23.11.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 317/105 |
REGOLAMENT (UE) 2016/2032 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tas-26 ta' Ottubru 2016
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 91/2003 dwar l-istatistika tat-trasport bil-ferrovija, fir-rigward tal-ġbir tal-informazzjoni dwar merkanzija, passiġġieri u inċidenti
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u b'mod partikolari l-Artikolu 338(1) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-Parlamenti nazzjonali,
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (1),
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 91/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) jistabbilixxi qafas komuni għall-produzzjoni, it-trażmissjoni, l-evalwazzjoni u t-tixrid ta' statistika komparabbli dwar it-trasport ferrovjarju fl-Unjoni. |
(2) |
L-istatistika dwar it-trasport tal-merkanzija u tal-passiġġieri bil-ferrovija hija neċessarja sabiex il-Kummissjoni tkun tista' timmonitorja u tiżviluppa l-politika ta' trasport komuni, kif ukoll l-elementi ta' trasport ta' dawk il-politiki li jirrigwardaw ir-reġjuni u n-netwerks transEwropej. |
(3) |
L-istatistika dwar is-sikurezza ferrovjarja hija neċessarja wkoll sabiex il-Kummissjoni tkun tista' tħejji u timmonitorja l-azzjoni tal-Unjoni fil-qasam tas-sikurezza tat-trasport. L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji tiġbor data dwar l-inċidenti taħt l-Anness I tad-Direttiva 2004/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) fir-rigward tal-indikaturi komuni tas-sigurtà u l-metodi komuni għall-kalkolu tal-ispejjeż tal-inċidenti. |
(4) |
Hu importanti li jiġi evitat ix-xogħol doppju u li jsir l-aħjar użu tal-informazzjoni eżistenti li tkun tista' tintuża għall-finijiet ta' statistika. Għal dak il-għan, u bil-ħsieb li tkun provduta informazzjoni faċilment aċċessibbli u utli għaċ-ċittadini tal-Unjoni u partijiet ikkonċernati oħra dwar is-sikurezza tat-trasport ferrovjarju u l-interoperabbiltà tas-sistema ferrovjarja, inklużi l-infrastruttura ferrovjarja, għandhom jiġu stabbiliti ftehimiet ta' kooperazzjoni adatti dwar l-attivitajiet ta' statistika bejn is-servizzi tal-Kummissjoni u l-entitajiet rilevanti, inkluż fil-livell internazzjonali. |
(5) |
Il-biċċa l-kbira tal-Istati Membri li jibagħtu data dwar il-passiġġieri lill-Kummissjoni (Eurostat) skont ir-Regolament (KE) Nru 91/2003, ipprovdew regolarment l-istess data kemm għad-datasets proviżorji kif ukoll għal dawk finali. |
(6) |
Għandu jintlaħaq bilanċ bejn il-bżonnijiet tal-utenti u l-piż fuq ir-rispondenti meta tiġi prodotta statistika Ewropea. |
(7) |
Fil-Grupp ta' Ħidma u t-Task Force tiegħu dwar l-istatistika ferrovjarju, il-Eurostat wettaq analiżi teknika tad-data eżistenti dwar l-istatistika dwar it-trasport ferrovjarju miġbura bis-saħħa tal-atti tal-Unjoni vinkolanti rilevanti u tal-politika ta' disseminazzjoni, sabiex kemm jista' jkun jiġu simplifikati d-diversi attivitajiet meħtieġa għall-produzzjoni tal-istatistika, filwaqt li jiġi żgurat li r-riżultat finali jibqa' allinjat mal-bżonnijiet attwali u futuri tal-utenti. |
(8) |
Fir-rapport tagħha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-esperjenza tagħha miksuba fl-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 91/2003, il-Kummissjoni semmiet il-fatt li l-iżviluppi fuq terminu twil probabbilment iwasslu għas-soppressjoni jew is-simplifikazzjoni tad-data diġà miġbura taħt dak ir-Regolament, u li l-għan huwa li jitnaqqas il-perijodu ta' trażmissjoni tad-data għad-data annwali dwar il-passiġġieri bil-ferrovija. Il-Kummissjoni għandha tkompli tipprovdi rapporti f'intervalli regolari dwar l-implimentazzjoni ta' dak ir-Regolament. |
(9) |
Ir-Regolament (KE) Nru 91/2003 jagħti setgħat lill-Kummissjoni biex timplimenta x'uħud mid-dispożizzjonijiet tiegħu. Bħala konsegwenza tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“it-Trattat”), jeħtieġ li s-setgħat mogħtija lill-Kummissjoni skont dak ir-Regolament jiġu allinjati mal-Artikoli 290 u 291 tat-Trattat. |
(10) |
Sabiex jiġu riflessi l-iżviluppi l-ġodda fl-Istati Membri filwaqt li, fl-istess ħin, jinżamm il-ġbir armonizzat tad-data dwar it-trasport ferrovjarju fl-Unjoni kollha, u bil-ħsieb li tinżamm il-kwalità għolja tad-data mibgħuta mill-Istati Membri, is-setgħa li jiġu adottati atti f'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat għandha tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-emendar tar Regolament (KE) Nru 91/2003 biex jiġu adattati d-definizzjonijiet tekniċi u biex jiġu previsti definizzjonijiet tekniċi addizzjonali. Hu ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet adatti matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (4). B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta' atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati. |
(11) |
Il-Kummissjoni għandha tiżgura li dawk l-atti delegati ma jimponux piż amministrattiv addizzjonali sinifikanti fuq l-Istati Membri jew fuq ir-rispondenti. |
