Membru, mill-Kummissjoni, kif ukoll mill-Parlament Ewropew bħala osservatur fejn ġew diskussi l-miżuri kkonċernati. |
|
(4) |
Il-miżuri inklużi fir-rakkomandazzjoni konġunta jikkonformaw mal-Artikolu 18(3) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013. |
|
(5) |
Għall-finijiet ta' dak ir-Regolament, il-Baħar tat-Tramuntana jinkludi ż-żoni IIIa u IV tal-ICES. Peress li xi stokkijiet demersali rilevanti għall-pjan ta' skartar jinsabu wkoll fl-ilmijiet tal-Unjoni tad-Diviżjoni IIa tal-ICES, l-Istati Membri kkonċernati jirrakkomandaw li d-Diviżjoni IIa tal-ICES tkun koperta wkoll mill-pjan ta' skartar. |
|
(6) |
Fir-rigward tal-Baħar tat-Tramuntana, skont l-Artikolu 15(1)(c) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, l-obbligu tal-ħatt l-art japplika sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2016:
Skont l-Artikolu 15(5) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2440 (3) jidentifika l-ispeċijiet li mill-1 ta' Jannar 2016 iridu jinħattu l-art. Dawk l-ispeċijiet huma l-pollakkju iswed, il-merluzz tal-linja sewda, l-iskampu, il-lingwata komuni, il-barbun tat-tbajja', il-merluzz u l-gamblu tat-Tramuntana. Ir-Regolament Delegat (UE) 2015/2440 jistabbilixxi wkoll l-obbligu tal-ħatt l-art għall-qabdiet aċċessorji tal-gamblu tat-Tramuntana. Dan ir-Regolament għandu jdaħħal mill-ġdid id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2440 dwar l-ispeċijiet li jridu jinħattu l-art u jispeċifika l-ispeċijiet u s-sajd l-oħra li għalihom japplika l-obbligu tal-ħatt l-art fl-2017 u fl-2018. |
|
(7) |
L-Istati Membri kkonċernati jsostnu li r-regoli dwar l-isforzi tas-sajd stabbiliti fil-Kapitolu III tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1342/2008 (4) huma ta' ostakolu għall-implimentazzjoni b'suċċess tal-obbligu tal-ħatt l-art għall-bakkaljaw minħabba li r-reġim tal-isforz tas-sajd stabbilit f'dak il-Kapitolu kieku jfixkel il-flessibbiltà meħtieġa biex jiġu adattati x-xejriet tas-sajd, bħall-għażla taż-żona u tal-irkaptu, ladarba jiġi introdott l-obbligu tal-ħatt l-art. Bħalissa r-Regolament (KE) Nru 1342/2008 għaddej minn proċess ta' reviżjoni mill-koleġiżlaturi. Biex tiġi evitata l-applikazzjoni simultanja tar-reġim tal-isforz tas-sajd u tal-obbligu tal-ħatt l-art għall-bakkaljaw, jixraq li l-obbligu tal-ħatt l-art għall-bakkaljaw jibda japplika biss ladarba r-reġim tal-isforz tas-sajd ma jibqax japplika. |
|
(8) |
Ir-Regolament Delegat (UE) 2015/2440 daħħal eżenzjoni mill-obbligu tal-ħatt l-art għall-qabdiet kollha tal-ispeċijiet li għalihom l-evidenza xjentifika turi rati għoljin ta' sopravivenza (“eżenzjoni ta' sopravivenza għolja”) għall-qabdiet tal-iskampu fid-Diviżjoni IIIa tal-ICES dment li jintużaw ċerti nases jew xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ. Dak ir-Regolament Delegat jeħtieġ li l-Istati Membri li jkollhom interess dirett fil-ġestjoni fil-Baħar tat-Tramuntana jippreżentaw informazzjoni xjentifika addizzjonali lill-Kummissjoni bħala appoġġ għall-eżenzjonijiet speċifikati għax-xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ. Dik l-informazzjoni ġiet ippreżentata u s-STECF ikkonkluda li l-informazzjoni hija biżżejjed. Għaldaqstant, dik l-eżenzjoni għandha tiġi inkluża fil-pjan ta' skartar il-ġdid. |
