|
8.12.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 333/4 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/2146
tas-7 ta' Diċembru 2016
li jirtira l-aċċettazzjoni tal-impenn għal żewġ produtturi esportaturi skont id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/707/UE li tikkonferma l-aċċettazzjoni ta' impenn offrut b'rabta mal-proċedimenti ta' antidumping u antisussidji li jikkonċernaw l-importazzjonijiet ta' moduli fotovoltajċi bis-silikon kristallin u l-komponenti ewlenin (jiġifieri ċ-ċelloli) li joriġinaw jew jintbagħtu mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina għall-perjodu ta' applikazzjoni ta' miżuri definittivi
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“it-Trattat”),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1) (“ir-Regolament antidumping bażiku”), u b'mod partikulari l-Artikolu 8 tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1037 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Unjoni Ewropea (2) (“ir-Regolament antisussidji bażiku”), u b'mod partikulari l-Artikolu 13 tiegħu,
Infurmat lill-Istati Membri,
Billi:
A. IMPENN U MIŻURI EŻISTENTI OĦRAJN
|
(1) |
Permezz tar-Regolament (UE) Nru 513/2013 (3), il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) imponiet dazju antidumping proviżorju fuq l-importazzjonijiet fl-Unjoni Ewropea (“l-Unjoni”) ta' moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin (“moduli”) u l-komponenti ewlenin (jiġifieri ċ-ċelloli u l-wejfers) li joriġinaw jew jiġu kkunsinjati mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“ir-RPĊ”). |
|
(2) |
Grupp ta' produtturi esportaturi ta mandat lill-Kamra tal-Kummerċ taċ-Ċina għall-Importazzjoni u għall-Esportazzjoni ta' Makkinarju u ta' Prodotti Elettroniċi (“CCCME” — China Chamber of Commerce for Import and Export of Machinery and Electronic Products) sabiex tippreżenta impenn fuq il-prezz f'isimhom lill-Kummissjoni, kif fil-fatt għamlu. Huwa ċar mit-termini ta' dan l-impenn fuq il-prezz li huwa jikkostitwixxi ġabra ta' impenji individwali fuq il-prezz għal kull produttur esportatur, li hija, għal raġunijiet ta' prattiċità tal-amministrazzjoni, ikkoordinata mis-CCCME. |
|
(3) |
Permezz tad-Deċiżjoni 2013/423/UE (4), il-Kummissjoni aċċettat dan l-impenn fuq il-prezz fir-rigward tad-dazju antidumping proviżorju. Permezz tar-Regolament (UE) Nru 748/2013 (5), il-Kummissjoni emendat ir-Regolament (UE) Nru 513/2013 sabiex tintroduċi l-bidliet tekniċi meħtieġa minħabba l-aċċettazzjoni tal-impenn fir-rigward tad-dazju antidumping proviżorju. |
|
(4) |
Permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1238/2013 (6), il-Kunsill impona dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' moduli u ta' ċelloli fl-Unjoni li joriġinaw jew li jiġu kkunsinjati mir-RPĊ (“il-prodotti kkonċernati”). Permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1239/2013 (7), il-Kunsill impona wkoll dazju kumpensatorju definittiv fuq l-importazzjonijiet fl-Unjoni tal-prodotti kkonċernati. |
|
(5) |
Wara n-notifika ta' verżjoni emendata tal-impenn fuq il-prezz minn grupp ta' produtturi esportaturi (“il-produtturi esportaturi”) flimkien mas-CCCME, il-Kummissjoni kkonfermat, permezz tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/707/UE (8), li aċċettat l-impenn fuq il-prezz kif emendat (“l-impenn”) għall-perjodu ta' applikazzjoni ta' miżuri definittivi. L-Anness ta' din id-Deċiżjoni jelenka b'mod partikolari l-produtturi esportaturi li għalihom ġie aċċettat l-impenn, fost l-oħrajn:
|
|
(6) |
Permezz tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/657/UE (9), il-Kummissjoni aċċettat proposta mill-produtturi esportaturi flimkien mas-CCCME għal kjarifiki rigward l-implimentazzjoni tal-impenn għall-prodotti kkonċernati koperti mill-impenn, jiġifieri l-moduli u ċ-ċelloli li joriġinaw jew li jintbagħtu mir-RPĊ u li attwalment jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 8541 40 90 (il-kodiċijiet TARIC 8541409021, 8541409029, 8541409031 u 8541409039) magħmula mill-produtturi esportaturi (“il-prodott kopert”). Id-dazji antidumping u kumpensatorji msemmija fil-premessa (4) hawn fuq, flimkien mal-impenn, huma flimkien imsejħa “miżuri”. |
|
(7) |
Permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/866 (10) il-Kummissjoni rtirat l-aċċettazzjoni tal-impenn għal tliet produtturi esportaturi. |
|
(8) |
Permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1403 (11) il-Kummissjoni rtirat l-aċċettazzjoni tal-impenn għal produttur esportatur ieħor. |
|
(9) |
Permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2018 (12) il-Kummissjoni rtirat l-aċċettazzjoni tal-impenn għal żewġ produtturi esportaturi. |
|
(10) |
Il-Kummissjoni bdiet investigazzjoni ta' rieżami tal-iskadenza tal-miżuri antidumping permezz ta' Notifika ta' Bidu ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (13) fil-5 ta' Diċembru 2015. |
|
(11) |
Il-Kummissjoni bdiet investigazzjoni ta' rieżami tal-iskadenza tal-miżuri kumpensatorji permezz ta' Notifika ta' Bidu ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (14) fil-5 ta' Diċembru 2015. |
|
(12) |
Il-Kummissjoni bdiet reviżjoni interim parzjali tal-miżuri antidumping u l-miżuri kumpensatorji permezz ta' Notifika ta' Bidu ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (15) fil-5 ta' Diċembru 2015. |
|
(13) |
Permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/115 (16) il-Kummissjoni rtirat l-aċċettazzjoni tal-impenn għal produttur esportatur ieħor. |
|
(14) |
Permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/185 (17), il-Kummissjoni estendiet id-dazju antidumping definittiv impost bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1238/2013 fuq l-importazzjonijiet tal-prodotti kkonċernati li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina jew imwassla minnha għal importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li jaslu mill-Malasja u mit-Tajwan, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mill-Malasja u mit-Tajwan kif ukoll jekk le. |
|
(15) |
Permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/184 (18), il-Kummissjoni estendiet id-dazju kumpensatorju definittiv impost bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1239/2013 fuq l-importazzjonijiet tal-prodotti kkonċernati li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina jew li huma kkonsinjati minnha għal importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li jaslu mill-Malasja u mit-Tajwan, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mill-Malasja u mit-Tajwan kif ukoll jekk le. |
|
(16) |
Permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1045 (19) il-Kummissjoni rtirat l-aċċettazzjoni tal-impenn għal produttur esportatur ieħor. |
|
(17) |
Permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1382 (20) il-Kummissjoni rtirat l-aċċettazzjoni tal-impenn għal ħames produtturi esportaturi oħra. |
|
(18) |
Permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1402 (21) il-Kummissjoni rtirat l-aċċettazzjoni tal-impenn għal tliet produtturi esportaturi oħra. |
|
(19) |
Permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1998 (22) il-Kummissjoni rtirat l-aċċettazzjoni tal-impenn għal ħames produtturi esportaturi oħra. |
B. TERMINI TAL-IMPENN
|
(20) |
Il-produtturi esportaturi qablu, fost l-oħrajn, li ma jbigħux il-prodott kopert lill-ewwel klijent indipendenti fl-Unjoni inqas minn ċertu prezz minimu tal-importazzjoni (“MIP” — minimum import price), sal-limitu tal-livell annwali assoċjat tal-importazzjonijiet lejn l-Unjoni (“il-livell annwali”) stipulat fl-impenn. |
|
(21) |
Il-produtturi esportaturi qablu wkoll li jbigħu l-prodott kopert biss permezz ta' bejgħ dirett. Għall-fini tal-impenn, bejgħ dirett huwa ddefinit bħala bejgħ jew lill-ewwel klijent indipendenti fl-Unjoni jew permezz ta' parti relatata fl-Unjoni elenkati fl-impenn. |
|
(22) |
L-impenn jistabbilixxi, f'lista mhux eżawrjenti, il-ksur tal-impenn. Il-lista ta' ksur jinkludi bejgħ indirett lejn l-Unjoni minn kumpaniji oħra għajr dawk elenkati f'dan l-impenn. |
|
(23) |
L-impenn jobbliga wkoll lill-produtturi esportaturi sabiex jipprovdu lill-Kummissjoni b'informazzjoni dettaljata dwar il-bejgħ kollu tal-esportazzjoni tagħhom lejn l-Unjoni, u l-bejgħ mill-ġdid fl-Unjoni, fuq bażi trimestrali (“ir-rapporti trimestrali”). Dan ifisser li d-data ppreżentata f'dawn ir-rapporti trimestrali trid tkun kompluta u korretta u li t-tranżazzjonijiet irrappurtati jkunu totalment konformi mat-termini tal-impenn. Ir-rappurtar ta' bejgħ mill-ġdid fl-Unjoni huwa obbligu partikolari meta l-prodott ikkonċernat huwa mibjugħ lill-ewwel klijent indipendenti permezz ta' importatur relatat. Huma biss dawn ir-rapporti li jippermettu lill-Kummissjoni timmoniterja jekk il-prezz tal-bejgħ mill-ġdid tal-importatur relatat lill-ewwel klijent indipendenti huwiex skont l-MIP. |
|
(24) |
Il-produttur esportatur huwa responsabbli għall-ksur ta' kwalunkwe parti relatata, sew jekk tkun elenkata fl-impenn kif ukoll jekk le. |
C. MONITORAĠĠ TAL-PRODUTTURI ESPORTATURI U L-IRTIRAR VOLONTARJU
|
(25) |
Waqt il-monitoraġġ tal-konformità mal-impenn, il-Kummissjoni vverifikat l-informazzjoni ppreżentata minn Huashun China u Seraphim China li kienet rilevanti għall-impenn. Il-Kummissjoni vvalutat ukoll l-informazzjoni disponibbli pubblikament dwar l-istruttura korporattiva ta' dawn iż-żewġ kumpaniji. |
|
(26) |
Il-konstatazzjonijiet stipulati fil-premessi minn (27) sa (30) jindirizzaw il-problemi identifikati għal Huashun China u Seraphim China li jobbligaw lill-Kummissjoni tirtira l-aċċettazzjoni tal-impenn għal dawn il-produtturi esportaturi. |
D. RAĠUNIJIET GĦALL-IRTIRAR TAL-AĊĊETTAZZJONI TAL-IMPENN
(a) Bejgħ minn Huashun China
|
(27) |
Fir-rapporti tagħha ta' kull tliet xhur, Huashun China kienet irrappurtat tranżazzjoni ta' bejgħ tal-prodott kopert lil importatur allegatament mhux relatat fl-Unjoni u ħarġet fatturi ta' impenn. Fuq il-bażi tal-informazzjoni disponibbli għall-Kummissjoni, l-importatur involut fit-tranżazzjoni msemmija hawn fuq kien relatat ma' Huashun China. Billi dan l-importatur mhuwiex elenkat bħala parti relatata fl-impenn, Huashun China kisret it-termini tal-impenn kif deskritt fil-premessi minn (20) sa (22). |
|
(28) |
L-ebda mill-bejgħ mill-ġdid mill-importatur relatat ma kien irrappurtat lill-Kummissjoni. Għalhekk, Huashun China kisret ukoll it-termini tal-impenn kif deskritt fil-premessa (23) u (24). |
(b) Bejgħ minn Seraphim China
|
(29) |
Fir-rapporti tagħha ta' kull tliet xhur, Seraphim China kienet irrapurtat tranżazzjonijiet ta' bejgħ tal-prodott kopert lil importatur allegatament mhux relatat fl-Unjoni u ħarġet fatturi ta' impenn. Fuq il-bażi tal-informazzjoni disponibbli għall-Kummissjoni, l-importatur involut fit-tranżazzjoni msemmija hawn fuq kien relatat ma' Seraphim China. Billi dan l-importatur mhuwiex elenkat bħala parti relatata fl-impenn, Seraphim China kisret it-termini tal-impenn kif deskritt fil-premessi minn (20) sa (22). |
|
(30) |
L-ebda mill-bejgħ mill-ġdid mill-importatur relatat ma kien irrappurtat lill-Kummissjoni. Għalhekk, Seraphim China kisret ukoll it-termini tal-impenn kif deskritt fil-premessa (23) u (24). |
E. INVALIDAZZJONI TAL-FATTURI TAL-IMPENN
|
(31) |