(12) |
Sabiex ikunu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 91/2003, għandhom jingħataw setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni fir-rigward tal-ispeċifikazzjoni tal-informazzjoni li għandha tingħata għar-rapporti dwar il-kwalità u l-komparabbiltà tar-riżultati, u l-arranġamenti għad-disseminazzjoni ta' dawk ir-riżultati mill-Kummissjoni (Eurostat). Dawk is-setgħat għandhom ikunu eżerċitati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5). |
(13) |
Il-Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika ġie kkonsultat. |
(14) |
Għaldaqstant ir-Regolament (KE) Nru 91/2003 għandu jiġi emendat skont dan, |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 91/2003 huwa emendat kif ġej:
(1) |
L-Artikolu 3 jiġi emendat kif ġej:
|
(2) |
L-Artikolu 4 jiġi emendat kif ġej:
|
(3) |
fl-Artikolu 5(2), il-punt (b) huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
(4) |
L-Artikolu 7 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 7 Tixrid L-istatistika bbażata fuq id-data speċifikata fl-Annessi A, C, E, F, G, u L għandha tiġi mxerrda mill-Kummissjoni (Eurostat). Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu l-arranġamenti għat-tixrid tar-riżultati. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 11(2).”; |
(5) |
L-Artikolu 8 huwa emendat kif ġej:
|
(6) |
L-Artikolu 9 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 9 Rapporti dwar l-implimentazzjoni Sal-31 ta' Diċembru 2020 u kull erba' snin wara dan, il-Kummissjoni, wara li tikkonsulta mal-Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika, għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament u dwar żviluppi futuri. F'dak ir-rapport, il-Kummissjoni għandha tieħu kont tal-informazzjoni rilevanti provduta mill-Istat Membri li tirrigwarda l-kwalità tal-informazzjoni trażmessa, il-metodi li jintużaw għall-ġbir tal-informazzjoni u l-informazzjoni dwar titjib potenzjali u dwar il-ħtiġijiet tal-utenti. B'mod partikolari, dak ir-rapport għandu:
|
(7) |
L-Artikolu 10 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 10 Eżerċizzju tad-delega 1. Is-setgħa li jiġu adottati atti delegati tingħata lill-Kummissjoni soġġetta għall-kondizzjonijiet stipulati f'dan l-Artikolu. 2. Is-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 3(2) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perijodu ta' ħames snin mit-13 ta' Diċembru 2016. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel tmiem il-perijodu ta' ħames snin. Id-delega ta' setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perijodi ta' żmien bl-istess durata, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma joġġezzjonax għal din l-estensjoni mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perijodu. 3. Id-delega ta' setgħa msemmija fl-Artikolu 3(2) tista' tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha twassal għat-tmiem id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fiha. Din ma għandhiex taffettwa l-validità ta' atti delegati diġà fis-seħħ. 4. Qabel ma' tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nominati minn kull Stat Membru f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (**). 5. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. 6. Att delegat adottat bis-saħħa tal-Artikolu 3(2) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun saret l-ebda oġġezzjoni la mill-Parlament Ewropew u lanqas mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi' dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhux ser joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew il-Kunsill. |
(8) |
L-Artikolu 11 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 11 Proċedura ta' Kumitat 1. Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita mill-Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 223/2009. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (***). 2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. (***) Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).”;" |
(9) |
Jitħassar l-Artikolu 12; |
(10) |
Jitħassru l-Annessi B, D, H u I; |
(11) |
L-Anness C huwa sostitwit bit-test li jidher fl-Anness I għal dan ir-Regolament, |
(12) |
Jiżdied l-Anness L, kif indikat fl-Anness II għal dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Strasburgu, is-26 ta' Ottubru 2016.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
M. SCHULZ
Għall-Kunsill
Il-President
I. LESAY
(1) Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Marzu 2014 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari tat-18 ta' Lulju 2016 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali). Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Ottubru 2016 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(2) Ir-Regolament (KE) Nru 91/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2002 dwar l-istatistika tat-trasport bil-ferrovija (ĠU L 14, 21.1.2003, p. 1).