|
(9) |
Ir-rakkomandazzjoni konġunta tinkludi eżenzjoni ta' sopravivenza għolja għall-qabdiet tal-iskampu fis-subżona IV tal-ICES għal ċertu rkaptu dment li jintuża apparat ta' selettività (Netgrid). |
|
(10) |
Ir-rakkomandazzjoni konġunta tinkludi eżenzjoni ta' sopravivenza għolja għall-qabdiet tal-lingwata komuni fis-subżona IV tal-ICES għal ċertu rkaptu u skont ċerti kundizzjonijiet li jiffavorixxu s-sopravivenza tal-lingwata. |
|
(11) |
Skont l-evidenza xjentifika pprovduta fir-rakkomandazzjoni konġunta u eżaminata mis-STECF u filwaqt li jitqiesu l-karatteristiċi tal-irkaptu, tal-prattiki tas-sajd u tal-ekosistema, dawn l-eżenzjonijiet għandhom jiġu inklużi f'dan ir-Regolament għas-sena 2017. L-Istati Membri għandhom jippreżentaw dejta addizzjonali sabiex is-STECF ikun jista' jivvaluta aktar ir-rati ta' sopravivenza tal-iskampu u tal-lingwata komuni li jinqabdu fis-subżona IV tal-ICES bix-xbieki tat-tkarkir ikkonċernati u biex il-Kummissjoni tkun tista' teżamina l-eżenzjoni rilevanti. |
|
(12) |
Ir-Regolament Delegat (UE) 2015/2440 daħħal eżenzjoni de minimis għal
Ir-rakkomandazzjoni konġunta tissuġġerixxi li dawn l-eżenzjonijiet jibqgħu jiġu applikati. Għaldaqstant, dawn għandhom jiġu inklużi fil-pjan ta' skartar il-ġdid. |
|
(13) |
Ir-rakkomandazzjoni konġunta tinkludi eżenzjoni de minimis għal-lingwata komuni, il-merluzz tal-linja sewda u l-merlangu kkombinati għall-qabdiet b'ċerti xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ fid-Diviżjoni IIIa tal-ICES, eżenzjoni de minimis għal-lingwata, il-merluzz tal-linja sewda u l-merlangu kkombinati għall-qabdiet bil-kavetti fid-Diviżjoni IIIa tal-ICES u għall-2018, eżenzjoni de minimis għall-merlangu maqbud bix-xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ fid-Diviżjoni IVc tal-ICES. |
|
(14) |
Abbażi tal-evidenza konvinċenti provduta mill-Istati Membri għal dawk l-eżenzjonijiet, kif riveduti mis-STECF, li kkonkludiet li dawk l-eżenzjonijiet huma bbażati fuq argumenti raġunati fir-rigward tad-diffikultajiet li jinkiseb aktar titjib tas-selettività u/jew tal-ispejjeż spoporzjonati fil-ġestjoni tal-qabdiet inċidentali, il-Kummissjoni tqis xieraq li tistabbilixxi eżenzjonijiet de minimis skont il-livell perċentwali propost fir-rakkomandazzjoni konġunta, li għandhom ikunu fil-limiti stabbiliti fl-Artikolu 15(5)(c) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013. |
|
(15) |
L-Artikolu 18a tar-Regolament (KE) Nru 850/98 jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni biex tistabbilixxi, għall-finijiet li jiġu adottati l-pjanijiet ta' skartar u għall-ispeċijiet soġġetti għall-obbligu tal-ħatt l-art, daqs minimu ta' referenza għall-konservazzjoni (MCRS) bil-għan li jiżgura li jitħarsu ż-żgħar tal-organiżmi marittimi. Meta jkun xieraq, id-daqsijiet minimi ta' referenza għall-konservazzjoni jistgħu jidderogaw mid-daqsijiet stabbiliti fl-Anness