25.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 319/3


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/2054

tat-22 ta' Novembru 2016

li jidderoga mir-Regolamenti (KE) Nru 2305/2003, (KE) Nru 969/2006, (KE) Nru 1067/2008 u mir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2081, mir-Regolament (KE) Nru 1964/2006 u mir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 480/2012, mir-Regolament ta' Implimentazzjoni (KE) Nru 1918/2006 u mir-Regolament (UE) Nru 2016/605, fir-rigward tad-dati għat-tressiq tal-applikazzjonijiet u l-ħruġ tal-liċenzji għall-importazzjoni fl-2017 skont il-kwoti tariffarji għaċ-ċereali, ir-ross u ż-żejt taż-żebbuġa, u li jidderoga mir-Regolament (KE) Nru 951/2006, fir-rigward tad-dati tal-ħruġ tal-liċenzji ta' esportazzjoni fl-2017 fis-setturi taz-zokkor u tal-isoglukożju li jaqbżu l-kwota

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1095/96 tat-18 ta' Ġunju 1996, dwar l-implimentazzjoni tal-konċessjonijiet dikjarati fl-iskeda CXL imfassla bħala riżultat tal-konklużjoni tan-negozjati tal-Ftehim GATT XXIV.6 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 1 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (2), u b'mod partikolari l-Artikoli 20(n), 144(g) u 187(e) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 2305/2003 (3), (KE) Nru 969/2006 (4), (KE) Nru 1067/2008 (5) u r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2081 (6) jipprevedu dispożizzjonijiet speċifiċi għat-tressiq tal-applikazzjonijiet u l-ħruġ tal-liċenzji għall-importazzjoni tax-xgħir fil-qafas tal-kwota 09.4126, tal-qamħirrum fil-qafas tal-kwota 09.4131 u ta' qamħ komuni ta' kwalità differenti minn dik superjuri fil-qafas tal-kwoti 09.4123, 09.4124, 09.4125 u 09.4133 u ta' ċerti ċereali li joriġinaw mill-Ukraina fil-qafas tal-kwoti 09.4306, 09.4307 u 09.4308.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1964/2006 (7) u r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 480/2012 (8) jipprevedu dispożizzjonijiet speċifiċi għat-tressiq tal-applikazzjonijiet u l-ħruġ tal-liċenzji għall-importazzjoni ta' ross li joriġina mill-Bangladesh fil-qafas tal-kwota 09.4517 u ta' ross imfarrak fil-qafas tal-kwota 09.4079.

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1918/2006 (9) u r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/605 (10) jistipulaw dispożizzjonijiet partikolari għat-tressiq ta' applikazzjonijiet u l-ħruġ tal-liċenzji għall-importazzjoni ta' żejt taż-żebbuġa li joriġina mit-Tuneżija fil-qafas tal-kwoti disponibbli.

(4)

Meta wieħed iqis il-ġranet li se jaħbtu festa tas-sena 2017, jeħtieġ li għal ċerti perjodi tingħata deroga mir-Regolamenti (KE) Nru 2305/2003, (KE) Nru 969/2006, (KE) Nru 1067/2008 u mir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2081, mir-Regolament (KE) Nru 1964/2006, u mir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 480/2012, mir-Regolament (KE) Nru 1918/2006 u mir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/605, fir-rigward tad-dati għat-tressiq ta' applikazzjonijiet tal-liċenzji għall-importazzjoni u l-ħruġ ta' dawn il-liċenzji, biex ikun żgurat li jitħarsu l-volumi tal-kwoti konċernati.

(5)

L-Artikolu 7d(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 (11) jistipula li l-liċenzji tal-esportazzjoni għaz-zokkor u l-isoglukożju li jaqbżu l-kwota għandhom jinħarġu mill-Ġimgħa ta' wara dik il-ġimgħa li fiha jkunu tressqu l-applikazzjonijiet għal-liċenzji, sakemm il-Kummissjoni ma tkun ħadet l-ebda miżura partikolari f'dak il-perjodu.

(6)

Meta wieħed iqis il-ġranet li se jaħbtu festa tas-sena 2017, u l-konsegwenzi li jirriżultaw mill-pubblikazzjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, jidher li l-perjodu bejn l-introduzzjoni tal-applikazzjonijiet sal-jum meta jinħarġu l-liċenzji huwa qasir wisq biex tkun żgurata l-ġestjoni tajba tas-suq. Għaldaqstant jeħtieġ li dan il-perjodu jiġi estiż.

(7)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Iċ-ċereali

1.   B'deroga mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 2305/2003, għas-sena 2017, ma jistgħux jitressqu aktar applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni tax-xgħir skont il-kwota 09.4126, wara l-Ġimgħa, 15 ta' Diċembru 2017, fis-13.00, ħin ta' Brussell.

