9.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 334/4


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/2212

tas-6 ta' Diċembru 2016

li japprova emenda mhix minuri tal-ispeċifikazzjoni ta' denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet ta' oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Aceite de Terra Alta/Oli de Terra Alta (DOP)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni ta' Spanja għall-approvazzjoni ta' emenda fl-Ispeċifikazzjoni tad-denominazzjoni ta' oriġini protetta “Aceite de Terra Alta”/“Oli de Terra Alta”, irreġistrata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 205/2005 (2).

(2)

Peress li l-emenda kkonċernata mhix minuri skont it-tifsira tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni ppubblikat l-applikazzjoni għal emenda f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (3), skont l-Artikolu 50(2)(a) tal-istess Regolament.

(3)

Billi l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta' oppożizzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, l-emenda fl-Ispeċifikazzjoni għandha tiġi approvata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-emenda fl-Ispeċifikazzjoni ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, li tikkonċerna d-denominazzjoni “Aceite de Terra Alta/Oli de Terra Alta” (DOP) hija approvata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta' Diċembru 2016.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Phil HOGAN

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 205/2005 tal-4 ta' Frar 2005 li jikkompleta l-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2400/96 dwar ir-reġistrazzjoni ta' ċerti denominazzjonijiet fir-“Reġistru tal-ismijiet tal-oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti” (Valdemone — [AOP], Queso Ibores — [AOP], Pera de Jumilla — [AOP], Aceite de Terra Alta jew Oli de Terra Alta — [AOP], Sierra de Cádiz — [AOP], Requeijão Serra da Estrela — [AOP], Zafferano dell'Aquila — [AOP], Zafferano di San Gimignano — [AOP], Mantecadas de Astorga — [IGP] u Pan de Cea — [IGP]) (ĠU L 33, 5.2.2005, p. 6).

(3)  ĠU C 291, 11.8.2016, p. 19.