XII tar-Regolament (KE) Nru 850/98. Għall-iskampu fid-Diviżjoni IIIa tal-ICES jixraq li jinżammu d-daqsijiet minimi ta' referenza għall-konservazzjoni stabbiliti fir-Regolament Delegat (UE) 2015/2440, jiġifieri tul totali ta' 105 mm u tul tal-qoxra ta' 32 mm. Għandu jiżdied tul tad-denb minimu ta' 59 mm, skont ir-Rakkomandazzjoni Konġunta u l-valutazzjoni tas-STECF li tiddikjara li dan it-tul tad-denb jikkorrispondi għall-valuri eżistenti għat-tul totali u t-tul tal-qoxra. |
|
(16) |
Il-pjanijiet ta' skartar jistgħu jinkludu wkoll miżuri tekniċi għas-sajd jew għall-ispeċijiet koperti mill-obbligu tal-ħatt l-art. Biex tiżdied is-selettività tal-irkaptu u jitnaqqsu l-qabdiet inċidentali fi Skagerrak, jixraq li jinżammu għadd ta' miżuri tekniċi, li ġew maqbula bejn l-Unjoni u n-Norveġja fl-2011 (5) u fl-2012 (6). |
|
(17) |
Biex jiġi żgurat kontroll xieraq, għandhom jiġu stabbiliti rekwiżiti speċifiċi għall-Istati Membri biex jistabbilixxu l-listi tal-bastimenti li huma koperti b'dan ir-Regolament. |
|
(18) |
Billi l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament għandhom impatt dirett fuq l-attivitajiet ekonomiċi marbuta mal-istaġun tas-sajd tal-bastimenti tal-Unjoni u fuq l-ippjanar ta' dan l-istaġun tas-sajd, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ immedjatament wara l-pubblikazzjoni tiegħu. Dan għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2017 sal-31 ta' Diċembru 2018 biex jikkonforma mal-iskeda taż-żmien stabbilita fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Implimentazzjoni tal-obbligu tal-ħatt l-art
L-obbligu tal-ħatt l-art previst fl-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 għandu japplika fis-Subżona IV tal-ICES (il-Baħar tat-Tramuntana), id-Diviżjoni IIIa tal-ICES (Kattegat u Skagerrak) u l-ilmijiet tal-Unjoni tad-Diviżjoni IIa tal-ICES (il-Baħar Norveġiż) għas-sajd stabbilit fl-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
(1) |
“Panew Seltra” tfisser apparat ta' għażla magħmul minn panew ta' fuq b'daqs tal-malji ta' mill-inqas 270 mm (malja maqrut) imqiegħed f'sezzjoni b'erba' panewiet u immuntat bi proporzjon ta' tliet malji ta' 90 mm għal kull malja ta' 270 mm, jew b'panew ta' fuq b'daqs tal-malji ta' mill-inqas 140 mm (malja kwadra). Il-panew huwa twil mill-inqas 3 metri, ma jinsabx aktar minn 4 metri 'l bogħod mis-siegla tal-għeluq u għandi l-wisa' kollu tal-folja ta' fuq tax-xibka tat-tkarkir (jiġifieri minn ċmusa sa ċmusa). |
|
(2) |
“Apparat ta' selettività Netgrid” tfisser apparat ta' selettività magħmul minn sezzjoni b'erba' panewiet imdaħħla f'xibka tat-tkarkir b'żewġ panewiet b'biċċa xibka inklinata ta' malja maqrut b'daqs tal-malji ta' mill-inqas 200 mm, li twassal għal toqba minn fejn jaħarbu fil-parti ta' fuq tax-xibka. |
Artikolu 3
Regoli speċifiċi dwar l-obbligu tal-ħatt l-art għall-bakkaljaw
Minkejja l-Artikolu 1, l-obbligu tal-ħatt l-art tal-qabdiet tal-bakkaljaw skont dan ir-Regolament għandhom japplikaw biss jekk ir-Regolament (KE) Nru 1342/2008 jew il-Kapitolu III tiegħu jitħassru qabel l-1 ta' Jannar 2017.
