7.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 332/13


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/2141

tas-6 ta' Diċembru 2016

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1238/95 fir-rigward tal-livell tat-tariffa annwali u tat-tariffi tal-eżamijiet pagabbli lill-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2100/94 tas-27 ta' Lulju 1994 dwar drittijiet ta' varjetajiet ta' pjanti fil-Komunità (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 113 tiegħu,

Wara li kkonsultat il-Kunsill Amministrattiv tal-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti,

Billi:

(1)

L-Artikolu 9(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1238/95 (2) jistipula l-livell tat-tariffa pagabbli lill-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti (“l-Uffiċċju”) għal kull sena tad-durata tad-dritt fuq varjetà ta' pjanta fil-Komunità.

(2)

Peress li r-riżerva finanzjarja tal-Uffiċċju waqgħet taħt il-livell meħtieġ biex jinżamm baġit ibbilanċjat u biex tiġi salvagwardata l-kontinwità tal-operazzjonijiet tiegħu, dik it-tariffa annwali għandha tiżdied.

(3)

L-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 1238/95 u l-Anness I tiegħu jistabbilixxu l-livell tat-tariffi għall-preparamenti u t-twettiq tal-eżami tekniku ta' varjetà li tkun is-suġġett ta' applikazzjoni għal dritt fuq Varjetà ta' Pjanta fil-Komunità pagabbli lill-Uffiċċju, “it-tariffa tal-eżamijiet”.

(4)

L-esperjenza miġbura mill-eżami tekniku turi li t-tariffi tal-eżamijiet jistgħu jimbdlu fuq medda ta' żmien għal ċerti gruppi ta' spiża. It-tariffi mitluba mill-Uffiċċju għandhom jirriflettu l-ammont totali tat-tariffi għall-gruppi ta' spiża rispettivi li għandhom jitħallsu mill-Uffiċċju lill-Uffiċċji tal-Eżamijiet. It-tariffi stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1238/95 għandhom għalhekk jiġu modifikati għall-gruppi ta' spiża kkonċernati.

(5)

Għaldaqstant ir-Regolament (KE) Nru 1238/95 għandu jiġi emendat.

(6)

Ikun xieraq li l-emendi proposti jibdew japplikaw mill-1 ta' Jannar 2017, sabiex ikunu sinkronizzati mal-bidu tas-sena finanzjarja għall-baġit tal-Uffiċċju.

(7)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar id-Drittijiet fuq Varjetà ta' Pjanta fil-Komunità,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 1238/95 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 9, il-paragrafu 1 jinbidel b'dan li ġej:

“1.   L-Uffiċċju se jitlob tariffa ta' EUR 330 lid-detentur ta' dritt fuq varjetà ta' pjanta fil-Komunità (“id-detentur”) għal kull sena tad-durata ta' dritt fuq varjetà ta' pjanta fil-Komunità (“tariffa annwali”), kif imsemmi fl-Artikolu 113(2)(d) tar-Regolament Bażiku.”

(2)

L-Anness I huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2017.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta' Diċembru 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 227, 1.9.1994, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1238/95 tal-31 ta' Mejju 1995 li jistabbilixxi r-regoli tal-implimentazzjoni sabiex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2100/94 rigward il-piżijiet pagabbli lill-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti (ĠU L 121, 1.6.1995, p. 31).


ANNESS

“ANNESS I

It-tariffi marbuta mal-eżami tekniku kif imsemmija fl-Artikolu 8

It-tariffa li trid titħallas għall-eżami tekniku ta' varjetà skont l-Artikolu 8 għandha tiġi determinata skont it-tabella:

(f'EUR)

 

Grupp ta' spiża

Tariffa

Grupp agrikolu

1

Patata

1 760

2

Kolza

1 860

3

Ħaxix

2 430

4

Speċijiet agrikoli oħrajn

1 530

Grupp tal-frott

5

Tuffieħ

3 050

6

Frawli

2 920

7

Speċijiet ta' frott oħrajn

2 810

Grupp ornamentali

8

Pjanti ornamentali b'kollezzjoni ta' referenza ħajja, test fis-serra

2 020

9

Pjanti ornamentali b'kollezzjoni ta' referenza ħajja, test fil-beraħ

1 960

10

Pjanti ornamentali mingħajr kollezzjoni ta' referenza ħajja, test fis-serra

1 940

11

Pjanti ornamentali mingħajr kollezzjoni ta' referenza ħajja, test fil-beraħ

1 730

12

Pjanti ornamentali, kundizzjonijiet fitosanitarji speċjali

3 350

Grupp tal-ħxejjex agrikoli

13

Ħxejjex agrikoli, test fis-serra

2 360

14

Ħxejjex agrikoli, test fil-beraħ

2 150 ”