2.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 327/44


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/2106

tal-1 ta' Diċembru 2016

li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 884/2014 li jimponi kundizzjonijiet speċjali għar-regolamentazzjoni tal-importazzjoni ta' ħwawar mill-Etjopja, tal-karawett mill-Arġentina u tal-ġellewż mill-Ażerbajġan u li jemenda l-kundizzjonijiet speċjali għar-regolamentazzjoni tal-importazzjoni tat-tin imnixxef u tal-ġellewż mit-Turkija u tal-karawett mill-Indja

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u li jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 53(1)(b)(ii) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 884/2014 (2) jimponi kundizzjonijiet speċjali fuq l-importazzjoni ta' ċertu għalf u ikel minn ċerti pajjiżi terzi minħabba r-riskju ta' kontaminazzjoni bl-aflatossini.

(2)

Mill-2015 kien hemm bosta notifiki fis-Sistema tat-Twissija Rapida għall-ikel u l-għalf (Rapid Alert System for Food and Feed — RASFF) fejn ġew irrappurtati livelli għoljin ta' aflatossini u okratossina A f'(taħlitiet ta') ħwawar mill-Etjopja. Biex titħares is-saħħa tal-bniedem u tal-annimali fl-Unjoni, jeħtieġ li jiġu stipulati garanziji addizzjonali fir-rigward tal-ħwawar mill-Etjopja.

(3)

Dan l-aħħar l-RASFF irrappurtat żieda fis-sejbiet ta' nuqqas ta' konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni rigward l-aflatossini fil-karawett mill-Arġentina u fil-ġellewż mill-Ażerbajġan. Fil-passat dawn iż-żewġ prodotti kienu elenkati biex isiru aktar kontrolli fuq l-importazzjonijiet tagħhom fil-qafas tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 669/2009 (3), u mbagħad tneħħew mil-lista wara li kellhom riżultati favorevoli mill-kontrolli uffiċjali. Minħabba ż-żieda ta' sejbiet ta' nuqqas ta' konformità, jeħtieġ li jiġu stipulati garanziji addizzjonali biex ikun żgurat li l-awtorità kompetenti tal-pajjiż tal-oriġini jwettaq il-kontrolli meħtieġa qabel ma dawn jiġu esportati lejn l-Unjoni. Għaldaqstant, biex titħares is-saħħa tal-bnedmin u tal-annimali fl-Unjoni, huwa meħtieġ ir-rekwiżit li kull konsenja ta' karawett mill-Arġentina u ta' ġellewż mill-Ażerbajġan li tkun maħsuba għall-importazzjoni fl-Unjoni għandu jkollha magħha ċertifikat tas-saħħa.

(4)

Ta' min wieħed jinnota li l-għalf u l-ikel komposti li jkun fihom xi għalf jew ikel kopert mill-kundizzjonijiet speċjali stipulati f'dan ir-Regolament fi kwantità ta' iktar minn 20 % huma wkoll koperti mill-kundizzjonijiet speċjali stipulati f'dan ir-Regolament. Ta' min wieħed jinnota wkoll li l-20 % jirreferi għat-total tal-prodotti koperti mill-kundizzjonijiet speċjali stipulati f'dan ir-Regolament.

(5)

Billi f'ċerti sitwazzjonijiet il-konsenji waslu fil-punt magħżul għall-importazzjoni (PMI) mingħajr ma mtlew l-entrati meħtieġa fid-Dokument Komuni tad-Dħul għall-kontroll tad-dokumenti, jixraq li jkun previst espliċitament li t-trasferiment tal-konsenja fil-punt magħżul għall-importazzjoni jista' jiġi awtorizzat biss wara li jiġi ppreżentat Dokument Komuni tad-Dħul mimli kif suppost għall-kontroll tad-dokumenti.

(6)

Abbażi tar-riżultati tal-kontroll uffiċjali, jixraq li jsiru l-bidliet li ġejjin għall-prodotti li huma soġġetti għall-kundizzjonijiet speċifiċi u/jew bidliet fil-frekwenza tal-kontrolli: titnaqqas il-frekwenza tat-teħid tal-kampjuni ta' tin imnixxef mit-Turkija, billi r-riżultati tat-testijiet huma favorevoli; titnaqqas il-frekwenza tat-teħid tal-kampjuni ta' karawett mill-Indja, billi r-riżultati tat-testijiet huma favorevoli; tiżdied il-frekwenza tat-teħid tal-kampjuni tal-ġellewż mit-Turkija, billi żdiedu s-sejbiet ta' nuqqas ta' konformità permezz tal-RASFF.

(7)

Barra minn hekk, il-kodiċi tan-NM tal-frott imnixxef tal-ġeneru Capsicum, sħiħ, minbarra l-bżar ħelu (Capsicum annuum) jeħtieġ li jiġi aġġornat biex il-kamp ta' applikazzjoni jiġi jaqbel mal-entrata Capsicum annuum, imfarrak jew mitħun, jiġifieri li ma jinkludix il-ġeneru Pimenta.