Artikolu 4
Eżenzjonijiet relatat mas-sopravivenza tal-iskampu
1. L-eżenzjoni mill-obbligu tal-ħatt l-art skont l-Artikolu 15(4)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 għall-ispeċijiet li l-evidenza xjentifika turi rati għolja ta' sopravivenza, għandha tapplika għall-qabdiet li ġejjin tal-iskampu:
|
(a) |
qabdiet bin-nases (FPO (7)); |
|
(b) |
qabdiet fid-Diviżjoni IIIa tal-ICES bix-xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ (OTB, TBN) b'daqs tal-malji ta' mill-inqas 70 mm mgħammra bi gradilja tat-tgħarbil tal-ispeċijiet bi spazju ta' bejn il-vireg ta' mhux aktar minn 35 mm; |
|
(c) |
qabdiet fid-Diviżjoni IIIa tal-ICES bix-xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ (OTB, TBN) b'daqs tal-malji ta' mill-inqas 90 mm mgħammra b'panew seltra; |
|
(d) |
fl-2017, qabdiet fid-Diviżjoni IV tal-ICES bix-xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ (OTB, TBN) b'daqs tal-malji ta' mill-inqas 80 mm mgħammra b'apparat ta' selettività Netgrid. |
2. L-iskampu li jinqabad fil-każijiet msemmija fil-paragrafu 1 għandu jiġi rilaxxat kollu immedjatament, u fiż-żona fejn ikun inqabad.
3. Qabel l-1 ta' Mejju 2017, l-Istati Membri li jkollhom interess dirett fil-ġestjoni tas-sajd fil-Baħar tat-Tramuntana għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni dejta addizzjonali minn dik prevista fir-Rakkomandazzjoni Konġunta tat-3 ta' Ġunju 2016 u kull informazzjoni xjentifika rilevanti oħra li tappoġġa l-eżenzjoni stabbilita fil-paragrafu 1(d). Il-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (STECF) għandu jivvaluta dik id-dejta u dik l-informazzjoni sal-1 ta' Settembru 2017.
Artikolu 5
Eżenzjoni relatata mas-sopravivenza tal-lingwata komuni
1. L-eżenzjoni mill-obbligu tal-ħatt l-art skont l-Artikolu 15(4)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 għall-ispeċijiet li l-evidenza xjentifika turi rati għolja ta' sopravivenza, għandha tapplika fl-2017 għall-qabdiet tal-lingwata komuni taħt id-daqs minimu ta' referenza għall-konservazzjoni magħmula f'sitt mili nawtiċi tal-kosta fiż-żona IVc tal-ICES u barra ż-żoni identifikati ta' tkabbir bl-għażel tat-tkarkir (OTB) bid-daqs tal-malji tal-manka ta' bejn 80 u 99 mm.
2. L-eżenzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tapplika biss għall-bastimenti b'tul massimu ta' 10 metri, b'saħħa massima tal-magna ta' 180 kW, meta s-sajd isir f'ilmijiet fondi 15-il metru jew inqas u b'tul ta' rmunkar limitat ta' mhux aktar minn siegħa u nofs.
3. Il-lingwata komuni maqbuda fil-każijiet msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinħeles mal-ewwel.
4. Qabel l-1 ta' Mejju 2017, l-Istati Membri li jkollhom interess dirett fil-ġestjoni fil-Baħar tat-Tramuntana għandhom jippreżentaw informazzjoni xjentifika addizzjonali lill-Kummissjoni bħala appoġġ għall-eżenzjoni stabbilita fil-paragrafu 1. Is-STECF għandu jivvaluta dik l-informazzjoni sal-1 ta' Settembru 2017.