It-tranżazzjonijiet ta' bejgħ indirett magħmula minn Huashun China u Seraphim China huma marbutin mal-fatturi ta' impenn li ġejjin:
|
|
(32) |
Għaldaqtstant, f'konformità mal-Artikolu 3(2)(b) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1238/2013, l-Artikolu 2(2)(b) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1239/2013, dawn il-fatturi huma ddikjarati invalidi. Id-dejn doganali mġarrab fiż-żmien tal-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni għar-rilaxx f'ċirkolazzjoni libera għandu jiġi rkuprat mill-awtoritajiet doganali nazzjonali skont l-Artikolu 105 minn (3) sa (6) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (23) meta jidħol fis-seħħ l-irtirar tal-impenn fir-rigward taż-żewġ produtturi esportaturi. L-awtoritajiet doganali nazzjonali responsabbli għall-ġbir tad-dazji se jiġu infurmati kif xieraq. |
|
(33) |
F'dan il-kuntest, il-Kummissjoni tfakkar li skont l-Artikolu 3(1)(b) moqri flimkien mal-Anness III, Nru 7 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1238/2013 u skont l-Artikolu 2(1)(b) moqri flimkien mal-Anness 2, Nru 7 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1239/2013, l-importazzjonijiet huma eżenti mid-dazji biss jekk il-fattura tindika l-prezz u tnaqqis possibbli. Meta ma jinżammux dawn il-kundizzjonijiet, id-dazji huma dovuti, anki meta l-fattura kummerċjali li takkumpanja l-prodotti ma tkunx ġiet invalidata mill-Kummissjoni. |
F. VALUTAZZJONI ĠENERALI TA' PRATTIKABBILTÀ TAL-IMPENN ĠENERALI
|
(34) |
L-impenn jistipula li ksur minn produttur esportatur individwali ma jwassalx awtomatikament għal irtirar tal-aċċettazzjoni tal-impenn għall-produtturi esportaturi kollha. F'dan il-każ, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-impatt ta' dak il-ksur partikolari fuq il-prattikabbiltà tal-impenn bl-effett għall-produtturi esportaturi kollha u s-CCCME. |
|
(35) |
Għalhekk il-Kummissjoni vvalutat l-impatt tal-ksur minn Huashun China u Seraphim China fuq il-prattikabbiltà tal-impenn bl-effett għall-produtturi esportaturi kollha u s-CCCME. |
|
(36) |
Ir-responsabbiltà għall-ksur hija biss tal-produtturi esportaturi inkwistjoni; il-monitoraġġ ma żvela l-ebda ksur sistematiku minn għadd kbir ta' produtturi esportaturi jew mis-CCCME. |
|
(37) |
Għaldaqstant, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-funzjonament ġenerali tal-impenn mhuwiex affettwat u li ma hemm l-ebda raġuni għall-irtirar tal-aċċettazzjoni tal-impenn għall-produtturi esportaturi kollha u s-CCCME. |
G. SOTTOMISSJONIJIET BIL-MIKTUB U SEDUTI TA' SMIGĦ
|
(38) |
Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jinstemgħu u li jippreżentaw kummenti skont l-Artikolu 8(9) tar-Regolament antidumping bażiku u l-Artikolu 13(9) tar-Regolament antisussidji bażiku. |
|
(39) |
Iż-żewġ produtturi esportaturi ressqu kummenti wara d-divulgazzjoni. Produttur esportatur wieħed ikkontesta r-relazzjoni billi allega li l-importatur fl-Unjoni kien proprjetà ta' persuna oħra li mhijiex il-produttur esportatur. Il-Kummissjoni bagħtet evidenza addizzjonali li tikkonferma r-relazzjoni bejn il-produttur esportatur u l-importatur fl-Unjoni. L-esportatur produttur ma ppreżentax osservazzjonijiet oħra. Għalhekk, it-talba ġiet rifjutata. |
|
(40) |
Il-produttur esportatur l-ieħor għamel dikjarazzjoni ġenerali li tikkontesta l-evidenza tal-Kummissjoni dwar ir-relazzjoni, mingħajr ma kompla jissostanzjaha. Il-Kummissjoni tinnota li l-produttur esportatur ma kkontestax ir-relazzjoni nnifisha. Il-Kummissjoni tinnota wkoll li d-dikjarazzjoni ġiet iddikjarata mill-produttur esportatur fit-tweġibiet dwar il-kampjunar fir-rieżami ta' skadenza li għaddej bħalissa tal-miżuri fis-seħħ. |
|
(41) |
Barra minn hekk, produttur esportatur wieħed talab smigħ iżda ma tax segwitu meta ntlalab jagħmel dan. |
|
(42) |
L-istess produttur esportatur ikkontesta l-invalidazzjoni tal-irċevuti. Huwa talab li l-Kummissjoni ma tistax timponi dazji/tordna lid-dwana timponi dazji fuq importazzjonijiet rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa qabel id-data tal-irtirar tal-aċċettazzjoni tal-impenn jekk l-importazzjonijiet ma kienux ġew reġistrati. It-talba hija bbażata fuq impenn li l-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li timponi dazji proviżorji qabel l-irtirar tal-aċċettazzjoni tal-impenn. Skont l-Artikolu 8(10) tar-Regolament bażiku dwar l-antidumping u l-Artikolu 13(10) tar-Regolament bażiku dwar l-antisussidji, ma jistax jiġi impost dazju proviżjorju f'każ li l-investigazzjoni li wasslet għal impenn ma tkunx ġiet kompluta. Dan mhuwiex il-każ meta l-investigazzjonijiet ikunu ġew kompluti bl-imponiment ta' dazji antidumping u kumpensatorju definittivi. Konsegwentement, skont l-Artikolu 8(9) tar-Regolament bażiku dwar l-antidumping u l-Artikolu 13(9) tar-Regolament bażiku dwar l-antisussidju, f'każ ta' ksur jew irtirar tal-aċċettazzjoni tal-impenn mill-Kummissjoni, id-dazji definittivi għandhom japplikaw b'mod awtomatiku. It-talba, għalhekk, hija rifjutata. |
|
(43) |
Il-produttur esportatur talab ukoll li l-Kummissjoni nnifisha rrikonoxxiet li ma hemm ebda bażi legali għall-irtirar retroattiv (24). Il-Kummissjoni tinnota li l-irtirar fil-każ preżenti mhuwiex retroattiv. Huwa irtirar tal-aċċettazzjoni tal-impenn flimkien mal-invalidazzjoni tal-irċevuti tal-impenn. Ir-reazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-irtirar retroattiv kienet ukoll speċifika għaċ-ċirkostanzi tal-irtirar partikolari u t-talba partikolari magħmula minn wieħed mill-partijiet f'dak il-każ. It-talba, għalhekk, hija rifjutata. |
H. RTIRAR TAL-AĊĊETTAZZJONI TAL-IMPENN U IMPOŻIZZJONIJIET TA' DAZJI DEFINITTIVI
|
(44) |