2.   B'deroga mill-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(4) tar-Regolament (KE) Nru 2305/2003, għas-sena 2017, il-liċenzji għall-importazzjoni tax-xgħir imressqa fil-qafas tal-kwota 09.4126 u li għalihom tressqu l-applikazzjonijiet matul il-perjodi msemmija fl-Anness I ta' dan ir-Regolament, għandhom jinħarġu fid-dati korrispondenti li jidhru hawnhekk, soġġetti għall-miżuri adottati skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 (12).

3.   B'deroga mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 969/2006, għas-sena 2017, ma jistgħux jitressqu aktar applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni tal-qamħirrum skont il-kwota 09.4131, wara l-Ġimgħa, 15 ta' Diċembru 2017, fis-13.00, ħin ta' Brussell.

4.   B'deroga mill-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(4) tar-Regolament (KE) Nru 969/2006, għas-sena 2017, il-liċenzji għall-importazzjoni tal-qamħirrum imressqa fil-qafas tal-kwota 09.4131 u li għalihom tressqu l-applikazzjonijiet matul il-perjodi msemmija fl-Anness I ta' dan ir-Regolament, għandhom jinħarġu fid-dati korrispondenti li jidhru hawnhekk, soġġetti għall-miżuri adottati skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006.

5.   B'deroga mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 1067/2008, għas-sena 2017, ma jistgħux jitressqu aktar applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni ta' qamħ komuni ta' kwalità differenti minn dik superjuri skont il-kwoti 09.4123, 09.4124, 09.4125 u 09.4133, wara l-Ġimgħa, 15 ta' Diċembru 2017, fis-13.00, ħin ta' Brussell.

6.   B'deroga mill-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(4) tar-Regolament (KE) Nru 1067/2008, għas-sena 2017, il-liċenzji għall-importazzjoni ta' qamħ komuni ta' kwalità differenti minn dik superjuri imressqa fil-qafas tal-kwoti 09.4123, 09.4124, 09.4125 u 09.4133 u li għalihom tressqu l-applikazzjonijiet matul il-perjodi msemmija fl-Anness I ta' dan ir-Regolament, għandhom jinħarġu fid-dati korrispondenti li jidhru hawnhekk, soġġetti għall-miżuri adottati skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006.

7.   B'deroga mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2081, għas-sena 2017, l-applikazzjonijiet tal-liċenzji għall-importazzjoni ta' ċereali li joriġinaw mill-Ukraina fil-qafas tal-kwoti 09.4306, 09.4307 u 09.4308 ma jistgħux ikomplu jitressqu wara l-Ġimgħa, 15 ta' Diċembru 2017, fis-13.00, ħin ta' Brussell.

8.   B'deroga mill-Artikolu 2(3) tar-Regolament (UE) 2015/2081, għas-sena 2017, il-liċenzji għall-importazzjoni ta' ċereali li joriġinaw mill-Ukraina fil-qafas tal-kwoti 09.4306, 09.4307 u 09.4308 u li għalihom tressqu l-applikazzjonijiet matul il-perjodi msemmija fl-Anness I ta' dan ir-Regolament, għandhom jinħarġu fid-dati korrispondenti li jidhru hawnhekk, soġġetti għall-miżuri adottati skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006.

Artikolu 2

Ir-ross

1.   B'deroga mill-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1964/2006, għas-sena 2017, ma jistgħux jitressqu aktar applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni tar-ross li joriġina mill-Bangladexx skont il-kwota 09.4517 wara l-Ġimgħa, 8 ta' Diċembru 2017, fis-13.00, ħin ta' Brussell.

2.   B'deroga mill-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 1964/2006, għas-sena 2017, il-liċenzji għall-importazzjoni ta' ross li joriġina mill-Bangladesh imressqa fil-qafas tal-kwota 09.4517 u li għalihom tressqu l-applikazzjonijiet matul il-perjodi msemmija fl-Anness II ta' dan ir-Regolament, għandhom jinħarġu fid-dati korrispondenti li jidhru hawnhekk, soġġetti għall-miżuri adottati skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006.

3.   B'deroga mit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 480/2012, għas-sena 2017, ma jistgħux jitressqu aktar applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni tar-ross miksur skont il-kwota 09.4079 wara l-Ġimgħa, 8 ta' Diċembru 2017, fis-13.00, ħin ta' Brussell.