Artikolu 6
Eżenzjonijiet de minimis
B'deroga mill-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, jistgħu jiġu skartati l-kwantitajiet li ġejjin skont l-Artikolu 15(4)(c) ta' dak ir-Regolament:
|
(a) |
għal-lingwata komuni, sa massimu ta' 3 % tal-qabdiet annwali totali ta' din l-ispeċi minn bastimenti li jużaw ix-xbieki tal-parit u tal-għażel (GN, GNS, GND, GNC, GTN, GTR, GEN, GNF) fid-Diviżjoni IIIa tal-ICES, fis-Subżona IV tal-ICES u fl-ilmijiet tal-Unjoni tad-Diviżjoni IIa tal-ICES; |
|
(b) |
għal-lingwata komuni inqas mid-daqs minimu ta' referenza għall-konservazzjoni, sa massimu ta' 7 % fl-2017 u, fl-2018, 6 % tal-qabdiet annwali totali ta' din l-ispeċi minn bastimenti li jużaw ix-xbieki tat-tkarkir bi travu (TBB) bid-daqs tal-malji ta' bejn 80 u 119-il mm b'daqs akbar tal-malji fl-estensjoni tax-xibka tat-tkarkir bi travu fis-Subżona IV tal-ICES; |
|
(c) |
għall-iskampu inqas mid-daqs minimu ta' referenza għall-konservazzjoni, sa massimu ta' 6 % tal-qabdiet annwali totali ta' din l-ispeċi minn bastimenti li jużaw ix-xbieki tat-tkarkir bi travu (OTB, TBN, OTT, TB) bid-daqs tal-malji ta' bejn 80 u 99 mm fis-Subżona IV tal-ICES u fl-ilmijiet tal-Unjoni tad-Diviżjoni IIa tal-ICES; |
|
(d) |
fl-2017, għal-lingwata komuni u għall-merluzz tal-linja sewda kkombinati, inqas mid-daqs minimu ta' referenza għall-konservazzjoni, sa massimu ta' 2 % tal-qabdiet annwali totali tal-iskampu, tal-lingwata komuni, tal-merluzz tal-linja sewda u tal-gamblu tat-Tramuntana fis-sajd għall-iskampu minn bastimenti li jużaw ix-xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ (OTB, TBN) bid-daqs tal-malji li jkun daqs jew akbar minn 70 mm u mgħammra bi gradilja tat-tgħarbil tal-ispeċijiet bi spazju ta' bejn il-vireg ta' mhux aktar minn 35 mm fid-Diviżjoni IIIa tal-ICES; |
|
(e) |
fl-2018, għal-lingwata komuni, għall-merluzz tal-linja sewda u għall-merlangu kkombinati, inqas mid-daqs minimu ta' referenza għall-konservazzjoni, sa massimu ta' 4 % tal-qabdiet annwali totali tal-iskampu, tal-lingwata komuni, tal-merluzz tal-linja sewda, tal-merlangu u tal-gamblu tat-Tramuntana fis-sajd għall-iskampu minn bastimenti li jużaw ix-xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ (OTB, TBN) bid-daqs tal-malji li jkun daqs jew akbar minn 70 mm u mgħammra bi gradilja tat-tgħarbil tal-ispeċijiet bi spazju ta' bejn il-vireg ta' mhux aktar minn 35 mm fid-Diviżjoni IIIa tal-ICES; |
|
(f) |
għal-lingwata komuni, għall-merluzz tal-linja sewda u għall-merlangu kkombinati, sa massimu ta' 1 % tal-qabdiet annwali totali tal-iskampu, tal-lingwata komuni, tal-merluzz tal-linja sewda fis-sajd, tal-merlanguu tal-gamblu tat-Tramuntana fis-sajd għall-gambu tat-Tramuntana minn bastimenti li jużaw ix-xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ (OTB) bid-daqs tal-malji li jkun daqs jew akbar minn 35 mm u mgħammra bi gradilja tat-tgħarbil tal-ispeċijiet bi spazju ta' bejn il-vireg ta' mhux aktar minn 19 mm, bil-ħruġ mhux iblukkat għall-ħut, fid-Diviżjoni IIIa tal-ICES. |
|
(g) |
għal-lingwata komuni, għall-merluzz tal-linja sewda u għall-merlangu kkombinati, sa massimu ta' 0,5 % tal-qabdiet annwali totali tal-iskampu, tal-lingwata komuni, tal-merluzz tal-linja sewda, tal-merlangu u tal-gamblu tat-Tramuntana fis-sajd għall-iskampu bil-kavetti (FPO), fid-Diviżjoni IIIa tal-ICES. |