Għalhekk, skont l-Artikolu 8(9) tar-Regolament antidumping bażiku u l-Artikolu 13(9) tar-Regolament antisussidji bażiku, kif ukoll skont it-termini tal-impenn, il-Kummissjoni kkonkludiet li jeħtieġ li l-aċċettazzjoni tal-impenn għal Huashun China u Seraphim China tiġi rtirata. |
|
(45) |
Għaldaqstant, skont l-Artikolu 8(9) tar-Regolament antidumping bażiku u l-Artikolu 13(9) tar-Regolament antisussidji bażiku, id-dazju antidumping definittiv impost mill-Artikolu 1 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1238/2013 u d-dazju kumpensatorju definittiv impost mill-Artikolu 1 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1239/2013 japplikaw awtomatikament għall-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġinaw jew jiġu kkunsinjati mir-RPĊ u li huma magħmula minn Ningbo Huashun Solar Energy Technology Co. Ltd, koperta mill-kodiċi addizzjonali TARIC: B856 u Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd koperta mill-kodiċi addizzjonali TARIC: B836 mill-jum tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. |
|
(46) |
Meta l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jkollhom indikazzjonijiet li l-prezz ippreżentat f'irċevuta ta' impriża ma jkunx jikkorrispondi mal-prezz li fil-fatt tħallas, jeħtieġ li huma jinvestigaw jekk ġiex miksur ir-rekwiżit li jiġi inkluż kwalunkwe tnaqqis fl-irċevuti tal-impenn jew ma ġiex rispettat l-MIP. Meta l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jikkonkludu li kien hemm tali ksur jew jekk l-MIP ma ġiex rispettat, jeħtieġ li jiġbru d-dazji bħala konsegwenza ta' dan. Fuq il-bażi tal-Artikolu 4(3) tat-Trattat, sabiex jiġi ffaċilitat ix-xogħol tal-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, jeħtieġ li l-Kummissjoni f'tali sitwazzjoniijiet taqsam it-test kunfidenzjali u informazzjoni oħra dwar l-impenn għall-iskop ewlieni ta' proċedimenti nazzjonali. |
|
(47) |
Għal skopijiet ta' informazzjoni, it-tabella fl-Anness II ta' dan ir-Regolament telenka l-produtturi esportaturi li għalihom l-aċċettazzjoni tal-impenn mid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/707/UE mhijiex affettwata, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Aċċettazzjoni tal-impenn f'relazzjoni ma' Ningbo Huashun Solar Energy Technology Co. Ltd, kopert mill-kodiċi addizzjonali TARIC: B856 u Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd koperta mill-kodiċi addizzjonali TARIC: B836 huwa b'dan irtirat.
Artikolu 2
1. Il-fatturi tal-impenn elenkati fl-Anness I ta' dan ir-Regolament jiġu ddikjarati invalidi.
2. Id-dazji antidumping u kumpensatorji dovuti fil-ħin tal-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni għar-rilaxx f'ċirkolazzjoni libera skont l-Artikolu 3(2)(b) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1238/2013 u l-Artikolu 2(2)(b) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1239/2013.
Artikolu 3
1. Meta l-awtoritajiet doganali jkollhom indikazzjonijiet li l-prezz ippreżentat f'irċevuta ta' impenn skont l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1238/2013 u l-Artikolu 2(1)(b) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1239/2013 maħruġ minn kumpanija msemmija fl-Artikolu 1 qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament ma jkunx jikkorrispondi mal-prezz imħallas u li għalhekk il-kumpaniji setgħu kisru l-impenn, l-awtoritajiet doganali jistgħu, jekk ikun meħtieġ għall-fini tat-twettiq ta' proċedimenti nazzjonali, jitolbu lill-Kummissjoni tiżvelalhom kopja tal-impenn u informazzjoni oħra sabiex tivverifika l-prezz ta' importazzjoni minimu applikabbli (“MIP”) fil-jum meta nħarġet l-irċevuta tal-impenn.
2. Meta tali verifika tiżvela li l-prezz imħallas huwa anqas mill-MIP, għandhom jinġabru d-dazji dovuti bħala konsegwenza skont l-Artikolu 8(9) tar-Regolament (UE) 2016/1036 u l-Artikolu 13(9) tar-Regolament (UE) 2016/1037.
Meta din il-verifika tiżvela li skonti u tnaqqis ma ġewx inklużi fl-irċevuta kummerċjali, għandhom jinġabru d-dazji dovuti bħala konsegwenza skont l-Artikolu 3(2)(a) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1238/2013 u l-Artikolu 2(2)(a) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1239/2013.
3. L-informazzjoni f'konformità mal-paragrafu 1 tista' tintuża biss għall-fini ta' infurzar ta' dazji dovuti skont l-Artikolu 3(2)(a) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1238/2013 u l-Artikolu 2(2)(a) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1239/2013. F'dan il-kuntest, l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jistgħu jipprovdu lid-debitur ta' dawn id-dazji b'din l-informazzjoni għall-iskop uniku tas-salvagwardja tad-drittijiet ta' difiża tagħhom. Tali informazzjoni ma għandha taħt l-ebda ċirkostanza tiġi żvelata lil partijiet terzi.
Artikolu 4
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-7 ta' Diċembru 2016.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.
(2) ĠU L 176, 30.6.2016, p. 55.
(4) ĠU L 209, 3.8.2013, p. 26.
(6) ĠU L 325, 5.12.2013, p. 1.
(7) ĠU L 325, 5.12.2013, p. 66.
(8) ĠU L 325, 5.12.2013, p. 214.
(9) ĠU L 270, 11.9.2014, p. 6.
(10) ĠU L 139, 5.6.2015, p. 30.
(11) ĠU L 218, 19.8.2015, p. 1.
(12) ĠU L 295, 12.11.2015, p. 23.
(13) ĠU C 405, 5.12.2015, p. 8.
(14) ĠU C 405, 5.12.2015, p. 20.
(15) ĠU C 405, 5.12.2015, p. 33.
(16) ĠU L 23, 29.1.2016, p. 47.
(17) ĠU L 37, 12.2.2016, p. 76.
(18) ĠU L 37, 12.2.2016, p. 56.
(19) ĠU L 170, 29.6.2016, p. 5.
(20) ĠU L 222, 17.8.2016, p. 10.
(21) ĠU L 228, 23.8.2016, p. 16.
(22) ĠU L 308, 16.11.2016, p. 8.
(23) ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1.
(24) B'referenza għar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1403.
