|
10.12.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 336/17 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/2222
tal-5 ta' Diċembru 2016
li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(1)(e) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa nomenklatura tal-oġġetti (minn hawn 'il quddiem imsejħa bħala n-“Nomenklatura Magħquda”), li hija stabbilita fl-Anness I ta' dak ir-Regolament. |
|
(2) |
Is-subintestatura 9505 10 tan-Nomenklatura Magħquda tkopri oġġetti għall-festi tal-Milied. |
|
(3) |
Fin-Noti ta' Spjegazzjoni tas-Sistema Armonizzata (HSEN) għall-intestatura 9505 (a) (1) u (2) tingħata xi gwida dwar l-interpretazzjoni tat-terminu “oġġetti għall-festi tal-Milied”. Madankollu, għad hemm fehmiet diverġenti dwar il-kamp ta' applikazzjoni tal-oġġetti li jaqgħu taħt is-subintestatura 9505 10. |
|
(4) |
Għal aktar ċertezza legali, il-kamp ta' applikazzjoni tas-subintestatura 9505 10 għandu għalhekk jiġi ċċarat billi ssir distinzjoni bejn l-oġġetti tradizzjonali li jintużaw għall-festi tal-Milied imsemmija fl-HSEN għall-intestatura 9505, il-punti (A)(1) u (2), u l-oġġetti tal-moda li jintużaw b'mod aktar ġenerali bħala tiżjin matul l-istaġun tax-xitwa. |
|
(5) |
Huwa għalhekk meħtieġ li tiddaħħal nota addizzjonali fil-Kapitolu 95 tan-Nomenklatura Magħquda biex tiġi żgurata l-interpretazzjoni uniformi tas-subintestatura 9505 10 fl-Unjoni kollha. |
|
(6) |
Għalhekk l-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 għandu jiġi emendat skont dan. |
|
(7) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Fil-Kapitolu 95 tat-Tieni Parti tan-Nomenklatura Magħquda stabbilita fl-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, tiddaħħal in-nota addizzjonali 1 li ġejja:
|
“1. |
Is-subintestatura 9505 10 tkopri:
|
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Diċembru 2016.
Għall-Kummissjoni
Stephen QUEST
Direttur Ġenerali
Direttorat Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Unjoni Doganali