31.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 25/36


Rettifika tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1969 tat-12 ta' Settembru 2016 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 428/2009 li jistabbilixxi reġim Komunitarju għall-kontroll tal-esportazzjonijiet, it-trasferiment, is-senserija u t-transitu ta' oġġetti b'użu doppju

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 307 tal-15 ta' Novembru 2016 )

F'paġna 119, l-Anness I, il-punt 3A001.g tat-test li jissostitwixxi l-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 428/2009,

minflok:

“1.

Rata massima ta' żieda fil-kurrent meta jinxtegħel (di/dt) ta' aktar minn 30 000 A/ms u vultaġġ fl-istat mitfi ta' aktar minn 1 100 V; jew

2.

Rata massima ta' żieda fil-kurrent meta jinxtegħel (di/dt) ta' aktar minn 2 000 A/ms u li għandhom dan kollu li ġej:”,

aqra:

“1.

Rata massima ta' żieda fil-kurrent meta jinxtegħel (di/dt) ta' aktar minn 30 000 A/μs u vultaġġ fl-istat mitfi ta' aktar minn 1 100 V; jew

2.

Rata massima ta' żieda fil-kurrent meta jinxtegħel (di/dt) ta' aktar minn 2 000 A/μs u li għandhom dan kollu li ġej:”;

F'paġna 163, l-Anness I, il-punt 6A003.a.3 tat-test li jissostitwixxi l-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 428/2009,

minflok:

“a.

Kameras mekkaniċi jew elettroniċi li jkejlu l-varjazzjoni fid-dawl, b'veloċità ta' reġistrazzjoni ta' aktar minn 10 mm/ms;”,

aqra:

“a.

Kameras mekkaniċi jew elettroniċi li jkejlu l-varjazzjoni fid-dawl, b'veloċità ta' reġistrazzjoni ta' aktar minn 10 mm/μs;”.