|
(h) |
fl-2018, għall-merlangu, sa massimu ta' 7 % tal-qabdiet annwali totali tal-iskampu, tal-merluzz tal-linja sewda, tal-lingwata, tal-gamblu tat-Tramuntana, tal-merlangu, tal-barbun tat-tbajja', tal-pollakkju iswed u tal-bakkaljaw fis-sajd imħallaT għal-lingwata, il-merlangu u l-ispeċijiet mingħajr limitu ta' qbid minn bastimenti li jużaw ix-xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ (OTB, OTT) bid-daqs tal-malji ta' bejn 70 u 99 mm fid-Diviżjoni IVc tal-ICES. |
Artikolu 7
Daqs minimu ta' referenza għall-konservazzjoni
B'deroga mid-daqs minimu ta' referenza għall-konservazzjoni stabbilit fl-Anness XII tar-Regolament (KE) Nru 850/98, id-daqs minimu ta' referenza għall-konservazzjoni tal-iskampu fid-Diviżjoni IIIa tal-ICES għandu jkun kif ġej:
|
(a) |
tul totali ta' 105 mm; |
|
(b) |
tul tad-denb ta' 59 mm; |
|
(c) |
tul tal-qoxra ta' 32 mm. |
Artikolu 8
Miżuri tekniċi u speċifiċi fi Skagerrak
1. Fi Skagerrak huwa pprojbit il-ġarr abbord jew l-użu tax-xbieki tat-tkarkir, tat-tartarun Daniż, tax-xbieki tat-tkarkir bi travu jew ta' xbieki rmunkati simili li għandhom id-daqs tal-malji ta' inqas minn 120 mm.
2. B'deroga mill-paragarfu 1, jistgħu jintużaw ukoll ix-xbieki tat-tkarkir li ġejjin:
|
(a) |
xbieki tat-tkarkir b'manka bid-daqs tal-malji ta' mill-inqsas 90 mm, sakemm ikunu mgħammra b'panew seltra jew b'gradilja li tissepara bi spazju ta' bejn il-vireg ta' mhux aktar minn 35 mm. |
|
(b) |
xbieki tat-tkarkir b'manka bid-daqs tal-malji ta' mill-inqas 70 mm (malja kwadra) mgħammra bi gradilja li tissepara bi spazju ta' bejn il-vireg ta' mhux aktar minn 35 mm; |
|
(c) |
xbieki tat-tkarkir b'daqsijiet minimi tal-malji ta' mhux aktar minn 70 mm għas-sajd tal-ispeċijiet pelaġiċi jew industrijali, sakemm il-qabda tkun tinkludi aktar minn 80 % ta' waħda jew aktar mill-ispeċijiet pelaġiċi jew industrijali; |
|
(d) |
xbieki tat-tkarkir b'manka bid-daqs tal-malji ta' mill-inqas 35 mm għas-sajd tal-ispeċi Pandalus, sakemm ix-xibka tat-tkarkir tkun mgħammra bi gradilja li tissepara bi spazju ta' bejn il-vireg ta' mhux aktar minn 19-il mm. |
3. Skont il-paragrafu 2(d), waqt is-sajd għall-ispeċi Pandalus jista' jintuża apparat għall-konservazzjoni tal-ħut, sakemm ikun hemm opportunitajiet tas-sajd adegwati li jkopru l-qabdiet aċċessorji u l-apparat ta' konservazzjoni jkun:
|
— |
mibni b'panew ta' fuq b'daqs minimu tal-malji ta' 120 mm ta' malja kwadra; |
|
— |
twil mill-inqas 3 metri; u |
|
— |
wiesa' mill-inqas daqs il-wisa' tal-gradilja li tissepara. |
Artikolu 9
Lista ta' bastimenti
L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw, skont il-kriterji stabbiliti fl-Anness ta' dan ir-Regolament, il-bastimenti soġġetti għall-obbligu tal-ħatt l-art għal kull sajda partikolari. Bis-sit web sikur ta' kontroll tal-Unjoni, sal-31 ta' Diċembru 2016 l-Istati Membri għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra, il-listi tal-bastimenti kollha maħsuba għas-sajd tal-pollakkju iswed kif definit fl-Anness, stabbiliti skont l-ewwel sentenza. Dawk il-listi għandhom jinżammu aġġornati.
