|
16.11.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 308/5 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1997
tal-15 ta' Novembru 2016
li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 808/2014 fir-rigward tal-emenda tal-programmi tal-iżvilupp rurali u l-monitoraġġ ta' azzjonijiet biex tiġi appoġġata l-integrazzjoni ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi, u li tikkoreġi dak ir-Regolament
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 12, l-Artikolu 66(5), l-Artikolu 67 u l-Artikolu 75(5) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Artikolu 4(2) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 808/2014 (2) jistabbilixxi l-għadd massimu ta' emendi fil-programmi tal-iżvilupp rurali li l-Istati Membri jistgħu jissottomettu lill-Kummissjoni. L-esperjenza wriet li l-għadd massimu ta' emendi fil-programm għandu jiżdied biex l-Istati Membri jkunu jistgħu jissottomettu għadd limitat ta' emendi addizzjonali matul il-perjodu ta' programmazzjoni. Il-każijiet li fihom l-għadd massimu ta' emendi fil-programm ma japplikax għandhom jiġu ċċarati u għandhom jinkludu l-emendi marbuta mal-adozzjoni ta' ċerti miżuri ta' emerġenza jew mad-delimitazzjoni l-ġdida taż-żoni li jaffaċċaw restrizzjonijiet naturali sinifikanti msemmija fl-Artikolu 32(5)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013. |
|
(2) |
Is-suċċess tal-programmi tal-iżvilupp rurali jiddependi mhux biss minn amministrazzjoni tajba u mill-implimentazzjoni kompluta tagħhom, iżda wkoll minn prontezza li jadattaw għal sfidi ġodda u ċirkostanzi li jinbidlu bħall-kriżi tal-migrazzjoni. Sabiex tkun żgurata koordinazzjoni tajba tal-mekkaniżmi eżistenti kollha ta' intervent, l-appoġġ tal-FAEŻR għal azzjonijiet immirati lejn l-integrazzjoni taċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi għandu jiġi mmonitorjat fil-livell tal-UE. |
|
(3) |
Fil-punt 1 tal-Parti 2 tal-Anness III tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 808/2014, bi żball ma ddaħħalx il-logo ta' LEADER. Dan għandu jiġi kkorreġut. Fil-punt 1 tal-Anness IV, ir-referenza għal żoni inqas iffavoriti għandha tiġi kkoreġuta. Għandha tinbidel b'referenza għal żoni li jaffaċċaw restrizzjonijiet naturali jew restrizzjonijiet oħrajn speċifiċi. |
|
(4) |
Għaldaqstant, ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 808/2014 għandu jiġi emendat skont dan. |
|
(5) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp Rurali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 808/2014 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 4(2) jinbidel b'dan li ġej: “2. L-emendi fil-programm tat-tip imsemmi fl-Artikolu 11(a)(i) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 ma jistgħux jiġu proposti aktar minn tliet darbiet tul il-perjodu ta' programmazzjoni. Għat-tipi l-oħrajn kollha ta' emendi kkombinati:
L-għadd massimu ta' emendi msemmi fl-ewwel u t-tieni sottoparagrafi ma japplikax:
|
|
(2) |
L-Artikolu 5(4) jinbidel b'dan li ġej: “4. Ħlief f'każijiet ta' miżuri ta' emerġenza minħabba diżastri naturali, avvenimenti katastrofiċi jew avvenimenti klimatiċi avversi formalment rikonoxxuti mill-awtorità pubblika nazzjonali kompetenti, jew minħabba bidla sinifikanti u f'daqqa fil-kundizzjonijiet soċjoekonomiċi tal-Istat Membru jew reġjun, inkluż bidliet demografiċi sinifikanti u f'daqqa li jirriżultaw minn migrazzjoni jew riċeviment ta' refuġjati, bidliet fil-qafas legali, jew bidliet li jirriżultaw mill-analiżi tal-prestazzjoni msemmija fl-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, it-talbiet għall-emenda tal-qafas nazzjonali msemmi fil-paragrafu 2 jistgħu jiġu sottomessi darba biss għal kull sena kalendarja qabel l-1 ta' April. Permezz ta' deroga mit-tieni sottoparagrafu tal-Artikolu 4(2), bidliet fil-programmi li jirriżultaw minn reviżjoni ta' dan it-tip jistgħu jsiru b'żieda mal-proposti għal emenda sottomessi f'konformità ma' dak is-sottoparagrafu.” |
|
(3) |
L-Artikolu 14(4) jinbidel b'dan li ġej: “4. Għat-tipi ta' operazzjonijiet li għalihom tkun identifikata kontribuzzjoni potenzjali għall-oqsma ta' fokus imsemmija fl-Artikolu 5, l-ewwel paragrafu, il-punt (2)(a), l-Artikolu 5, l-ewwel paragrafu, il-punti (5)(a) sa (d), u l-Artikolu 5, l-ewwel paragrafu, il-punt (6)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013, jew għal tipi ta' operazzjonijiet fejn tkun identifikata kontribuzzjoni potenzjali għall-integrazzjoni ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi, ir-rekord elettroniku tal-operazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 għandu jinkludi marka/i għall-identifikazzjoni ta' dawk il-każijiet li fihom l-operazzjoni jkollha komponent li jikkontribwixxi lejn qasam ta' fokus wieħed jew aktar.” |
|
(4) |
L-Annessi III, IV u VII huma emendati kif stipulat fl-Anness ta' dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-15 ta' Novembru 2016.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 487.
(2) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 808/2014 tas-17 ta' Lulju 2014 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU L 227, 31.7.2014, p. 18).
ANNESS
L-Annessi III, IV u VII tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 808/2014 huma emendati kif ġej:
|
(1) |
Fil-punt 1 tal-Parti 2 tal-Anness III, il-punt (b) jinbidel b'dan li ġej:
” |
|
(2) |
Fil-punt 1 tal-Anness IV, l-indikatur C32 jinbidel b'dan li ġej:
|
|
(3) |
Fil-punt 1(b) tal-Anness VII, l-entrata “Tabella C” tinbidel b'dan li ġej:
|