ANNESS I
Lista ta' fatturi tal-impenn li huma ddikjarati invalidi
|
Numru tal-fattura kummerċjali li takkumpanja l-oġġetti soġġetti għal impenn |
Data |
Maħruġa minn |
Maħruġa lil |
|
HS-CI13A0916 |
25.9.2013 |
Ningbo Huashun Solar Energy Co. Ltd |
Huashun Solar GmbH |
|
HS-13A0812 |
12.8.2013 |
Ningbo Huashun Solar Energy Co. Ltd |
Huashun Solar GmbH |
|
HS-CI13A0607 |
13.8.2013 |
Ningbo Huashun Solar Energy Co. Ltd |
Huashun Solar GmbH |
|
HS-13A1022 |
29.10.2013 |
Ningbo Huashun Solar Energy Co. Ltd |
Huashun Solar GmbH |
|
HS-13A1107 |
15.11.2013 |
Ningbo Huashun Solar Energy Co. Ltd |
Huashun Solar GmbH |
|
HS-13A1120 |
29.11.2013 |
Ningbo Huashun Solar Energy Co. Ltd |
Huashun Solar GmbH |
|
HS-14A0312DE |
12.3.2014 |
Ningbo Huashun Solar Energy Co. Ltd |
Huashun Solar GmbH |
|
HS-13A0325DE |
20.4.2014 |
Ningbo Huashun Solar Energy Co. Ltd |
Huashun Solar GmbH |
|
HS-14A0510DE |
19.5.2014 |
Ningbo Huashun Solar Energy Co. Ltd |
Huashun Solar GmbH |
|
HS-13A0421DE |
21.4.2014 |
Ningbo Huashun Solar Energy Co. Ltd |
Huashun Solar GmbH |
|
HS-14A0917DE |
26.9.2014 |
Ningbo Huashun Solar Energy Co. Ltd |
Huashun Solar GmbH |
|
HS-14A0701DE |
1.7.2014 |
Ningbo Huashun Solar Energy Co. Ltd |
Huashun Solar GmbH |
|
HS-14A0822DE |
28.8.2014 |
Ningbo Huashun Solar Energy Co. Ltd |
Huashun Solar GmbH |
|
HS-14A1013DE |
16.10.2014 |
Ningbo Huashun Solar Energy Co. Ltd |
Huashun Solar GmbH |
|
HS-14A1102DE |
28.11.2014 |
Ningbo Huashun Solar Energy Co. Ltd |
Huashun Solar GmbH |
|
HS-15A0503 |
7.6.2015 |
Ningbo Huashun Solar Energy Co. Ltd |
Huashun Solar GmbH |
|
HS-14A0409 |
27.4.2015 |
Ningbo Huashun Solar Energy Co. Ltd |
Huashun Solar GmbH |
|
HS-15A0502 |
21.5.2015 |
Ningbo Huashun Solar Energy Co. Ltd |
Huashun Solar GmbH |
|
HS-15A0407 |
8.4.2015 |
Ningbo Huashun Solar Energy Co. Ltd |
Huashun Solar GmbH |
|
HS-15A0613 |
26.6.2015 |
Ningbo Huashun Solar Energy Co. Ltd |
Huashun Solar GmbH |
|
HS-15A0801 |
11.8.2015 |
Ningbo Huashun Solar Energy Co. Ltd |
Huashun Solar GmbH |
|
HS-15A07102 |
14.9.2015 |
Ningbo Huashun Solar Energy Co. Ltd |
Huashun Solar GmbH |
|
HS-15A07101 |
1.9.2015 |
Ningbo Huashun Solar Energy Co. Ltd |
Huashun Solar GmbH |
|
HS-15A0713 |
5.8.2015 |
Ningbo Huashun Solar Energy Co. Ltd |
Huashun Solar GmbH |
|
HS-15A1210 |
23.12.2015 |
Ningbo Huashun Solar Energy Co. Ltd |
Huashun Solar GmbH |
|
HS-15A1207 |
23.12.2015 |
Ningbo Huashun Solar Energy Co. Ltd |
Huashun Solar GmbH |
|
HS-15A11091 |
27.11.2015 |
Ningbo Huashun Solar Energy Co. Ltd |
Huashun Solar GmbH |
|
HS-15A12032 |
9.12.2015 |
Ningbo Huashun Solar Energy Co. Ltd |
Huashun Solar GmbH |
|
HS-15A1003DE |
26.10.2015 |
Ningbo Huashun Solar Energy Co. Ltd |
Huashun Solar GmbH |
|
HS-15A12031 |
9.12.2015 |
Ningbo Huashun Solar Energy Co. Ltd |
Huashun Solar GmbH |
|
HS-15A1206 |
29.12.2015 |
Ningbo Huashun Solar Energy Co. Ltd |
Huashun Solar GmbH |
|
HS-15A1114 |
1.12.2015 |
Ningbo Huashun Solar Energy Co. Ltd |
Huashun Solar GmbH |
|
HS-15A1008 |
3.11.2015 |
Ningbo Huashun Solar Energy Co. Ltd |
Huashun Solar GmbH |
|
HS-16A0107 |
22.1.2016 |
Ningbo Huashun Solar Energy Co. Ltd |
Huashun Solar GmbH |
|
HS-16A0114 |
22.1.2016 |
Ningbo Huashun Solar Energy Co. Ltd |
Huashun Solar GmbH |
|
HS-16A01021 |
11.1.2016 |
Ningbo Huashun Solar Energy Co. Ltd |
Huashun Solar GmbH |
|
HS-16A0304 |
17.3.2016 |
Ningbo Huashun Solar Energy Co. Ltd |
Huashun Solar GmbH |
|
HS-16A01022 |
11.1.2016 |
Ningbo Huashun Solar Energy Co. Ltd |
Huashun Solar GmbH |
|
HS-16A0313 |
30.3.2016 |
Ningbo Huashun Solar Energy Co. Ltd |
Huashun Solar GmbH |
|
HS-16A0308 |
17.3.2016 |
Ningbo Huashun Solar Energy Co. Ltd |
Huashun Solar GmbH |
|
HS-15A1213 |
8.1.2016 |
Ningbo Huashun Solar Energy Co. Ltd |
Huashun Solar GmbH |
|
HS-16A0105 |
8.1.2016 |
Ningbo Huashun Solar Energy Co. Ltd |
Huashun Solar GmbH |
|
HS-16A0318 |
7.4.2016 |
Ningbo Huashun Solar Energy Co. Ltd |
Huashun Solar GmbH |
|
HS-16A0812 |
19.8.2016 |
Ningbo Huashun Solar Energy Co. Ltd |
Huashun Solar GmbH |
|
HS-16A0613 |
13.7.2016 |
Ningbo Huashun Solar Energy Co. Ltd |
Huashun Solar GmbH |
|
HS-16A0702 |
27.7.2016 |
Ningbo Huashun Solar Energy Co. Ltd |
Huashun Solar GmbH |
|
HS-16A0920 |
28.9.2016 |
Ningbo Huashun Solar Energy Co. Ltd |
Huashun Solar GmbH |
|
SS8801C32-FU_2 |
29.5.2014 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
|
SS8801C13-FU |
1.4.2014 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
|
SS8801C23-FU |
23.4.2014 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
|
SS8801C32-FU_1 |
22.5.2014 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
|
SS8801C50-FU_2 |
24.7.2014 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
|
SS8801C50-FU_1 |
17.7.2014 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
|
SS8801C45-FU |
12.7.2014 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
|
SS8801C69-FU_2 |
17.9.2014 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
|
SS8801C69-FU_1 |
17.9.2014 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
|
SS8801C80-FU_2 |
10.10.2014 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
|
SS8801C91-FU |
12.11.2014 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
|
SS8801C78-FU_1 |
1.10.2014 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
|
SS8801C80-FU_1 |
10.10.2014 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
|
SS8801C107-FU |
25.12.2014 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
|
SS8801C07-FI |
3.2.2015 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
|
SS8801C29-FI_2 |
28.3.2015 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
|
SS8801C40-FI |
28.3.2015 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
|
SS8801C113-FU |
6.1.2015 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
|
SS8801C24-FI |