Artikolu 10
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2017 sal-31 ta' Diċembru 2018.
Madankollu, l-Artikolu 9 għandu japplika mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-4 ta' Ottubru 2016.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22.
(2) ĠU L 125, 27.4.1998, p. 1.
(3) Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2440 tat-22 ta' Ottubru 2015 li jistabbilixxi pjan ta' skartar għal ċertu sajd demersali fil-Baħar tat-Tramuntana u fl-ilmijiet tal-Unjoni tad-Diviżjoni IIa tal-ICES (ĠU L 336, 23.12.2015, p. 42).
(4) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1342/2008 tat-18 ta' Diċembru 2008 li jistabbilixxi pjan għal perijodu fit-tul għall-istokkijiet tal-merluzz u għas-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 423/2004 (ĠU L 348, 24.12.2008, p. 20).
(5) Rekord maqbul ta' konsultazzjonijiet dwar is-sajd bejn in-Norveġja u l-Unjoni Ewropea dwar ir-regolamentazzjoni tas-sajd fi Skagerrak u f'Kattegat għall-2012.
(6) Rekord maqbul ta' konsultazzjonijiet dwar is-sajd bejn in-Norveġja u l-Unjoni Ewropea dwar il-miżuri għall-implimentazzjoni ta' projbizzjoni fuq l-iskartar u ta' miżuri ta' kontroll fiż-żona ta' Skagerrak, l-4 ta' Lulju 2012.
(7) Il-kodiċijiet tal-irkaptu użati f'dan ir-Regolament jirreferu għal dawk il-kodiċijiet fl-Anness XI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 404/2011 tat-8 ta' April 2011 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (ĠU L 112, 30.4.2011, p. 1). Għall-bastimenti li t-tul totali tagħhom huwa inqas minn 10 metri, il-kodiċijiet tal-irkaptu użati f'din it-tabella jirreferu għall-kodiċijiet mill-klassifikazzjoni tal-irkaptu tal-FAO.