(8)

Għaldaqstant, ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 884/2014 għandu jiġi emendat skont dan.

(9)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 884/2014 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 1 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 1, għandhom jinżiedu l-punti (m) u (n) li ġejjin:

“(l)

il-ħwawar li joriġinaw jew li jintbagħtu mill-Etjopja;

(m)

il-karawett bil-qoxra u bla qoxra, il-butir tal-karawett, il-karawett ippreparat mod ieħor jew ippreservat (għalf u ikel) li joriġinaw jew li jintbagħtu mill-Arġentina;

(n)

il-ġellewż fil-qoxra u bla qoxra, taħlitiet ta' ġwież jew ta' frott imnixxef li jkun fih il-ġellewż, il-pejst tal-ġellewż, il-ġellewż ippreparat jew ippreservat, anki taħlitiet, dqiq, ġellewż mitħun jew trab, il-ġellewż imqatta', imfettet, u mkisser, u ż-żejt tal-ġellewż li joriġinaw jew jintbagħtu mill-Ażerbajġan;”

(b)

il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“2.   Dan ir-Regolament għandu japplika wkoll għall-għalf u l-ikel ipproċessat mill-għalf u l-ikel imsemmija fil-paragrafu 1 u għall-għalf u l-ikel kompost, li fihom kwalunkwe għalf jew ikel imsemmi fil-paragrafu 1 fi kwantità ta' 'l fuq minn 20 % ta' prodott wieħed jew tat-total tal-prodotti msemmija fil-paragrafu 1.”

(2)

Fl-Artikolu 5(2), jiżiedu l-punti (j), (k) u (l) li ġejjin:

“(j)

il-Ministeru tal-Agrikultura u l-Iżvilupp Rurali għall-ikel mill-Etjopja;

(k)

is-Servizz Nazzjonali Agroalimentari għas-Sikurezza u l-Kwalità tal-Ikel u tal-għalf (SENASA) mill-Arġentina;

(l)

iċ-Ċentru tal-Għarfien Espert għall-Prodotti tal-Konsumaturi (Consumer Commodity Expertise Centre — CCEC) tas-Servizz Statali għall-Politika Kontra l-Monopolju u għall-Ħarsien tad-Drittijiet tal-Konsumaturi (State Service for Antimonopoly Policy and Protection of Consumer Rights — SSAPPCR) li jiddependi mill-Ministeru tal-Iżvilupp Ekonomiku (MED) għall-ikel mill-Ażerbajġan.”

(3)

Fl-Artikolu 9(4), l-ewwel sentenza hija sostitwita b'dan li ġej:

“L-awtoritajiet tad-dwana għandhom jawtorizzaw it-trasferiment tal-konsenja lejn punt magħżul għall-importazzjoni wara li jitlestew il-kontrolli b'riżultat favorevoli kif imsemmi fil-paragrafu 2, u jimtlew l-entrati rilevanti tal-parti II tad-Dokument Komuni tad-Dħul (II.3, II.5, II.8 u II.9), u soġġett għall-preżentazzjoni lill-awtoritajiet doganali, jew b'mod fiżiku jew b'mod elettroniku, tad-Dokument Komuni tad-Dħul mimli mill-operatur tan-negozju tal-għalf u tal-ikel jew mir-rappreżentant tiegħu.”

(4)

L-Anness I huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Il-konsenji tal-għalf u l-ikel imsemmija fil-punti (l), (m), u (n) tal-Artikolu 1(1) li ntbagħtu mill-pajjiż ta' oriġini qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament jistgħu jiġu importati fl-UE mingħajr ma jkunu akkumpanjati minn ċertifikat tas-saħħa u r-riżultati tat-teħid tal-kampjuni u tal-analiżi.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-1 ta' Diċembru 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 884/2014 tat-13 ta' Awwissu 2014 li jimponi kundizzjonijiet speċjali għar-regolamentazzjoni tal-importazzjoni ta' ċertu għalf u ikel minn ċertu pajjiżi terzi minħabba r-riskju ta' kontaminazzjoni bl-aflatossini u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1152/2009 (ĠU L 242, 14.8.2014, p. 4).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissojni (KE) Nru 669/2009 tal-24 ta' Lulju 2009 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar iż-żieda fil-livell tal-kontrolli uffiċjali mwettqa fuq l-importazzjoni ta' ċertu għalf u ikel ta' oriġini mhux mill-annimali u li jemenda d-Deċiżjoni 2006/504/KE (ĠU L 194, 25.7.2009, p. 11).