13.3.2015 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
|
SS8801C29-FI_1 |
18.3.2015 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
|
SS8801C50-FI |
28.4.2015 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
|
SS8801C47-FI_1 |
7.4.2015 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
|
SS8801C88-FI |
17.6.2015 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
|
SS8801C90-FI |
25.6.2015 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
|
SS8801C45-FI_2 |
19.4.2015 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
|
AN8801C01-FI_1 |
24.5.2015 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
|
SS8801C49-FI_2 |
28.4.2015 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
|
AN8801C01-FI_2 |
2.6.2015 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
|
SS8801C45-FI |
15.4.2015 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
|
SS8801C49-FI_1 |
22.4.2015 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
|
SS8801C60-FI_1 |
8.5.2015 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
|
SS8801C60-FI_2 |
11.5.2015 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
|
SS8801C48-FI |
15.4.2015 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
|
AN8801C03-FI_3 |
25.8.2015 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
|
SS8801C116-FI |
21.8.2015 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
|
SS8801C106-FI_8 |
26.7.2015 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
|
SS8801C112-FI_3 |
14.8.2015 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
|
SS8801C117-FI |
26.7.2015 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
|
SS8801C106-FU_3 |
7.7.2015 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
|
SS8801C130-FI |
7.9.2015 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
|
SS8801C106-FI_4 |
13.7.2015 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
|
SS8801C126-FI |
25.8.2015 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
|
SS8801C121-FI_1 |
7.8.2015 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
|
SS8801C112-FI_2 |
26.7.2015 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
|
AN8801C02-FI |
16.7.2015 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
|
SS8801C112-FI_1 |
17.7.2015 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
|
SS8801C118-FI |
15.7.2015 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
|
SS8801C129-FI |
11.9.2015 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
|
AN8801C03-FI_5 |
16.9.2015 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
|
AN8801C03-FI_1 |
14.8.2015 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
|
AN8801C01-FI_4 |
7.7.2015 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
|
SS8801C125-FI_1 |
14.8.2015 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
|
SS8801C123-FI |
4.8.2015 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
|
AN8801C03-FI_4 |
28.8.2015 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
|
SS8801C125-FI_2 |
21.8.2015 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
|
AN8801C01-FI_3 |
3.7.2015 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
|
SS8801C109-FI |
4.8.2015 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
|
SS8801C106-FI_7 |
25.7.2015 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
|
SS8801C121-FI_2 |
7.8.2015 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
|
SS8801C135-FI |
25.9.2015 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
|
AN8801C01-FI_5 |
13.7.2015 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
|
SS8801C106-FI_5 |
13.7.2015 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
|
SS8801C106-FI_1 |
3.7.2015 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
|
SS8801C106-FI_6 |
17.7.2015 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
|
AN8801C03-FI_2 |
21.8.2015 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
|
SS8801C106-FI_2 |
3.7.2015 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
|
SS8801C155-FI_3 |
18.12.2015 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
|
SS8801C146-FI_4 |
1.12.2015 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
|
SS8801C155-FI_1 |
14.12.2015 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
|
SS8801C146-FI_2 |
5.11.2015 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
|
SS8801C139-FI |
21.10.2015 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
|
SS8801C143-FI_1 |
29.10.2015 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
|
SS8801C155-FI_6 |
30.12.2015 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
|
SS8801C166-FI |
18.12.2015 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
|
SS8801C143-FI_3 |
9.11.2015 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
|
SS8801C155-FI_5 |
30.12.2015 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
|
SS8801C137-FI |
12.10.2015 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
|
SS8801C136-FI_3 |
21.10.2015 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
|
SS8801C136-FI_1-N |
26.10.2015 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
|
SS8801C136-FI_1 |
12.10.2015 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
|
SS8801C168-FI_1 |
14.12.2015 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
|
AN8801C03-FI_7 |
21.10.2015 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
|
SS8801C146-F_3 |
23.11.2015 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
|
SS8801C136-FI_2 |
21.10.2015 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
|
SS8801C146-FI_5 |
2.12.2015 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
|
SS8801C155-FI_2 |
14.12.2015 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
|
SS8801C146-FI_6 |
7.12.2015 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
|
SS8801C155-FI_10 |