(3) Id-Direttiva 2004/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 fuq is-sigurtà tal-linji tal-ferrovija tal-Komunità u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 95/18/KE fuq l-għoti tal-liċenzi ta' l-impriżi tal-linji tal-ferrovija u d-Direttiva 2001/14/KE fuq l-allokazzjoni tal-kapaċità ta' l-infrastruttura tal-linji tal-ferrovija u l-intaxxar tal-piżijiet għall-użu ta' l-infrastruttura tal-linji tal-ferrovija u ċ-ċertifikazzjoni tas-sigurtà (Id-Direttiva tas-Sigurtà Tal-Linji tal-Ferrovija) (ĠU L 164, 30.4.2004, p. 44).
(4) ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.
(5) Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
ANNESS I
“ANNESS C
STATISTIKA ANNWALI DWAR IT-TRASPORT TAL-PASSIĠĠIERI — RAPPURTAR DETTALJAT |
|||||||||
Lista tal-varjanti u tal-unitajiet tal-kejl |
Passiġġieri ttrasportati fi:
Movimenti tal-ferroviji tal-passiġġieri fi:
|
||||||||
Perijodu taż-żmien ta' riferiment |
Sena |
||||||||
Frekwenza |
Kull sena |
||||||||
Lista ta' tabelli bit-tqassim waħda waħda għal kull tabella |
Tabella C3: il-passiġġieri ttrasportati, skont it-tip tat-trasport Tabella C4: il-passiġġieri internazzjonali ttrasportati, skont il-pajjiż tal-imbark u l-pajjiż tal-iżbark Tabella C5: Movimenti tal-ferroviji tal-passiġġieri |
||||||||
Skadenza għat-trażmissjoni tal-informazzjoni |
Tmien xhur wara t-tmiem tal-perijodu ta' riferiment. |
||||||||
L-ewwel perijodu ta' riferiment |
2016 |
||||||||
Noti |
|
ANNESS II
“ANNESS L
Tabella L.1
LIVELL TAL-ATTIVITÀ TA' TRASPORT FIT-TRASPORT TAL-MERKANZIJA |
|||||||
Lista tal-varjanti u tal-unitajiet tal-kejl |
Merkanzija trasportata fi:
Movimenti tal-ferroviji tal-merkanzija fi:
|
||||||
Perijodu ta' riferiment |
Sena |
||||||
Frekwenza |
Kull sena |
||||||
Skadenza għat-trażmissjoni tal-informazzjoni |
Ħames xhur mit-tmiem tal-perjodu ta' riferiment |
||||||
L-ewwel perijodu ta' riferiment |
2017 |
||||||
Noti |
Għall-impriżi biss li għandhom volum totali ta' trasport ta' merkanzija ta' anqas minn 200 miljun tunnellata-kilometri u anqas minn 500 000 tunnellata u li ma jirrapportawx taħt l-Anness A (rappurtar dettaljat) |
Tabella L.2
LIVELL TAL-ATTIVITÀ TA' TRASPORT FIT-TRASPORT TAL-PASSIĠĠIERI |
|||||||
Lista tal-varjanti u tal-unitajiet tal-kejl |
Passiġġieri ttrasportati fi:
Movimenti tal-ferroviji tal-passiġġieri fi:
|
||||||
Perijodu ta' riferiment |
Sena |
||||||
Frekwenza |
Kull sena |
||||||
Skadenza għat-trażmissjoni tal-informazzjoni |
Tmien xhur mit-tmiem tal-perijodu ta' riferiment |
||||||
L-ewwel perijodu ta' riferiment |
2017 |
||||||
Noti |
Għall-impriżi biss li għandhom volum totali ta' trasport ta' passiġġieri ta' anqas minn 100 miljun ta' passiġġieri-kilometri u li ma jirrapportawx taħt l-Anness C (rappurtar dettaljat)” |