ANNESS

L-Anness I tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 884/2014 huwa emendat kif ġej:

(1)

Jinżiedu l-entrati li ġejjin:

Għalf u ikel

(użu maħsub)

Kodiċi tan-NM (1)

TARIC sottodiviżjoni

Pajjiż tal-oriġini jew pajjiż tal-konsenja

Frekwenza tal-kontrolli fiżiċi u tal-identità (%) waqt l-importazzjoni

“—

Bżar tal-ġeneru Piper; frott imnixxef jew imfarrak tal-ġeneru Capsicum jew tal-ġeneru Pimenta

0904

 

L-Etjopja

50

Ġinġer, żagħfran, żagħfran tal-Indja (turmeric, kurkuma), sagħtar, weraq tar-rand, kàri u ħwawar oħrajn

0910

(Ikel — ħwawar imnixxfin)

 

Karawett bil-qoxra

1202 41 00

 

L-Arġentina (AR)

5

Karawett, bla qoxra

1202 42 00

Butir tal-karawett

2008 11 10

Karawett, ippreparat jew ippreservat b'xi mod ieħor

2008 11 91 ;

2008 11 96 ;

2008 11 98

(Għalf u Ikel)

 

Ġellewż (Corylus sp.) bil-qoxra

0802 21 00

 

L-Ażerbajġan (AZ)

20”

Ġellewż (Corylus sp.) bla qoxra

0802 22 00

Taħlitiet ta' ġwież jew ta' frott imnixxef li fihom il-ġellewż

ex 0813 50

Pejst tal-ġellewż

ex 2007 10 jew 2007 99

Ġellewż, ippreparat jew ippreservat mod ieħor, anki t-taħlitiet

ex 2008 19

Ġellewż fil-forma ta' dqiq, jew mitħun, jew trab

ex 1106 30 90

Ġellewż imqatta', imfettet jew imkisser

ex 0802 22 00

Ġellewż imqatta', imfettet jew imkisser, ippreparat jew ippriżervat b'xi mod ieħor

ex 2008 19

Żejt tal-ġellewż

ex 1515 90 99

(Ikel)

 

(2)

Il-ħames entrata rigward it-tin imnixxef, it-taħlitiet ta' gwież jew ta' frott imnixxef li jkun fihom it-tin, il-pejst tat-tin, ippreparat jew ippriżervat, li jinkludu taħlitiet mit-Turkija, huwa sostitwit b'dan li ġej:

“—

Tin imnixxef

0804 20 90

 

It-Turkija (TR)

10”

Taħlitiet ta' ġwież jew ta' frott imnixxef li fihom it-tin

ex 0813 50

Pejst tat-tin

ex 2007 10 jew 2007 99

Tin, ippreparat jew ippreservat, inklużi t-taħlitiet

ex 2008 99 jew ex 2008 97

(Ikel)

 

(3)

Is-sitt entrata rigward il-ġellewż, it-taħlitiet ta' ġwież jew ta' frott imnixxef li jkun fihom il-ġellewż, il-ġellewż ippreparat jew ippriżervat, anki taħlitiet, dqiq, ġellewż mitħun jew trab, il-ġellewż imqatta', imfettet, u mkisser, u ż-żejt tal-ġellewż mit-Turkija hija sostitwita b'dan li ġej:

“—

Ġellewż (Corylus sp.) bil-qoxra

0802 21 00

 

It-Turkija (TR)

5”

Ġellewż (Corylus sp.) bla qoxra

0802 22 00

Taħlitiet ta' ġwież jew ta' frott imnixxef li fihom il-ġellewż

ex 0813 50

Pejst tal-ġellewż

ex 2007 10 jew 2007 99

Ġellewż, ippreparat jew ippreservat mod ieħor, anki t-taħlitiet

ex 2008 19

Ġellewż fil-forma ta' dqiq, jew mitħun, jew trab

ex 1106 30 90

Ġellewż imqatta', imfettet jew imkisser

ex 0802 22 00

Ġellewż imqatta', imfettet jew imkisser, ippreparat jew ippriżervat b'xi mod ieħor

ex 2008 19

Żejt tal-ġellewż

ex 1515 90 99

(Ikel)

 

(4)

Id-disa' entrata rigward il-karawett bil-qoxra u bla qoxra, il-butir tal-karawett, il-karawett ippreparat jew ippriżervat b'xi mod ieħor li jkun ġej mill-Indja hija sostitwita b'dan li ġej:

“—

Karawett bil-qoxra

1202 41 00

 

L-Indja (IN)

10”

Karawett, bla qoxra

1202 42 00

Butir tal-karawett

2008 11 10

Karawett, ippreparat jew ippreservat b'xi mod ieħor

2008 11 91 ;

2008 11 96 ;

2008 11 98

(Għalf u ikel)

 

(5)

It-tnax-il entrata rigward il-Capsicum annuum, sħiħ, imfarrak jew mitħun, frott imnixxef tal-ġeneru Capsicum, sħiħ, minbarra l-bżar ħelu (Capsicum annuum) u n-noċemuskata (Myristica fragrans) mill-Indja hija sostitwita b'dan li ġej:

“—

Capsicum annuum, sħiħ

0904 21 10

 

L-Indja (IN)

20”

Capsicum annuum, imfarrak jew mitħun

ex 0904 22 00

10

Frott imnixxef tal-ġeneru Capsicum, sħiħ, minbarra l-bżar ħelu (Capsicum annuum)

ex 0904 21 90

 

Noċemuskata (Myristica fragrans)

0908 11 00 ;

0908 12 00

 

(Ikel — ħwawar imnixxfin)