ANNESS
Sajd soġġett għall-obbligu tal-ħatt l-art:
|
Daqs tal-malja |
Speċijiet ikkonċernati |
|
|
Xbieki tat-tkarkir: OTB, OTT, OT, PTB, PT, TBN, TBS, OTM, PTM, TMS, TM, TX, SDN, SSC, SPR, TB, SX, SV |
≥ 100 mm |
Fl-2017 u fl-2018: il-qabdiet kollha tal-pollakkju iswed (jekk maqbuda b'bastiment maħsub għall-pollakkju iswed (3)), tal-barbun tat-tbajja', tal-merluzz tal-linja sewda, tal-merlangu, tal-lingwata, tal-gamblu tat-Tramuntana, tal-lingwata komuni u tal-iskampu. |
|
Xbieki tat-tkarkir: OTB, OTT, OT, PTB, PT, TBN, TBS, OTM, PTM, TMS, TM, TX, SDN, SSC, SPR, TB, SX, SV |
70-99 mm |
Fl-2017 u fl-2018: il-qabdiet kollha tal-iskampu, tal-lingwata komuni, tal-merluzz tal-linja sewda u tal-gamblu tat-Tramuntana. Fl-2018: il-qabdiet kollha tal-merlangu. |
|
Xbieki tat-tkarkir: OTB, OTT, OT, PTB, PT, TBN, TBS, OTM, PTM, TMS, TM, TX, SDN, SSC, SPR, TB, SX, SV |
32-69 mm |
Fl-2017 u fl-2018: il-qabdiet kollha tal-gamblu tat-Tramuntana, tal-iskampu, tal-lingwata komuni, tal-merluzz tal-linja sewda u tal-merlangu. |
|
Xbieki tat-tkarkir bi travu: TBB |
≥ 120 mm |
Fl-2017 u fl-2018: il-qabdiet kollha tal-barbun tat-tbajja', tal-gamblu tat-Tramuntana, tal-iskampu, tal-lingwata komuni, tal-bakkaljaw, tal-merluzz tal-linja sewda u tal-merlangu. |
|
Xbieki tat-tkarkir bi travu: TBB |
80-119 mm |
Fl-2017 u fl-2018: il-qabdiet kollha tal-lingwata komuni, tal-gamblu tat-Tramuntana, tal-iskampu u tal-merluzz tal-linja sewda. Fl-2018: il-qabdiet kollha tal-merlangu. |
|
Xbieki tal-għażel, tal-parit u tat-tħabbil: GN, GNS, GND, GNC, GTN, GTR, GEN, GNF |
|
Fl-2017 u fl-2018: il-qabdiet kollha tal-lingwata komuni, tal-gamblu tat-Tramuntana, tal-iskampu, tal-merluzz tal-linja sewda, tal-merlangu u tal-bakkaljaw (4). |
|
Snanar u lenzi: LLS, LLD, LL, LTL, LX, LHP, LHM |
|
Fl-2017 u fl-2018: il-qabdiet kollha tal-merluzz, tal-gamblu tat-Tramuntana, tal-iskampu, tal-lingwata komuni, tal-merluzz tal-linja sewda, tal-merlangu u tal-bakkaljaw. |
|
Nases: FPO, FIX, FYK, FPN |
|
Fl-2017 u fl-2018: il-qabdiet kollha tal-iskampu, tal-gamblu tat-Tramuntana, tal-lingwata komuni, tal-merluzz tal-linja sewda u tal-merlangu. |
(1) Il-kodiċijiet tal-irkaptu użati f'din it-Tabella jirreferu għal dawk il-kodiċijiet fl-Anness XI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 404/2011.
(2) Għall-bastimenti li t-tul totali tagħhom huwa inqas minn 10 metri, il-kodiċijiet tal-irkaptu użati f'din it-tabella jirreferu għall-kodiċijiet mill-klassifikazzjoni tal-irkaptu tal-FAO.
(3) Il-bastimenti jitqiesu maħsuba għall-pollakkju iswed jekk, meta jintużaw ix-xbieki tat-tkarkir b'daqs tal-malji ≥ 100 mm, il-medja annwali ta' ħatt l-art tal-pollakkju iswed tkun ta' ≥ 50 % tal-ħatt l-art kollu tal-bastiment, maqbuda kemm fiż-żoni tal-UE kif ukoll tal-pajjiżi terzi tal-Baħar tat-Tramuntana matul il-perjodu ta' x – 4 sa x – 2, fejn x hija s-sena tal-applikazzjoni; jiġifieri, bejn l-2012 u l-2014 għall-2016, bejn l-2013 u l-2015 għall-2017 u bejn l-2014 ul-2016 għall-2018. Il-bastimenti li jitqiesu maħsuba għas-sajd tal-pollakkju iswed f'sena partikolari, jibqgħu jitqiesu l-istess fis-snin ta' wara.
(4) L-obbligu tal-ħatt l-art għall-bakkaljaw li jinqabad bix-xbieki tal-għażel, tal-parit u tat-tħabbil ma għandux japplika fiż-żona IIIaS tal-ICES.