4.   B'deroga mill-Artikolu 3(2) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 480/2012, għas-sena 2017, il-liċenzji għall-importazzjoni ta' ross miksur imressqa fil-qafas tal-kwota 09.4079 u li għalihom tressqu l-applikazzjonijiet matul il-perjodi msemmija fl-Anness II ta' dan ir-Regolament, għandhom jinħarġu fid-dati korrispondenti li jidhru hawnhekk, soġġetti għall-miżuri adottati skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006.

Artikolu 3

Iż-żejt taż-żebbuġa

1.   B'deroga mill-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1918/2006, l-applikazzjonijiet tal-liċenzji għall-importazzjoni taż-żejt taż-żebbuġa li joriġina mit-Tuneżija ma jistgħux jitressqu wara t-Tlieta, 12 ta' Diċembru 2017.

2.   B'deroga mill-Artikolu 3(3) tar-Regolament (KE) Nru 1918/2006, il-liċenzji għall-importazzjoni taż-żejt taż-żebbuġa li joriġina mit-Tuneżija li għalihom tressqu l-applikazzjonijiet matul il-perjodi msemmija fl-Anness III ta' dan ir-Regolament, għandhom jinħarġu fid-dati korrispondenti li jidhru hawnhekk, soġġetti għall-miżuri adottati skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006.

Artikolu 4

Iz-zokkor u l-isoglukożju li jaqbżu l-kwota

B'deroga mill-Artikolu 7d(1) tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, il-liċenzji tal-esportazzjoni taz-zokkor u tal-isoglukożju li jaqbżu l-kwota u li għalihom tressqu l-applikazzjonijiet matul il-perjodi msemmija fl-Anness IV ta' dan ir-Regolament, għandhom jinħarġu fid-dati korrispondenti li jidhru hawnhekk, filwaqt li, fejn applikabbli, jitqiesu l-miżuri speċifiċi msemmija fl-Artikolu 9(1) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 951/2006.

Artikolu 5

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Jiskadi fl-1 ta' Jannar 2018.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta' Novembru 2016.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali

Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)   ĠU L 146, 20.6.1996, p. 1.

(2)   ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2305/2003 tad-29 ta' Diċembru 2003 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' kwota tariffali għall-importazzjoni ta' xgħir minn pajjiżi terzi (ĠU L 342, 30.12.2003, p. 7).

(4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 969/2006 tad-29 ta' Ġunju 2006 li jistabbilixxi kwota tariffarja Komunitarja u mod għall-ġestjoni tagħha għall-importazzjoni tal-qamħirrum minn pajjiżi terzi (ĠU L 176, 30.6.2006, p. 44).

(5)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1067/2008 tat-30 ta' Ottubru 2008 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' kwoti tariffari Komunitarji għal qamħ komuni ta' kwalità differenti minn dik superjuri oriġinanti minn pajjiżi terzi u li tidderoga mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 (Verżjoni kodifikata) (ĠU L 290, 31.10.2008, p. 3).

(6)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2081 tat-18 ta' Novembru 2015 li jwassal għall-ftuħ u għall-amministrazzjoni ta' kwoti tariffarji tal-Unjoni għall-importazzjoni ta' ċerti ċereali li joriġinaw mill-Ukraina (ĠU L 302, 19.11.2015, p. 81).

(7)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1964/2006 tat-22 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-ftuħ u l-amministrazzjoni ta' kwota għall-importazzjoni ta' ross li joriġina mill-Bangladexx, b'applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3491/90 (ĠU L 408, 30.12.2006, p. 19).

(8)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 480/2012 tas-7 ta' Ġunju 2012 li jiftaħ u jipprovdi għat-tmexxija ta' kwota ta' tariffa għal ross miksur (broken rice) ta' kodiċi NK 1006 40 00 għal produzzjoni ta' tħejjijiet tal-ikel ta' kodiċi NM 1901 10 00 (ĠU L 148, 8.6.2012, p. 1).

(9)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1918/2006 tal-20 ta' Diċembru 2006 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' kwota tariffarja għaż-żejt taż-żebbuġa li joriġina mit-Tuneżija (ĠU L 365, 21.12.2006, p. 84).

(10)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2016/605 tad-19 ta' April 2016 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' kwota tariffarja temporanja għaż-żejt taż-żebbuġa li joriġina mit-Tuneżija u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1918/2006 (ĠU L 104, 20.4.2016, p. 11).

(11)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta' Ġunju 2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 dwar il-kummerċ ma' pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24).

(12)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta' Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni ta' kwoti ta' tariffi fuq l-importazzjoni għal prodotti agrikoli ġestiti b'sistema ta' liċenzji ta' importazzjoni (ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13).