15.12.2015 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
|
SS8801C106-FI_5-N |
23.11.2015 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
|
SS8801C145-FI |
29.10.2015 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
|
SS8801C155-FI_4 |
18.12.2015 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
|
SS8801C143-FI_4 |
23.11.2015 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
|
SS8801C143-FI_2 |
29.10.2015 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
|
AN8801C03-FI_6 |
13.10.2015 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
|
SS8801C168-FI_2 |
14.12.2015 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
|
SS8801C146-FI_1 |
9.11.2015 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
|
SS8801C155-FI_7 |
5.1.2016 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
|
SS8801C170-FI |
18.1.2016 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
|
SS8801C155-FI_3-N |
23.3.2016 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
|
SS8801C163-FI_4 |
28.1.2016 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
|
SS8801C163-FI_3 |
28.1.2016 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
|
SS8801C169-FI_2 |
28.1.2016 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
|
SS8801C155-FI_8 |
25.1.2016 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
|
SS8801C155-FI_9 |
3.2.2016 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
|
SS8801C163-FI_5 |
3.2.2016 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
|
SS8801C163-FI_1 |
14.1.2016 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
|
SS8801C163-FI_2 |
25.1.2016 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
|
SS8801C169-FI_1 |
25.1.2016 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
|
SS8801C171-FI |
18.1.2016 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
|
SS8801C35-SX |
20.5.2016 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
|
SS8801C34-SX_3 |
23.6.2016 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
|
SS8801C28-SX-2 |
17.5.2016 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
|
SS8801C34-SX_2 |
6.6.2016 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
|
SS8801C37-SX_1 |
16.6.2016 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
|
SS8801C34-SX_1 |
20.5.2016 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
|
SS8801C24-SX |
9.5.2016 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
|
SS8801C23-SX |
9.5.2016 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
|
SS8801C28-SX-1 |
11.5.2016 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
|
SS8801C37-SX_2 |
23.6.2016 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
|
SS8801C40-SX_3 |
14.7.2016 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
|
SS8801C50-SX_2 |
19.8.2016 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
|
SS8801C50-SX_2 |
19.8.2016 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
|
SS8801C51-SX_1 |
24.8.2016 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
|
SS8801C51-SX_2 |
20.9.2016 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
|
SS8801C46-SX |
19.7.2016 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
|
SS8801C57-SX |
30.9.2016 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
|
SS8801C57-SX |
30.9.2016 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
|
SS8801C50-SX_3 |
24.8.2016 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
|
SS8801C40-SX_2 |
6.7.2016 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
|
SS8801C45-SX_2 |
19.8.2016 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
|
SS8801C44-SX_2 |
2.8.2016 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
|
SS8801C40-SX_1 |
6.7.2016 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
|
SS8801C50-SX_1 |
15.8.2016 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
|
SS8801C44-SX_1 |
19.7.2016 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
|
SS8801C45-SX_1 |
15.8.2016 |
Jiangsu Seraphim Solar System Co. Ltd |
Seraphim Solar System GmbH |
ANNESS II
Lista ta' kumpaniji
|
Isem tal-kumpanija |
Kodiċi TARIC addizzjonali |
|
Jiangsu Aide Solar Energy Technology Co. Ltd |
B798 |
|
Alternative Energy (AE) Solar Co. Ltd |
B799 |
|
Anhui Chaoqun Power Co., Ltd |
B800 |
|
Anji DaSol Solar Energy Science & Technology Co. Ltd |
B802 |
|
Anhui Schutten Solar Energy Co. Ltd Quanjiao Jingkun Trade Co. Ltd |
B801 |
|
Anhui Titan PV Co. Ltd |
B803 |
|
Xi'an SunOasis (Prime) Company Limited TBEA SOLAR CO. LTD XINJIANG SANG'O SOLAR EQUIPMENT |
B804 |
|
Changzhou NESL Solartech Co. Ltd |
B806 |
|
Changzhou Shangyou Lianyi Electronic Co. Ltd |
B807 |
|
CHINALAND SOLAR ENERGY CO. LTD |
B808 |
|
ChangZhou EGing Photovoltaic Technology Co. Ltd |
B811 |
|
CIXI CITY RIXING ELECTRONICS CO. LTD ANHUI RINENG ZHONGTIAN SEMICONDUCTOR DEVELOPMENT CO. LTD HUOSHAN KEBO ENERGY & TECHNOLOGY CO. LTD |
B812 |
|
CSG PVtech Co. Ltd |
B814 |
|
China Sunergy (Nanjing) Co. Ltd CEEG Nanjing Renewable Energy Co. Ltd CEEG (Shanghai) Solar Science Technology Co. Ltd China Sunergy (Yangzhou) Co. Ltd China Sunergy (Shanghai) Co. Ltd |
B809 |
|
Dongfang Electric (Yixing) MAGI Solar Power Technology Co. Ltd |
B816 |
|
EOPLLY New Energy Technology Co. Ltd SHANGHAI EBEST SOLAR ENERGY TECHNOLOGY CO. LTD JIANGSU EOPLLY IMPORT & EXPORT CO. LTD |
B817 |
|
Zheijiang Era Solar Co. Ltd |
B818 |
|
GD Solar Co. Ltd |
B820 |
|
Greenway Solar-Tech (Shanghai) Co. Ltd Greenway Solar-Tech (Huaian) Co. Ltd |
B821 |
|
Konca Solar Cell Co. Ltd Suzhou GCL Photovoltaic Technology Co. Ltd Jiangsu GCL Silicon Material Technology Development Co. Ltd Jiangsu Zhongneng Polysilicon Technology Development Co. Ltd GCL-Poly (Suzhou) Energy Limited GCL-Poly Solar Power System Integration (Taicang) Co. Ltd GCL SOLAR POWER (SUZHOU) LIMITED GCL Solar System (Shuzhou) Limited GCL System Integration Technology Co. Ltd |
B850 |
|
Guodian Jintech Solar Energy Co. Ltd |
B822 |
|
Hangzhou Bluesun New Material Co. Ltd |
B824 |
|
Hanwha SolarOne (Qidong) Co. Ltd |
B826 |
|
Hengdian Group DMEGC Magnetics Co. Ltd |
B827 |
|
HENGJI PV-TECH ENERGY CO. LTD |
B828 |
|
Himin Clean Energy Holdings Co. Ltd |
B829 |
|
Jetion Solar (China) Co. Ltd Junfeng Solar (Jiangsu) Co. Ltd Jetion Solar (Jiangyin) Co. Ltd |
B830 |
|
Jiangsu Green Power PV Co. Ltd |
B831 |
|
Jiangsu Hosun Solar Power Co. Ltd |
B832 |
|
Jiangsu Jiasheng Photovoltaic Technology Co. Ltd |
B833 |
|
Jiangsu Runda PV Co. Ltd |
B834 |
|
Jiangsu Sainty Photovoltaic Systems Co. Ltd Jiangsu Sainty Machinery Imp. And Exp. Corp. Ltd |
B835 |
|
Jiangsu Shunfeng Photovoltaic Technology Co. Ltd Changzhou Shunfeng Photovoltaic Materials Co. Ltd Jiangsu Shunfeng Photovoltaic Electronic Power Co. Ltd |
B837 |
|
Jiangsu Sinski PV Co. Ltd |
B838 |
|
Jiangsu Sunlink PV Technology Co. Ltd |
B839 |
|
Jiangsu Zhongchao Solar Technology Co. Ltd |
B840 |
|
Jiangxi Risun Solar Energy Co. Ltd |
B841 |
|
Jiangxi LDK Solar Hi-Tech Co. Ltd LDK Solar Hi-Tech (Nanchang) Co. Ltd LDK Solar Hi-Tech (Suzhou) Co. Ltd |
B793 |
|
Jiangyin Hareon Power Co. Ltd Hareon Solar Technology Co. Ltd Taicang Hareon Solar Co. Ltd Hefei Hareon Solar Technology Co. Ltd Jiangyin Xinhui Solar Energy Co. Ltd Altusvia Energy (Taicang) Co. Ltd |
B842 |
|
Jiangyin Shine Science and Technology Co. Ltd |
B843 |
|
Jinzhou Yangguang Energy Co. Ltd Jinzhou Huachang Photovoltaic Technology Co. Ltd Jinzhou Jinmao Photovoltaic Technology Co. Ltd Jinzhou Rixin Silicon Materials Co. Ltd Jinzhou Youhua Silicon Materials Co. Ltd |
B795 |
|
Juli New Energy Co. Ltd |
B846 |
|
Jumao Photonic (Xiamen) Co. Ltd |
B847 |
|
King-PV Technology Co. Ltd |
B848 |
|
Kinve Solar Power Co. Ltd (Maanshan) |
B849 |
|
Lightway Green New Energy Co. Ltd Lightway Green New Energy(Zhuozhou) Co. Ltd |
B851 |
|
Nanjing Daqo New Energy Co. Ltd |
B853 |
|
NICE SUN PV CO. LTD LEVO SOLAR TECHNOLOGY CO. LTD |
B854 |
|
Ningbo Jinshi Solar Electrical Science & Technology Co. Ltd |
B857 |
|
Ningbo Komaes Solar Technology Co. Ltd |
B858 |
|
Ningbo South New Energy Technology Co. Ltd |
B861 |
|
Ningbo Sunbe Electric Ind Co. Ltd |
B862 |
|
Ningbo Ulica Solar Science & Technology Co. Ltd |
B863 |
|
Perfectenergy (Shanghai) Co. Ltd |
B864 |
|
Perlight Solar Co. Ltd |
B865 |
|
SHANGHAI ALEX SOLAR ENERGY SCIENCE & TECHNOLOGY CO. LTD SHANGHAI ALEX NEW ENERGY CO. LTD |
B870 |
|
Shanghai BYD Co. Ltd BYD(Shangluo)Industrial Co. Ltd |
B871 |
|
Shanghai Chaori Solar Energy Science & Technology Co. Ltd |
B872 |
|
Propsolar (Zhejiang) New Energy Technology Co. Ltd Shanghai Propsolar New Energy Co. Ltd |
B873 |
|
SHANGHAI SHANGHONG ENERGY TECHNOLOGY CO. LTD |
B874 |
|
SHANGHAI SOLAR ENERGY S&T CO. LTD Shanghai Shenzhou New Energy Development Co. Ltd Lianyungang Shenzhou New Energy Co. Ltd |
B875 |
|
Shanghai ST Solar Co. Ltd Jiangsu ST Solar Co. Ltd |
B876 |
|
Shenzhen Sacred Industry Co. Ltd |
B878 |
|
Shenzhen Topray Solar Co. Ltd Shanxi Topray Solar Co. Ltd Leshan Topray Cell Co. Ltd |
B880 |
|
Sopray Energy Co. Ltd Shanghai Sopray New Energy Co. Ltd |
B881 |
|
SUN EARTH SOLAR POWER CO. LTD NINGBO SUN EARTH SOLAR POWER CO. LTD Ningbo Sun Earth Solar Energy Co. Ltd |
B882 |
|
SUZHOU SHENGLONG PV-TECH CO. LTD |
B883 |
|
TDG Holding Co. Ltd |
B884 |
|
Tianwei New Energy Holdings Co. Ltd Tianwei New Energy (Chengdu) PV Module Co. Ltd Tianwei New Energy (Yangzhou) Co. Ltd |
B885 |
|
Wenzhou Jingri Electrical and Mechanical Co. Ltd |
B886 |
|
Shanghai Topsolar Green Energy Co. Ltd |
B877 |
|
Shenzhen Sungold Solar Co. Ltd |
B879 |
|
Wuhu Zhongfu PV Co. Ltd |
B889 |
|
Wuxi Saijing Solar Co. Ltd |
B890 |
|
Wuxi Shangpin Solar Energy Science and Technology Co. Ltd |
B891 |
|
Wuxi Solar Innova PV Co. Ltd |
B892 |
|
Wuxi Taichang Electronic Co. Ltd China Machinery Engineering Wuxi Co.Ltd Wuxi Taichen Machinery & Equipment Co. Ltd |
B893 |
|
Xi'an Huanghe Photovoltaic Technology Co. Ltd State-run Huanghe Machine-Building Factory Import and Export Corporation Shanghai Huanghe Fengjia Photovoltaic Technology Co. Ltd |
B896 |
|
Yingli Energy (China) Co. Ltd Baoding Tianwei Yingli New Energy Resources Co. Ltd Hainan Yingli New Energy Resources Co. Ltd Hengshui Yingli New Energy Resources Co. Ltd Tianjin Yingli New Energy Resources Co. Ltd Lixian Yingli New Energy Resources Co. Ltd Baoding Jiasheng Photovoltaic Technology Co. Ltd Beijing Tianneng Yingli New Energy Resources Co. Ltd Yingli Energy (Beijing) Co. Ltd |
B797 |
|
Yuhuan BLD Solar Technology Co. Ltd Zhejiang BLD Solar Technology Co. Ltd |
B899 |
|
Yuhuan Sinosola Science & Technology Co. Ltd |
B900 |
|
Zhangjiagang City SEG PV Co. Ltd |
B902 |
|
Zhejiang Fengsheng Electrical Co. Ltd |
B903 |
|
Zhejiang Global Photovoltaic Technology Co. Ltd |
B904 |
|
Zhejiang Heda Solar Technology Co. Ltd |
B905 |
|
Zhejiang Jiutai New Energy Co. Ltd Zhejiang Topoint Photovoltaic Co. Ltd |
B906 |
|
Zhejiang Kingdom Solar Energy Technic Co. Ltd |
B907 |
|
Zhejiang Koly Energy Co. Ltd |
B908 |
|
Zhejiang Mega Solar Energy Co. Ltd Zhejiang Fortune Photovoltaic Co. Ltd |
B910 |
|
Zhejiang Shuqimeng Photovoltaic Technology Co. Ltd |
B911 |
|
Zhejiang Shinew Photoelectronic Technology Co. Ltd |
B912 |
|
Zhejiang Sunflower Light Energy Science & Technology Limited Liability Company Zhejiang Yauchong Light Energy Science & Technology Co. Ltd |
B914 |
|
Zhejiang Sunrupu New Energy Co. Ltd |
B915 |
|
Zhejiang Tianming Solar Technology Co. Ltd |
B916 |
|
Zhejiang Trunsun Solar Co. Ltd Zhejiang Beyondsun PV Co. Ltd |
B917 |
|
Zhejiang Wanxiang Solar Co. Ltd WANXIANG IMPORT & EXPORT CO LTD |
B918 |
|
ZHEJIANG YUANZHONG SOLAR CO. LTD |
B920 |
|
Zhongli Talesun Solar Co. Ltd |
B922 |