ANNESS I

Perjodi tat-tressiq tal-applikazzjonijiet tal-liċenzji għall-importazzjoni taċ-ċereali

Dati tal-ħruġ

Mill-Ġimgħa, is-7 ta' April mis-13:00 sal-Ġimgħa, l-14 ta' April 2017 fis-13:00, ħin ta' Brussell

L-ewwel jum tax-xogħol mit-Tnejn, l-24 ta' April 2017

Mill-Ġimgħa, it-28 ta' April mis-13:00 sal-Ġimgħa, il-5 ta' Mejju 2017 fis-13:00, ħin ta' Brussell

L-ewwel jum tax-xogħol mit-Tnejn, il-15 ta' Mejju 2017

Mill-Ġimgħa, l-4 ta' Awwissu mis-13:00 sal-Ġimgħa, il-11 ta' Awwissu 2017 fis-1.00pm, ħin ta' Brussell

L-ewwel jum tax-xogħol mit-Tnejn, il-21 ta' Awwissu 2017

Mill-Ġimgħa, l-20 ta' Ottubru mis-13.00 sal-Ġimgħa, is-27 ta' Ottubru 2017 fis-13.00, ħin ta' Brussell

L-ewwel jum tax-xogħol mit-Tnejn, is-6 ta' Novembru 2017


ANNESS II

Perjodi tat-tressiq tal-applikazzjonijiet tal-liċenzji għall-importazzjoni tar-ross

Dati tal-ħruġ

Mill-Ġimgħa, is-7 ta' April mis-13:00 sal-Ġimgħa, l-14 ta' April 2017 fis-13:00, ħin ta' Brussell

L-ewwel jum tax-xogħol mill-Ħamis, is-27 ta' April 2017

Mill-Ġimgħa, il-21 ta' April mis-13:00 sal-Ġimgħa, it-28 ta' April 2017 fis-13:00, ħin ta' Brussell

L-ewwel jum tax-xogħol mill-Ħamis, il-11 ta' Mejju 2017

Mill-Ġimgħa, it-28 ta' April mis-13:00 sal-Ġimgħa, il-5 ta' Mejju 2017 fis-13:00, ħin ta' Brussell

L-ewwel jum tax-xogħol mill-Ħamis, it-18 ta' Mejju 2017

Mill-Ġimgħa, is-26 ta' Mejju mis-13:00 sal-Ġimgħa, it-2 ta' Ġunju 2017 fis-13.00, ħin ta' Brussell

L-ewwel jum tax-xogħol mill-Ħamis, il-15 ta' Ġunju 2017

Mill-Ġimgħa, l-4 ta' Awwissu mis-13:00 sal-Ġimgħa, il-11 ta' Awwissu 2017 fis-13.00, ħin ta' Brussell

L-ewwel jum tax-xogħol mill-Ħamis, l-24 ta' Awwissu 2017

Mill-Ġimgħa, l-20 ta' Ottubru mis-13.00 sal-Ġimgħa, is-27 ta' Ottubru 2017 fis-13.00, ħin ta' Brussell

L-ewwel jum tax-xogħol mill-Ħamis, id-9 ta' Novembru 2017


ANNESS III

Perjodi tat-tressiq tal-applikazzjonijiet tal-liċenzji għall-importazzjoni taż-żejt taż-żebbuġa

Dati tal-ħruġ

It-Tnejn, l-10 jew it-Tlieta, il-11 ta' April 2017

L-ewwel jum tax-xogħol mill-Ħamis, il-21 ta' April 2017

It-Tnejn, it-22 jew it-Tlieta, it-23 ta' Mejju 2017

L-ewwel jum tax-xogħol mill-Ħamis, l-1 ta' Ġunju 2017

It-Tnejn, is-17 jew it-Tlieta, it-18 ta' Lulju 2017

L-ewwel jum tax-xogħol mill-Erbgħa, is-26 ta' Lulju 2017

It-Tnejn, it-30 jew it-Tlieta, il-31 ta' Ottubru 2017

L-ewwel jum tax-xogħol mill-Ħamis, id-9 ta' Novembru 2017


ANNESS IV

Perjodi tat-tressiq tal-applikazzjonijiet tal-liċenzji għall-esportazzjoni taz-zokkor u tal-isoglukożju li jaqbżu l-kwota

Dati tal-ħruġ

Mit-Tnejn, l-1 sal-Ġimgħa, il-5 ta' Mejju 2017

L-ewwel jum tax-xogħol mit-Tnejn, il-15 ta' Mejju 2017

mit-Tnejn, is-7 sal-Ġimgħa, il-11 ta' Awwissu 2017

L-ewwel jum tax-xogħol mit-Tnejn, il-21 ta' Awwissu 2017